keyboard_tab Contratti digitali 2019/0770 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- diġitali 75
- is-servizz 20
- għal 14
- l-kontenut 12
- tfisser 12
- għandu 12
- kwalunkwe 12
- mill-konsumatur 11
- mingħajr 10
- servizz 10
- kontenut 9
- konformità 8
- minn 8
- jiġi 8
- tal-kontenut 8
- il-kontenut 8
- data 8
- żmien 8
- il-kummerċjant 7
- tal-konsumatur 7
- lill-konsumatur 7
- mill-kummerċjant 7
- tas-servizz 7
- meta 6
- l-kuntratt 6
- jkun 6
- pprovdut 5
- il-persuna 5
- jippermetti 5
- perjodu 5
- ikun 5
- fiżika 5
- tiegħu 4
- għall-konsumatur 4
- jittermina 4
- artikolu 4
- jista 4
- jintuża 4
- il-modifika 4
- tal-kuntratt 4
- juża 4
- modifika 4
- il-kummerċjant 4
- il-konsumatur 4
- personali 4
- jekk 4
- dwar 4
- oħra 4
- diġitali" 4
- id-direttiva 4
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopjiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) | "kontenut diġitali" tfisser data li tiġi prodotta u pprovduta f'forma diġitali; |
(2) | "servizz diġitali" tfisser:
|
(3) | "oġġetti b'elementi diġitali" tfisser kwalunkwe oġġett tanġibbli mobbli li jinkorpora, jew li huwa interkonness ma', kontenut diġitali jew servizz diġitali b'tali mod li l-assenza ta' dak il-kontenut diġitali jew servizz diġitali ma tippermettix li l-oġġett ijwettaq il-funzjonijiet tiegħu; |
(4) | "integrazzjoni" tfisser l-irbit flimkien u l-inkorporazzjoni ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali mal-komponenti tal-ambjent diġitali tal-konsumatur sabiex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jkun jista' jintuża f'konformità mal-rekwiżiti għall-konformità previsti minn din id-Direttiva; |
(5) | "kummerċjant" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, irrispettivament mill-fatt jekk hijiex ta' sjieda privata jew pubblika, li qed taġixxi, inkluż permezz ta' kwalunkwe persuna oħra li taġixxi f'isem dik il-persuna fiżika jew legali jew għan-nom ta’ dik il-persuna, għal skopijiet relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni ta' dik il-persuna, fir-rigward ta' kuntratti koperti minn din id-Direttiva; |
(6) | "konsumatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika, li, b'rabta ma' kuntratti koperti minn din id-Direttiva, qed taġixxi għal skopijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta' dik il-persuna; |
(7) | "prezz" tfisser flus jew rappreżentazzjoni diġitali ta' valur li hija dovuta bi skambju għall-provvista ta' kontenut diġitali jew servizz diġitali; |
(8) | "data personali" tfisser data personali kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679; |
(9) | "ambjent diġitali" tfisser ħardwer, softwer u kwalunkwe konnessjoni ta' netwerk użata mill-konsumatur biex ikollu aċċess għal kontenut diġitali jew servizz diġitali jew jagħmel użu minnhom; |
(10) | "kompatibbiltà" tfisser il-kapaċità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li jiffunzjona b'ħardwer jew softwer li bihom normalment jintuża kontenut diġitali jew servizz diġitali tal-istess tip, mingħajr il-ħtieġa li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi kkonvertit; |
(11) | "funzjonalità" tfisser il-kapaċità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li jaqdi l-funzjonijiet tiegħu fid-dawl tal-iskop tiegħu; |
(12) | "interoperabbiltà" tfisser il-kapaċità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li jiffunzjona b'ħardwer jew softwer differenti minn dawk li normalment bihom jintuża kontenut diġitali jew servizz diġitali tal-istess tip; |
(13) | "mezz durabbli" tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-konsumatur jew lill-kummerċjant jaħżen informazzjoni personalment indirizzata lil dik il-persuna b'mod li huwa aċċessibbli għal referenza futura, għal perjodu ta' żmien adegwat għall-iskopijiet tal-informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna. |
Artikolu 5
Provvista tal-kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali
1. Il-kummerċjant għandu jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali lill-konsumatur. Sakemm il-partijiet ma jkunux ftiehmu mod ieħor, il-kummerċjant għandu jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr dewmien żejjed wara l-konklużjoni tal-kuntratt.
