(52) Fil-kuntest tal-kuntratti ta’ bejgħ, il-kunsinna tal-oġġetti tista' sseħħ f'diversi modi, jiġifieri immedjatament jew aktar tard.
Jekk il-partijiet ma qablux fuq data tal-kunsinna speċifika, il-kummerċjant għandu jagħmel il-kunsinna tal-oġġetti mill-aktar fis possibbli, u f'kull każ mhux aktar tard minn 30 jum mid-data ta’ konklużjoni tal-kuntratt.
Ir-regoli rigward kunsinna tard għandhom ukoll jieħdu kont tal-oġġetti li għandhom ikunu manifatturati jew miksuba apposta għall-konsumatur li ma jistgħux jerġgħu jintużaw mill-kummerċjant mingħajr telf konsiderevoli.
Għalhekk, regola li tipprovdi għal perjodu raġonevoli addizzjonali ta’ żmien lill-kummerċjant f'ċerti ċirkostanzi għandhom jiġu pprovduti f'din id-Direttiva.
Meta l-kummerċjant ikun naqas milli jikkunsinna l-oġġetti fil-perjodu ta’ żmien miftiehem mal-konsumatur, qabel ma l-konsumatur ikun jista' jittermina l-kuntratt, il-konsumatur għandu jitolbu lill-kummerċjant biex jagħmel il-kunsinna fil-perjodu raġonevoli addizjoni ta’ żmien u tkun intitolat li jittermina il-kuntratt jekk il-kummerċjant jonqos milli jikkunsinna l-oġġetti anke f'dak il-perjodu addizzjonali ta’ żmien.
Madankollu, din ir-regola m'għandhiex tapplika meta l-kummerċjant ikun irrifjuta li jikkunsinna l-oġġetti f'dikjarazzjoni ċara.
Lanqas ma għandha tapplika f'ċerti ċirkostanzi fejn il-perjodu ta’ kunsinna huwa essenzjali bħal, per eżempju, fil-każ tal-libsa tat-tieġ li għandha tingħata qabel il-tieġ.
Lanqas ma għandu japplika fiċ-ċirkostanzi fejn il-konsumatur jinforma lill-kummerċjant li l-kunsinna f'data speċifikata hija essenzjali.
Għal dan il-għan, il-konsumatur jista' juża d-dettalji ta’ kuntatt tal-kummerċjant mogħtija skont din id-Direttiva.
F'dawn il-każijiet speċifiċi, jekk in-negozjant jonqos li jikkunsinna l-merkanzija fil-ħin, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt immedjatament wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ kunsinna inizjalment miftiehem.
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-mod kif il-konsumatur għandu jinnotifika lill-kummerċjant bir-rieda tiegħu li jittermina l-kuntratt.
- = -
(55) Meta l-oġġetti jintbagħtu mill-kummerċjant lill-konsumatur, jista' jinqala tilwim fil-każ ta’ telf jew ħsara, rigward il-mument li fih it-trasferiment tar-riskju seħħ.
Għalhekk din id-Direttiva għandha tipprovdi li l-konsumatur ikun protett kontra kull riskju ta’ telf ta’ jew ħsara lill-oġġetti li jsiru qabel ma jakkwista l-pussess fiżiku tal-oġġetti.
Il-konsumatur għandu jkun protett waqt it-trasport organizzat jew imwettaq mill-kummerċjant, anki meta l-konsumatur ikun għażel metodu ta ‘kunsinna partikolari minn firxa ta’ għażliet offruti mill-kummerċjant.
Madankollu, din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għal kuntratti fejn huwa f'idejn il-konsumatur li jieħu ħsieb il-kunsinna tal-oġġetti hu stess jew fejn jitolbtrasportatur jieħu ħsieb il-kunsinna.
Rigward il-mument tat-trasferiment tar-riskju, il-konsumatur għandhu jitqies li kisbu l-pussess fiżiku tal-oġġetti meta jkun irċevihom.
- = -