search


keyboard_tab Clausole e vendite online Direttiva EU 2011/0083 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/2161 2011/83 2005/29 1998/6 1993/13

2011/0083 MT cercato: 'tal-kunsill' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


index tal-kunsill:


whereas tal-kunsill:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 692

 

Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika, skont il-kundizzjonijiet u sal-punt stipulati fid-dispożizzjonijiet tagħha, għal kwalunkwe kuntratt konkluż bejn kummerċjant u konsumatur. Hija wkoll applikabbli għall-kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass, elettriku jew tisħin distrettwali, inkluż min-naħa tal-fornituri pubbliċi, sal-punt li dawn l-oġġetti ta’ bażi huma fornuti fuq bażi kuntrattwali.

2.   F' każ ta’ kunflitt bejn kwalunkwe dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva u dispożizzjoni ta’ att ieħor tal-Unjoni li jirregola setturi speċifiċi, id-dispożizzjoni tal-att l-ieħor tal-Unjoni tirbaħ u għandha tapplika lil tali setturi speċifiċi.

3.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti:

(a)

għas-servizzi soċjali, inklużi l-akkomodazzjoni soċjali, l-assistenza għat-tfal u l-appoġġ għall-familji u għall-persuni temporanjament jew permanentement fil-bżonn, inkluża l-assistenza fit-tul;

(b)

għall-kura tas-saħħa kif definita fil punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2011/24/UE, anki jekk tkun ipprovduta permezz ta’ faċilitajiet tal-kura tas-saħħa;

(c)

għall-attivitajiet tal-azzard, li jinvolvu mħatri għal flus f'logħob ta’ fortuna, inklużi l-lotteriji, logħob tal-azzard fil-każinos u l-imħatri;

(d)

għas-servizzi finanzjarji;

(e)

għall-ħolqien, l-akkwist jew it-trasferiment ta’ proprjetà immobbli jew tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli;

(f)

għall-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, it-trasformazzjoni sostanzjali ta’ bini eżistenti u għall-kiri ta’ akkomodazzjoni għal skop residenzjali;

(g)

li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (18);

(h)

li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju (19);

(i)

li, skont il-liġijiet tal-Istati Membri, huma stabbiliti bl-intervent ta’ uffiċjali pubbliku, obbligat mil-liġi li jkun indipendenti u imparzjali, li għandu jiggarantixxi, billi jipprovdi informazzjoni ġuridika kompluta, li l-konsumatur jikkonkludi l-kuntratt fuq il-bażi biss ta’ deċiżjoni ġuridika għaqlija u bil-għarfien tar-rilevanza ġuridika tagħha;

(j)

ta' provvista ta’ ikel, xorb u oġġetti oħra intiżi għall-konsum kurrenti fil-familja u fiżikament fornuti minn kummerċjant f'dawriet frekwenti u regolari fid-djar, residenzi jew post tax-xogħol tal-konsumatur;

(k)

ta' servizzi tat-trasport ta’ passeġġieri, għajr għall-Artikolu 8(2) u l-Artikoli 19 u 22;

(l)

konklużi permezz ta’ magni awtomatiċi tal-bejgħ jew bini kummerċjali awtomatizzat;

(m)

konklużi mal-operaturi tat-telekomunikazzjonijiet permezz ta’ telefons pubbliċi bi ħlas għall-użu tagħhom jew konklużi għall-użu ta’ kollegament wieħed biss permezz tat-telefon, Internet jew fax, stabbilit minn konsumatur.

4.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx din id-Direttiva jew li ma jżommux u lanqas jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali korrispondenti għall-kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju li għalihom il-pagament li l-konsumatur għandu jħallas ma jkunu aktar minn EUR 50. L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu valur aktar baxx fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom.

5.   Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-liġi kuntrattwali ġenerali nazzjonali, bħar-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni jew l-effett ta’ kuntratt, sakemm l-aspetti relatati mal-liġi kuntrattwali ġenerali mhumiex regolati minn din id-Direttiva.

6.   Din id-Direttiva ma għandhiex timpedixxi lill-kummerċjanti milli joffru lill-konsumaturi arranġamenti kuntrattwali li jmorru lil hinn mill-protezzjoni prevista minn din id-Direttiva.

