keyboard_tab Clausole e vendite online Direttiva EU 2011/0083 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
2019/2161 2011/83 2005/29 1998/6 1993/13
2011/0083 MT cercato: 'obbligat' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl- artikolu 157
- ta’ 110
- punt 56
- kwalunkwe 24
- Ġu 21
- minn 19
- kuntratt 18
- għal 18
- id-direttiva 15
- tfisser 14
- jekk 13
- inċiż 13
- dwar 11
- reċess 11
- l-konsumatur 10
- l-oġġetti 10
- permezz 10
- daħħal 10
- tal-oġġetti 9
- bejn 8
- fejn 8
- punti 8
- bejgħ 7
- fil-każ 7
- tal-kummerċjant 7
- mill-kuntratt 7
- oġġetti 7
- il-kummerċjant 6
- għandu 6
- it-tieni 6
- differenti 6
- hinn 6
- terza 6
- tal-konsumatur 6
- sentenza 6
- tan-negozju 6
- tiegħu 5
- l-ewwel 5
- “kuntratt 5
- fiżika 5
- lill-konsumatur 5
- konkluż 5
- servizzi 5
- mezz 5
- kuntratti 5
- post 5
- żmien 5
- mhux 5
- kuntrattwali 5
- parti 5
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għan ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) | “konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, f'kuntratti koperti minn din id-Direttiva, tkun qiegħda taġixxi għal skopijiet li jkunu lil hinn mis-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha; |
(2) | “kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew kwalunkwe persuna ġuridika, indipendentement mill-fatt li tkun suġġett pubbliku jew privat, li taġixxi, anki permezz ta’ persuna li tkun qed taġixxi f'isimha jew għall-interessi tagħha, għall-iskopijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha fil-kuntatti koperti minn din id-Direttiva; |
(3) | “oġġetti” tfisser kwalunkwe oġġett tanġibbli mobbli, bl-eċċezzjoni tal-oġġetti mibjugħa permezz ta’ eżekuzzjoni jew b'mod ieħor bl-awtorità tal-liġi; jidħlu fost l-“oġġetti” koperti minn din id-Direttiva l-ilma, il-gass u l-elettriku fejn huma għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa; |
(4) | “oġġett li sar skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur” tfisser kwalunkwe oġġett li ma ġiex prefabbrikat u sar fuq il-bażi ta’ għażla jew deċiżjoni individwali tal-konsumatur; |
(5) | “kuntratt ta’ bejgħ” tfisser kwalunkwe kuntratt li permezz tiegħu l-kummerċjant jittrasferixxi jew jimpenja ruħu li jittrasferixxi l-proprjetà ta’ oġġetti lil konsumatur u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz ta’ dan, inkluż kwalunkwe kuntratt li għandu bħala l-oġġett tiegħu kemm l-oġġetti kif ukoll is-servizzi; |
(6) | “kuntratt ta’ servizz” tfisser kwalunkwe kuntratt li mhuwiex kuntratt ta’ bejgħ li abbażi tiegħu l-kummerċjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni servizz lill-konsumatur u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz ta’ dan; |
(7) | “kuntratt mill-bogħod” tfisser kwalunkwe kuntratt konkluż bejn il-kummerċjant u il-konsumatur fil-qafas ta’ skema ta’ bejgħ mill-bogħod organizzat jew skema ta’ forniment ta’ servizzi, mingħajr il-preżenza simultanja u fiżika tal-kummerċjant u l-konsumatur, bl-użu esklużiv ta’ mezz wieħed jew iktar tal-komunikazzjoni mill-bogħod, sal-konklużjoni tal-kuntratt, inkluża l-konklużjoni tal-kuntratt stess; |
(8) | “kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju” tfisser kwalunkwe kuntratt bejn il-kummerċjant u il-konsumatur:
|
(9) | “post tan-negozju” tfisser:
|