2. Il-kummerċjant għandu jkun issodisfa l-obbligu ta' provvista meta:
(a) | il-kontenut diġitali jew kwalunkwe mezz adattat għall-aċċess jew għat-tniżżil ta' kontenut diġitali jiġi magħmul disponibbli għall-konsumatur, jew għal faċilità fiżika jew virtwali magħżula mill-konsumatur għal dak l-iskop; |
(b) | is-servizz diġitali jiġi magħmul aċċessibbli għall-konsumatur jew għal faċilità fiżika jew virtwali magħżula mill-konsumatur għal dak l-iskop. |
Artikolu 16
Obbligi tal-kummerċjant fil-każ ta' terminazzjoni
1. Fil-każ tat-terminazzjoni tal-kuntratt, il-kummerċjant għandu jirrimborża lill-konsumatur għall-ħlasijiet kollha fil-qafas tal-kuntratt.
Madankollu, f'każijiet fejn il-kuntratt jipprevedi l-provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali bi skambju ma' ħlas ta' prezz u fuq perjodu ta' żmien, u l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kien f'konformità għal perjodu ta' żmien qabel it-terminazzjoni tal-kuntratt, il-kummerċjant għandu jirrimborża lill-konsumatur għall-parti proporzjonata biss mill-prezz imħallas li jikkorrispondi għall-perjodu ta' żmien li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma kienx f'konformità, u kwalunkwe parti mill-prezz imħallas bil-quddiem mill-konsumatur għal kwalunkwe perjodu mill-kuntratt li jkun fadal li kieku l-kuntratt ma ġiex terminat.
2. Fir-rigward tad-data personali tal-konsumatur, il-kummerċjant għandu jikkonforma mal-obbligi li japplikaw taħt ir-Regolament (UE) 2016/679.
3. Il-kummerċjant għandu jżomm lura milli juża kwalunkwe kontenut għajr data personali li ġiet ipprovduta jew maħluqa mill-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant, minbarra meta tali kontenut:
(a) | ma jkollu l-ebda utilità barra l-kuntest tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant; |
(b) | ikun relatat mal-attività tal-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant; |
(c) | ikun ġie aggregat ma' data oħra mill-kummerċjant u ma jkunx jista' jiġi diżaggregat jew biss bi sforzi sproporzjonati; jew |
(d) | ikun ġie ġġenerat b'mod konġunt mill-konsumatur u oħrajn, u konsumaturi oħra jkunu kapaċi jkomplu jagħmlu użu mill-kontenut. |
4. Ħlief fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 3, il-kummerċjant għandu, fuq talba tal-konsumatur, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur kwalunkwe kontenut għajr data personali li ġie pprovdut jew maħluq mill-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovduti mill-kummerċjant.
Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jirkupra dak il-kontenut diġitali mingħajr ħlas, mingħajr tfixkil mill-kummerċjant, fi żmien raġonevoli u f'format ta' data li jintuża komunement u li jinqara minn magna.
5. Il-kummerċjant jista' jipprevjeni kwalunkwe użu ulterjuri tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali mill-konsumatur, b'mod partikolari billi jagħmel il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali inaċċessibbli għall-konsumatur jew jiddiżattiva l-kont tal-utent tal-konsumatur, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4.
Artikolu 19
Modifika tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali
1. Meta l-kuntratt jipprevedi li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut jew magħmul aċċessibbli lill-konsumatur għal perjodu ta' żmien, il-kummerċjant jista' jimmodifika l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinżamm f'konformità skont l-Artikoli 7 u 8, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) | il-kuntratt jippermetti tali modifika u jipprovdi raġuni valida għal din il-modifika; |
(b) | tali modifika ssir mingħajr spejjeż addizzjonali għall-konsumatur; |
(c) | il-konsumatur jiġi infurmat b'mod ċar u li jinftiehem dwar il-modifika; u |
(d) | fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-konsumatur jiġi infurmat, fi żmien raġonevoli minn qabel fuq mezz durabbli, dwar il-karatteristiċi u l-mument tal-modifika, u dwar id-dritt li jittermina l-kuntratt f'konformità mal-paragrafu 2, jew dwar il-possibbiltà li jżomm il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr tali modifika f'konformità mal-paragrafu 4. |
2. Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt jekk il-modifika jkollha impatt negattiv fuq l-aċċess tal-konsumatur għall-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mill-konsumatur jew l-użu tiegħu mill-konsumatur, sakemm tali impatt negattiv ma jkunx biss minuri. F'dak il-każ, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt mingħajr ħlas fi żmien 30 jum minn meta jirċievi l-informazzjoni jew mill-mument meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi modifikat mill-kummerċjant, skont liema minnhom ikun l-aktar tard.
3. Meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 15 sa 18, b'mod korrispondenti.
4. Il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw jekk il-kummerċjant ikun ippermetta lill-konsumatur li jżomm, mingħajr spejjeż addizzjonali, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr il-modifika, u l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jibqa' f'konformità.
whereas