Artikolu 15

Effetti tal-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess fuq kuntratti anċillari

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur (20), jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ reċess minn kuntratt mill-bogħod jewlil hinn mill-post tan-negozju skont l-Artikoli 9 sa 14 ta’ din id-Direttiva, kull kuntratt anċillari għandu jintemm awtomatikament, mingħajr ebda spiża għall-, ħlief kif previst fl-Artikolu 13(2) u fl-Artikolu 14 ta’ din id-Direttiva.

2.   L-Istat Membri se jistipulaw regoli dettaljati dwar it-tmiem ta’ kuntratti bħal dawn.

Artikolu 31

Thassir

Id-Direttiva 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE, kif emendati bid-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi (21), u mid-Direttivi 2005/29/KE u 2007/64/KE, huma mħassra mit-13 ta’ Ġunju 2014.

Ir-referenzi magħmula għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stipulata fl-Anness II.

Artikolu 35

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU C 317, 23.12.2009, p. 54.

(2)  ĠU C 200, 25.8.2009, p. 76.

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2011

(4)  ĠU L 372, 31.12.1985, p. 31.

(5)  ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.

(6)  ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6.

(7)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.

(8)  ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

(9)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45.

(10)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.

(11)  ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1.

(12)  ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1.

(13)  ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.

(14)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(15)  ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29.

(16)  ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12.

(17)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(18)  ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59.

(19)  ĠU L 33, 3.2.2009, p. 10.

(20)  ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66.

(21)  ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16.


ANNESS I

Informazzjoni dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess

A.   Mudell ta’ istruzzjonijiet dwar ir-reċess

Dritt ta’ reċess

Għandek id-dritt tirreċedi mill-kuntratt, mingħajr ma tagħti raġunijiet, fi żmien erbatax-il jum.

Il-perjodu ta’ reċess jiskadi wara 14-il jum mill-jum
1
.Biex teżerċita d-dritt ta’ reċess, għandek tinfurmana
2
bid-deċiżjoni tiegħek li tirreċedi mill-kuntratt minn dan il-kuntratt permezz ta’ dikjarazzjoni espliċita (eż. ittra mibgħuta bil-posta, fax, e-mail). Tista’ tuża l-formola standard ta’ reċess mehmuża iżda mhijiex obbligatorja.
3

Biex tirrispetta l-iskadenza għar-reċess, hu biżżejjed li tibgħat il-komunikazzjoni dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess qabel il-perjodu ta’ reċess ikun skada.

Effetti tar-reċess

Jekk tirreċedi mill-kuntratt, nagħtuk rimbors tal-pagamenti kollha li għamilt favurina, inklużi l-ispejjeż tal-kunsinna (bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż supplementari li ġejjin mill-għażla tiegħek ta’ tip ta’ kunsinna differenti mit-tip l-anqas għali ta’ kunsinna standard offrut minna), mingħajr dewmien mhux dovut u f’kull każ mhux iktar tard minn 14-il jum mill-jum li fih niġu infurmati bid-deċiżjoni tiegħek li tirreċedi mill-kuntratt. Se nagħmlu dawn ir-rimborsi bl-użu tal-istess mezz ta’ pagament li użajt int għat-tranżazzjoni inizjali, għajr jekk taqbel espressament mod ieħor; fi kwalunkwe każ, m’intix se ġġarrab l-ebda spiża bħala konsegwenza tar-rimbors.
4
5
6

Istruzzjonijiet biex timla l-formola:

1.

