keyboard_tab Contratti digitali 2019/0770 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- diġitali 106
- dwar 35
- tal-kunsill 28
- is-servizz 28
- ewropew 26
- tal-parlament 25
- jiġi 22
- għandu 21
- //ke 20
- għal 20
- id-direttiva 19
- konformità 18
- il-kontenut 17
- kontenut 16
- meta 16
- kwalunkwe 15
- servizzi 14
- ta’ 14
- l-konsumatur 13
- il-kummerċjant 13
- mill-kummerċjant 13
- jkun 13
- provvista 12
- ikun 12
- id-direttiva 11
- tal-kontenut 11
- l-kuntratt 11
- servizz 10
- jista 10
- minn 10
- l-kontenut 9
- mingħajr 9
- jipprovdi 9
- pprovdut 9
- tas-servizz 9
- żmien 9
- il-kuntratt 9
- konkluż 8
- d-direttiva 8
- pubblika 8
- raġonevolment 8
- ġie 8
- tal-kuntratt 8
- jekk 8
- personali 8
- lill-konsumatur 8
- mill-konsumatur 8
- magħmul 7
- tat- 7
- jipprevedi 7
Artikolu 8
Rekwiżiti oġġettivi għall-konformità
1. Minbarra li jikkonforma ma' kwalunkwe rekwiżit soġġettiv għall-konformità il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu:
(a) | ikun adatt għall-iskop li għalih jintuża normalment kontenut diġitali jew servizzi diġitali tal-istess tip, b'kont meħud, fejn applikabbli, ta' kwalunkwe liġi tal-Unjoni u nazzjonali, standards tekniċi jew, fl-assenza ta' tali standards tekniċi, kodiċi ta' kondotta industrijali speċifiċi għas-settur; |
(b) | ikun ta' kwantità u jkollu l-kwalitajiet u l-karatteristiċi ta' prestazzjoni, inkluż fir-rigward tal-funzjonalità, il-kompatibbiltà, l-aċċessibbiltà, il-kontinwità u s-sigurtà, li huwa normali għal kontenut diġitali jew servizzi diġitali tal-istess tip u li l-konsumatur jista' raġonevolment jistenna, minħabba n-natura tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, u b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe dikjarazzjoni pubblika magħmula mill-kummerċjant jew f'ismu, jew persuni oħra f'ħoloq preċedenti tal-katina ta' tranżazzjonijiet, partikolarment fir-reklamar jew it-tikkettar, sakemm il-kummerċjant ma jkunx jista' jipprova li:
|
(c) | fejn applikabbli, jiġi pprovdut flimkien ma' kwalunkwe aċċessorju u istruzzjoni li l-konsumatur jista' raġonevolment jistenna li jirċievi; u |
(d) | jikkonforma ma' kwalunkwe verżjoni ta' prova jew wirja minn qabel tal-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali magħmul disponibbli għall-pubbliku mill-kummerċjant, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt. |
2. Il-kummerċjant għandu jiżgura li l-konsumatur jiġi infurmat dwar aġġornamenti u jiġi pprovdut bihom, inklużi aġġornamenti tas-sigurtà li huma meħtieġa biex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinżamm f'konformità, għall-perjodu ta’ żmien:
(a) | li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut fil-qafas tal-kuntratt, meta l-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa fuq perjodu ta'żmien; or |
(b) | li konsumatur jista' raġonevolment jistenna, minħabba t-tip u l-iskop tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, u b'kont meħud taċ-ċirkostanzi u n-natura tal-kuntratt, meta l-kuntratt jipprevedi att uniku ta' provvista jew sensiela ta' atti individwali ta' provvista; |
3. Meta l-konsumatur jonqos milli jinstalla, fi żmien raġonevoli, l-aġġornamenti pprovduti mill-kummerċjant f'konformità mal-paragrafu 2, il-kummerċjant ma għandu jkun responsabbli għal ebda nuqqas ta' konformità li jirriżulta biss min-nuqqas tal-aġġornament rilevanti, dment li:
(a) | il-kummerċjant ikun informa lill-konsumatur dwar id-disponibbiltà tal-aġġornament u l-konsegwenzi tan-nuqqas tal-konsumatur li jinstallah; u |
(b) | in-nuqqas tal-konsumatur li jinstalla jew l-installazzjoni mhux korretta mill-konsumatur tal-aġġornament ma kienx minħabba nuqqasijiet fl-istruzzjonijiet tal-installazzjoni pprovduti mill-kummerċjant. |
4. Meta l-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa ta' kontenut diġitali jew servizz diġitali fuq perjodu ta' żmien, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jkun f'konformità sakemm idum dak il-perjodu.