Daħħal wieħed mit-testi li ġejjin bejn il-virgoletti:

(a)

f’każ ta’ kuntratt ta’ servizz jew kuntratt għall-provvista ta’ ilma, gass jew elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f’volum limitat jew fi kwantità fissa, tisħin distrettwali jew kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli: “tal-konklużjoni tal-kuntratt”;

(b)

fil-każ ta’ kuntratt ta’ bejgħ: “li fih int jew parti terza, differenti mill-kunsinnatur u indikata minnek, tikseb il-pussess fiżiku tal-oġġetti.”;

(ċ)

fil-każ ta’ kuntratt relatat ma’ oġġetti multipli ordnati mill-konsumatur f’ordni waħda u kkunsinnati separatament: “li fih int, jew parti terza differenti mill-kunsinnatur u indikata minnek, tikseb il-pussess fiżiku tal-aħħar oġġett.”;

(d)

fil-każ ta’ kuntratt relatat mal-kunsinna ta’ oġġetti li jikkonsisti minn lottijiet jew biċċiet multipli: “li fih int, jew parti terza differenti mill-kunsinnatur u indikata minnek, tikseb il-pussess fiżiku tal-aħħar lott jew biċċa.”;

(e)

fil-każ ta’ kuntratt regolari ta’ oġġett matul perjodu ta’ żmien definit: “li fih int, jew parti terza differenti mill-kunsinnatur u indikata minnek, tikseb il-pussess fiżiku tal-ewwel oġġett.”.

2.

Daħħal l-isem, l-indirizz ġeografiku u, jekk disponibbli, in-numru tat-telefon u tal-fax u l-indirizzi tal-posta elettronika.

3.

Jekk tagħti lill-konsumatur il-possibbiltà li jimla u jibgħat elettronikament l-informazzjoni dwar ir-reċess mill-kuntratt fuq is-sit elettroniku tiegħek, daħħal dan li ġej: “Tista’ wkoll timla u tibgħat elettronikament il-formola standard ta’ reċess jew kwalunkwe dikjarazzjoni espliċita fuq is-sit elettroniku tagħna [daħħal l-indirizz tal-Internet]. Fil-każ li tagħmel din l-għażla, nibagħtulek mill-aktar fis konferma li rċevejna r-reċess fuq mezz li jservi għal żmien twil (eż. e-mail).”

4.

Għall-kuntratti ta’ bejgħ li fihom ma offrejtx li tiġbor il-oġġetti f’każ ta’ reċess, daħħal dan li ġej: “Ir-rimbors jista’ jkun sospiż sakemm nirċievu l-oġġetti lura jew sakemm tkun urejtna bi prova li bgħatt il-oġġetti, skont liema jsir l-ewwel.”

5.

Jekk il-konsumatur irċieva l-oġġetti marbuta mal-kuntratt,:

(a)

daħħal:

“Se niġbru l-oġġetti.”; jew

“Inti mitlub tirritorna l-oġġetti jew tgħaddihom lilna jew lil … [daħħal l-isem u l-indirizz ġeografiku, jekk ikun il-każ, tal-persuna awtorizzata minna li tirċievi l-oġġetti], mingħajr dewmien żejjed u f’kull każ mhux aktar tard minn 14-il jumi mill-jum li fih għarraftna bir-reċess minn dan il-kuntratt. It-terminu huwa rispettat jekk tibgħat lura l-oġġetti qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ 14-il jum.”

(b)

daħħal:

“L-ispejjeż tar-ritorn tal-oġġetti se jitħallsu minna.”;

“L-ispejjeż tar-ritorn tal-oġġetti se jitħallsu minnek.”;

Jekk, f’kuntratt mill-bogħod, ma toffrix li tħallas l-ispejjeż tar-ritorn tal-oġġetti u dawn tal-aħħar, minħabba n-natura tagħhom, ma jistgħux ikunu rritornati normalment bil-posta: “L-ispiża ta’ EUR … [daħħal l-ammont] għar-ritorn tal-oġġetti se titħallas minnek.” inkella jekk l-ispiża tar-ritorn tal-oġġetti ma tistax tiġi raġonevolment ikkalkolata minn qabel: “L-ispejjeż diretti tar-ritorn tal-oġġetti se jitħallsu minnek.” L-ispiża hija stmata bejn wieħed u ieħor sa massimu ta’ … EUR [daħħal l-ammont].’; jew

Jekk, f’każ ta’ kuntrattlil hinn mill-post tan-negozju, il-oġġetti, minħabba n-natura tagħhom, ma jistgħux ikunu rritornati normalment bil-posta u twasslu d-dar tal-konsumatur fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt: “Se niġbru l-oġġetti a spejjeż tagħna.”; u

(c)

daħħal: “Inti responsabbli biss għal kwalunkwe valur imnaqqas tal-oġġetti li jirriżulta mill-manipulazzjoni ħlief dik meħtieġa biex tistabbilixxi n-natura, il-karatteristiċi u t-tħaddim tal-oġġetti.”

6.

F’każ ta’ kuntratt għall-għoti ta’ servizzi jew il-provvista ta’ ilma, gass jew elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f’volum limitat jew fi kwantità fissa, jew ta’ tisħin distrettwali, daħħal dan li ġej: “Jekk tlabt li l-eżekuzzjoni tas-servizzi jew il-provvista ta’ ilma/gass/elettriku/tisħin distrettwali [ħassar fejn ma japplikax] tibda matul il-perjodu ta’ reċess, għandek tħallasna ammont proporzjonali għal kemm fornut sal-mument li fih tgħarrafna bir-reċess minn dan il-kuntratt, meta mqabbel mal-kopertura totali tal-kuntratt.”.

B.   Formola standard ta’ reċess

(imla u rritorna din il-formola fil-każ biss li tixtieq tirreċedi mill-kuntratt)

Lil [Daħħal l-isem, l-indirizz ġeografiku u, jekk disponibbli, in-numru tat-telefon u tal-fax u l-indirizzi tal-posta elettronika tal-kummerċjant]:

Jien/Aħna (*) bil-preżenti ninnotifika(w) (*) li nirreċedi/u (*) mill-kuntratt ta’ bejgħ tiegħi/tagħna (*) tal-oġġetti li ġejjin (*)/għall-forniment tas-servizz li ġej (*)

Ordnat(i) fi (*)/li wasal/waslu fi (*)

Isem il-konsumatur(i)

Indirizz tal-konsumatur(i)

Firma tal-konsumatur(i) (fil-każ biss li din il-formola hija notifikata fuq il-karta)

Data


(*)  Aqta’ fejn xieraq.


ANNESS II

Tabella ta’ korrelazzjoni

Direttiva 85/577/KEE

Direttiva 97/7/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

 

Artikolu 3 moqri flimkien mal-Artikolu 2, punti 8 u 9 u Artikolu 16, punt h.

 

Artikolu 1

Artikolu 1 moqri flimkien mal-Artikolu 2, punt 7.

Artikolu 2

 

Artikolu 2, punti 1 u 2

 

Artikolu 2, punt 1

Artikolu 2, punt 7

 

Artikolu 2, punt 2

Artikolu 2, punt 1

 

Artikolu 2, punt 3

Artikolu 2, punt 2

 

Artikolu 2, punt 4,l-ewwel sentenza

Artikolu 2, punt 7

 

Artikolu 2punt 4, it-tieni sentenza

 

Artikolu 2 punt 5

Artikolu 3(1)

 

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(2), punt a

 

Artikolu 3(3), punti e u f

Artikolu 3(2), punt b

 

Artikolu 3(3), punt j

Artikolu 3(2), punt c

 

Artikolu 3(2), punt d

 

Artikolu 3(3), punt d

Artikolu 3(2), punt e

 

Artikolu 3(3), punt d

Artikolu 3(3)

 

 

Artikolu 3(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 3(3), punt d

 

Artikolu 3(1), it-tieni inċiż

Artikolu 3(3), punt l

 

Artikolu 3(1), it-tielet inċiż

Artikolu 3(3), punt m

 

Artikolu 3(1), ir-raba’ inċiż

Artikolu 3(3), punti e u f

 

Artikolu 3(1), il-ħames inċiż

Artikolu 6(3) u Artikolu 16, punt k moqri flimkien ma’ Artikolu 2, punt 13

 

Artikolu 3(2), l-ewwel inċiż

Artikolu 3(3), punt j

 

Artikolu 3(2), it-tieni inċiż

Artikolu 3(3) punt f (għall-kiri ta’ akkomodazzjoni għal skopijiet residenzjali), punt g (għall-vjaġġi kollox kompriż), punt h (għal timeshare), punt k (għat-trasport tal-passiġġieri b’ xi eċċezzjonijiet) u Artikolu 16, punt l (eżenzjoni mid-dritt ta’ reċess)