5. Ma għandu jkun hemm ebda nuqqas ta' konformità fis-sens tal-paragrafu 1 jew 2, jekk, fil-mument meta ġie konkluż il-kuntratt, il-konsumatur ikun ġie infurmat b'mod speċifiku li karatteristika partikolari tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali kienet qed tiddevja mir-rekwiżiti oġġettivi tal-konformità stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 2 u l-konsumatur espressament u separatament aċċetta dik id-devjazzjoni meta jiġi konkluż il-kuntratt.
6. Sakemm ma jkunx ġie miftiehem mod ieħor bejn il-partijiet, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut bl-aktar verżjoni reċenti li tkun disponibbli fil-mument meta jiġi konkluż il-kuntratt.
Artikolu 3
Kamp ta' applikazzjoni
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal kwalunkwe kuntratt li fih il-kummerċjant jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi kontenut diġitali jew servizz diġitali lill-konsumatur, u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas prezz.
Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll meta l-kummerċjant jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi kontenut diġitali jew servizz diġitali lill-konsumatur, u l-konsumatur jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi data personali lill-kummerċjant, ħlief meta d-data personali pprovduta mill-konsumatur hija esklussivament ipproċessata mill-kummerċjant għall iskop ta’ provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali f'konformità ma' din id-Direttiva jew tippermetti lill-kummerċjant biex jikkonforma mar-rekwiżiti legali li għalihom huwa soġġett il-kummerċjant, u l-kummerċjant ma jipproċessa dik id-data għal ebda skop ieħor.
2. Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi żviluppat f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur.
3. Bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 5 u 13, din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal kwalunkwe mezz tanġibbli li jservi esklussivament bħala trasportatur ta' kontenut diġitali.
4. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kontenut diġitali jew servizzi diġitali li huma inkorporati fl-oġġetti jew interkonnessi magħhom fis-sens tal-punt (3) tal-Artikolu 2 u li jiġu pprovduti mal-oġġetti taħt kuntratt ta' bejgħ, li jikkonċerna dawk l-oġġetti, irrispettivament minn jekk tali kontenut diġitali jew servizz diġitali huwiex ipprovdut mill-bejjiegħ jew minn parti terza. F'każ ta' dubju dwar jekk il-provvista ta' kontenut diġitali inkorporat jew interkonness jew servizz diġitali inkorporat jew interkonness jifformax parti mill-kuntratt ta' bejgħ, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jkun preżunt li jkun kopert mill-kuntratt ta' bejgħ.
5. Din id-Direttiva ma tapplikax għal kuntratti li jirrigwardaw:
(a) | il-provvista ta' servizzi għajr servizzi diġitali, irrispettivament minn jekk jintużawx forom jew mezzi diġitali mill-kummerċjant biex jipproduċi l-output tas-servizz jew biex iwassal jew jittrażmettih lill-konsumatur; |
(b) | servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972, bl-eċċezzjoni ta' servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numru kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva. |
(c) | il-kura tas-saħħa kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2011/24/UE; |
(d) | is-servizzi tal-logħob tal-azzard, jiġifieri, servizzi li jinvolvu mħatri għal flus f'logħob ta' fortuna, inkluż dawk b'element ta' ħila, bħal-lotteriji, il-logħob fil-każinò, il-logħob tal-poker u tranżazzjonijiet li jikkostitwixxu mħatri, b'mezzi elettroniċi jew bi kwalunkwe teknoloġija oħra li tiffaċilita l-komunikazzjoni u fuq it-talba individwali ta' benefiċjarju ta' tali servizzi; |
(e) | servizzi finanzjarji kif definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/65/KE; |
(f) | softwer offrut mill-kummerċjant taħt liċenzja ħielsa u b'sors miftuħ, fejn il-konsumatur ma jħallasx prezz u d-data personali pprovduta mill-konsumatur tiġi pproċessata esklussivament mill-kummerċjant għall-iskop tat-titjib tas-sigurtà, il-kompatibbiltà jew l-interoperabbiltà ta’ dik is-softwer speċifiku; |
(g) | il-provvista ta' kontenut diġitali fejn il-kontenut diġitali jkun magħmul disponibbli lill-pubbliku inġenerali għajr permezz tat-trażmissjoni ta' sinjali bħala parti minn spettaklu jew avveniment, bħal projezzjonijiet ċinematografiċi diġitali; |
(h) | kontenut diġitali previst f'konformità mad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) minn korpi tas-settur pubbliku tal-Istati Membri. |
6. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, fejn kuntratt uniku bejn l-istess kummerċjant u l-istess konsumatur jinkludi f'pakkett elementi ta' provvista ta' kontenut diġitali jew servizz diġitali u elementi tal-provvista ta' servizzi jew oġġetti oħrajn, din id-Direttiva għandha tapplika biss għall-elementi tal-kuntratt li jikkonċernaw il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali.