Artikolu 4, l-ewwel sentenza

 

Artikolu 6(1), punti b, c u h, u Artikolu 7(1) u (2)

Artikolu 4, it-tieni sentenza

 

Artikolu 6(1), punt a u Artikolu 7(1)

Artikolu 4, it-tielet sentenza

 

Artikolu 6(1)

Artikolu 4, ir-raba’ sentenza

 

Artikolu 10

 

Artikolu 4(1), punt a

Artikolu 6(1), punti b u c

 

Artikolu 4(1), punt b

Artikolu 6(1), punt a

 

Artikolu 4(1), punt c

Artikolu 6(1), punt e

 

Artikolu 4(1), punt d

Artikolu 6(1), punt e

 

Artikolu 4(1), punt e

Artikolu 6(1), punt g

 

Artikolu 4(1), punt f

Artikolu 6(1), punt h

 

Artikolu 4(1), punt g

Artikolu 6(1), punt f

 

Artikolu 4(1), punt h

 

Artikolu 4(1), punt i

Artikolu 6(1), punti o u p

 

Artikolu 4(2)

Artikolu 6(1) moqri flimkien ma Artikolu 8(1), (2) u (4)

 

Artikolu 4(3)

Artikolu 8(5)

 

Artikolu 5(1)

Artikolu 8(7)

 

Artikolu 5(2)

Artikolu 3(3), punt m

 

Artikolu 6(1)

Artikolu 9(1) u (2), Artikolu 10, Artikolu 13(2), Artikolu 14

 

Artikolu 6(2)

Artikolu 13 u Artikolu 14(1), it-tieni u it-tielet subparagrafu

 

Artikolu 6(3), l-ewwel inċiż

Artikolu 16, punt a

 

Artikolu 6(3), it-tieni inċiż

Artikolu 16, punt b

 

Artikolu 6(3), it-tielet inċiż

Artikolu 16, punti c u d

 

Artikolu 6(3), ir-raba’ inċiż

Artikolu 16, punt i

 

Artikolu 6(3), il-ħames inċiż

Artikolu 16, punt j

 

Artikolu 6(3), is-sitt inċiż

Artikolu 3(3), punt c

 

Artikolu 6(4)

Artikolu 15

 

Artikolu 7(1)

Artikolu 18(1)(għall-kuntratti ta’ bejgħ)

 

Artikolu 7(12)

Artikolu 18(2), (3) u (4)

 

Artikolu 7(3)

 

Artikolu 8

 

Artikolu 9

Artikolu 27

 

Artikolu 10

(imma ara Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/58/KE)

 

Artikolu 11(1)

Artikolu 23(1)

 

Artikolu 11(2)

Artikolu 23(2)

 

Artikolu 11(3), punt a

Artikolu 6(9) l-oneru tal-prova rigward l-informazzjoni pre-kontrattwali; għal bqija: —

 

Artikolu 11(3), punt b

Artikolu 24(1)

 

Artikolu 11(4)

 

Artikolu 12(1)

Artikolu 25

 

Artikolu 12(2)

 

Artikolu 13

Artikolu 3(2)

 

Artikolu 14

Artikolu 4

 

Artikolu 15(1)

Artikolu 28(1)

 

Artikolu 15(2)

Artikolu 28(1)

 

Artikolu 15(3)

Artikolu 28(1)

 

Artikolu 15(4)

Artikolu 30

 

Artikolu 16

Artikolu 26

 

Artikolu 17

 

Artikolu 18

Artikolu 34

 

Artikolu 19

Artikolu 35

Artikolu 5(1)

 

Artikoli 9 u 11

Artikolu 5(2)

 

Artikolu 12

Artikolu 6

 

Artikolu 25

Artikolu 7

 

Artikoli 13, 14 u 15

Artikolu 8

 

Artikolu 4


Anness tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (“ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi”) (1)

Għandu jiġi interpretat bħala referenza għal

Paragrafi 2 u 11

Din id-Direttiva


(1)  ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.


whereas









keyboard_arrow_down