L-Artikolu 19 ta' din id-Direttiva ma għandux japplika meta pakkett fis-sens tad-Direttiva (UE) 2018/1972 jinkludi elementi ta' servizz ta' aċċess għall-internet kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) jew servizz ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 107(2) tad-Direttiva (UE) 2018/1972, l-effetti li t-terminazzjoni ta' element wieħed tal-pakkett ta' kuntratti jista' jkollha fuq l-elementi tal-pakkett ta' kuntratti għandu jiġi regolat mil-liġi nazzjonali.
7. Jekk xi dispożizzjoni ta' din id-Direttiva tmur kontra dispożizzjoni ta' att ieħor tal-Unjoni li jirregola settur jew suġġett speċifiku, id-dispożizzjoni ta' dak l-att l-ieħor tal-Unjoni tieħu preċedenza fuq din id-Direttiva.
8. Il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personaligħandha tapplika għal kwalunkwe data personali pproċessata b'rabta mal-kuntratti msemmija fil-paragrafu 1.
B'mod partikolari, din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE. Fil-każ ta' kunflitt bejn id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u l-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, din tal-aħħar għandha tipprevali.
9. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati, b'mod partikolari d-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23).
10. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-libertà li l-Istati Membri jirregolaw l-aspetti tal-liġi ġenerali dwar il-kuntratti, bħar-regoli dwar it-tfassil, il-validità, in-nullità jew l-effetti tal-kuntratti, inkluż il-konsegwenzi tat-terminazzjoni ta' kuntratt dment li dawn mhumiex regolati f'din id-Direttiva, jew id-dritt għal kumpens għad-danni.
Artikolu 5
Provvista tal-kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali
1. Il-kummerċjant għandu jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali lill-konsumatur. Sakemm il-partijiet ma jkunux ftiehmu mod ieħor, il-kummerċjant għandu jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr dewmien żejjed wara l-konklużjoni tal-kuntratt.
2. Il-kummerċjant għandu jkun issodisfa l-obbligu ta' provvista meta:
(a) | il-kontenut diġitali jew kwalunkwe mezz adattat għall-aċċess jew għat-tniżżil ta' kontenut diġitali jiġi magħmul disponibbli għall-konsumatur, jew għal faċilità fiżika jew virtwali magħżula mill-konsumatur għal dak l-iskop; |
(b) | is-servizz diġitali jiġi magħmul aċċessibbli għall-konsumatur jew għal faċilità fiżika jew virtwali magħżula mill-konsumatur għal dak l-iskop. |
Artikolu 8
Rekwiżiti oġġettivi għall-konformità
1. Minbarra li jikkonforma ma' kwalunkwe rekwiżit soġġettiv għall-konformità il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu:
(a) | ikun adatt għall-iskop li għalih jintuża normalment kontenut diġitali jew servizzi diġitali tal-istess tip, b'kont meħud, fejn applikabbli, ta' kwalunkwe liġi tal-Unjoni u nazzjonali, standards tekniċi jew, fl-assenza ta' tali standards tekniċi, kodiċi ta' kondotta industrijali speċifiċi għas-settur; |
(b) | ikun ta' kwantità u jkollu l-kwalitajiet u l-karatteristiċi ta' prestazzjoni, inkluż fir-rigward tal-funzjonalità, il-kompatibbiltà, l-aċċessibbiltà, il-kontinwità u s-sigurtà, li huwa normali għal kontenut diġitali jew servizzi diġitali tal-istess tip u li l-konsumatur jista' raġonevolment jistenna, minħabba n-natura tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, u b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe dikjarazzjoni pubblika magħmula mill-kummerċjant jew f'ismu, jew persuni oħra f'ħoloq preċedenti tal-katina ta' tranżazzjonijiet, partikolarment fir-reklamar jew it-tikkettar, sakemm il-kummerċjant ma jkunx jista' jipprova li:
|
(c) | fejn applikabbli, jiġi pprovdut flimkien ma' kwalunkwe aċċessorju u istruzzjoni li l-konsumatur jista' raġonevolment jistenna li jirċievi; u |
(d) | jikkonforma ma' kwalunkwe verżjoni ta' prova jew wirja minn qabel tal-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali magħmul disponibbli għall-pubbliku mill-kummerċjant, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt. |
2. Il-kummerċjant għandu jiżgura li l-konsumatur jiġi infurmat dwar aġġornamenti u jiġi pprovdut bihom, inklużi aġġornamenti tas-sigurtà li huma meħtieġa biex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinżamm f'konformità, għall-perjodu ta’ żmien:
(a) | li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut fil-qafas tal-kuntratt, meta l-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa fuq perjodu ta'żmien; or |
(b) | li konsumatur jista' raġonevolment jistenna, minħabba t-tip u l-iskop tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, u b'kont meħud taċ-ċirkostanzi u n-natura tal-kuntratt, meta l-kuntratt jipprevedi att uniku ta' provvista jew sensiela ta' atti individwali ta' provvista; |
3. Meta l-konsumatur jonqos milli jinstalla, fi żmien raġonevoli, l-aġġornamenti pprovduti mill-kummerċjant f'konformità mal-paragrafu 2, il-kummerċjant ma għandu jkun responsabbli għal ebda nuqqas ta' konformità li jirriżulta biss min-nuqqas tal-aġġornament rilevanti, dment li:
(a) | il-kummerċjant ikun informa lill-konsumatur dwar id-disponibbiltà tal-aġġornament u l-konsegwenzi tan-nuqqas tal-konsumatur li jinstallah; u |
(b) | in-nuqqas tal-konsumatur li jinstalla jew l-installazzjoni mhux korretta mill-konsumatur tal-aġġornament ma kienx minħabba nuqqasijiet fl-istruzzjonijiet tal-installazzjoni pprovduti mill-kummerċjant. |
4. Meta l-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa ta' kontenut diġitali jew servizz diġitali fuq perjodu ta' żmien, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jkun f'konformità sakemm idum dak il-perjodu.
5. Ma għandu jkun hemm ebda nuqqas ta' konformità fis-sens tal-paragrafu 1 jew 2, jekk, fil-mument meta ġie konkluż il-kuntratt, il-konsumatur ikun ġie infurmat b'mod speċifiku li karatteristika partikolari tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali kienet qed tiddevja mir-rekwiżiti oġġettivi tal-konformità stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 2 u l-konsumatur espressament u separatament aċċetta dik id-devjazzjoni meta jiġi konkluż il-kuntratt.
6. Sakemm ma jkunx ġie miftiehem mod ieħor bejn il-partijiet, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut bl-aktar verżjoni reċenti li tkun disponibbli fil-mument meta jiġi konkluż il-kuntratt.
Artikolu 19
Modifika tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali
1. Meta l-kuntratt jipprevedi li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut jew magħmul aċċessibbli lill-konsumatur għal perjodu ta' żmien, il-kummerċjant jista' jimmodifika l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinżamm f'konformità skont l-Artikoli 7 u 8, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) | il-kuntratt jippermetti tali modifika u jipprovdi raġuni valida għal din il-modifika; |
(b) | tali modifika ssir mingħajr spejjeż addizzjonali għall-konsumatur; |
(c) | il-konsumatur jiġi infurmat b'mod ċar u li jinftiehem dwar il-modifika; u |
(d) | fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-konsumatur jiġi infurmat, fi żmien raġonevoli minn qabel fuq mezz durabbli, dwar il-karatteristiċi u l-mument tal-modifika, u dwar id-dritt li jittermina l-kuntratt f'konformità mal-paragrafu 2, jew dwar il-possibbiltà li jżomm il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr tali modifika f'konformità mal-paragrafu 4. |
2. Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt jekk il-modifika jkollha impatt negattiv fuq l-aċċess tal-konsumatur għall-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mill-konsumatur jew l-użu tiegħu mill-konsumatur, sakemm tali impatt negattiv ma jkunx biss minuri. F'dak il-każ, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt mingħajr ħlas fi żmien 30 jum minn meta jirċievi l-informazzjoni jew mill-mument meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi modifikat mill-kummerċjant, skont liema minnhom ikun l-aktar tard.
3. Meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 15 sa 18, b'mod korrispondenti.
4. Il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw jekk il-kummerċjant ikun ippermetta lill-konsumatur li jżomm, mingħajr spejjeż addizzjonali, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr il-modifika, u l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jibqa' f'konformità.
Artikolu 27
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) ĠU C 264, 20.7.2016, p. 57.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' April 2019.
(3) Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament u tal-Kunsill ta’ Mejju 2019 (ara paġna 28 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).
(5) Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta' Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1).
(7) Id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta' Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f'xi parti tal-ġisem (ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17).
(8) Id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1).
(9) Id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16).
(10) Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).
(11) Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).
(12) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(13) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
(14) Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).
(15) Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).
(16) Ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004, (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).
(17) Id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30).
(18) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(19) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(20) ĠU C 200, 23.6.2017, p. 10.
(21) Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90).
(22) Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u tariffi bl-imnut għal komunikazzjonijiet intra-UE regolati u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1).
(23) Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10).
whereas