(10) | “mezz li jservi għal żmien twil” tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-konsumatur jew il-kummerċjant li jaħżen informazzjoni personalment indirizzata lilu b'mod aċċessibbli għal referenza futura għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-iskopijiet tal-informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna; |
(11) | “kontenut diġitali” tfisser data oġġetta u fornuta f'format diġitali; |
(12) | “servizz finanzjarju” tfisser kwalunkwe servizz ta’ natura bankarja, ta’ kreditu, ta’ assigurazzjoni, ta’ pensjoni personali, ta’ investiment jew ta’ ħlas; |
(13) | “irkant pubbliku” tfisser metodu ta’ bejgħ fejn oġġetti u servizzi huma offruti mill-kummerċjant lill-konsumaturi, li jattendu jew jingħataw il-possibilità li jattendu l-irkant fiżikament, permezz ta’ proċedura trasparenti kompetittiva ta’ offerti mmexxija minn irkantatur u fejn l-offerent rebbieħ huwa obbligat li jixtri l-oġġetti jew is-servizzi; |
(14) | “garanzija kummerċjali” tfisser kwalunkwe impenn mill-kummerċjant jew minn produttur (il-“garanti”) lill-konsumatur, flimkien mal-obbligi tal-liġi dwar il-garanzija ta’ konformità, ta’ rimbors tal-prezz imħallas jew ta’ sostituzzjoni, tiswija jew manutenzjoni ta’ oġġetti fi kwalunkwe mod jekk ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet jew kwalunkwe rekwiżit ieħor mhux relatat mal-konformità, stipulati fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-riklamar relevanti disponibbli fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, jew qablu; |
(15) | “kuntratt anċillari” tfisser kuntratt li bih il-konsumatur jakkwista oġġetti jew servizzi relatati ma’ kuntratt mill-bogħod jew kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju u fejn dawk l-oġġetti jiġu pprovduti jew is-servizzi jiġu fornuti mill-kummerċjant jew minn parti terza fuq il-bażi ta’ arranġament bejn dik il-parti terza u l-kummerċjant. |
Artikolu 3
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Direttiva għandha tapplika, skont il-kundizzjonijiet u sal-punt stipulati fid-dispożizzjonijiet tagħha, għal kwalunkwe kuntratt konkluż bejn kummerċjant u konsumatur. Hija wkoll applikabbli għall-kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass, elettriku jew tisħin distrettwali, inkluż min-naħa tal-fornituri pubbliċi, sal-punt li dawn l-oġġetti ta’ bażi huma fornuti fuq bażi kuntrattwali.
2. F' każ ta’ kunflitt bejn kwalunkwe dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva u dispożizzjoni ta’ att ieħor tal-Unjoni li jirregola setturi speċifiċi, id-dispożizzjoni tal-att l-ieħor tal-Unjoni tirbaħ u għandha tapplika lil tali setturi speċifiċi.
3. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti:
(a) | għas-servizzi soċjali, inklużi l-akkomodazzjoni soċjali, l-assistenza għat-tfal u l-appoġġ għall-familji u għall-persuni temporanjament jew permanentement fil-bżonn, inkluża l-assistenza fit-tul; |
(b) | għall-kura tas-saħħa kif definita fil punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2011/24/UE, anki jekk tkun ipprovduta permezz ta’ faċilitajiet tal-kura tas-saħħa; |
(c) | għall-attivitajiet tal-azzard, li jinvolvu mħatri għal flus f'logħob ta’ fortuna, inklużi l-lotteriji, logħob tal-azzard fil-każinos u l-imħatri; |
(d) | għas-servizzi finanzjarji; |
(e) | għall-ħolqien, l-akkwist jew it-trasferiment ta’ proprjetà immobbli jew tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli; |
(f) | għall-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, it-trasformazzjoni sostanzjali ta’ bini eżistenti u għall-kiri ta’ akkomodazzjoni għal skop residenzjali; |
(g) | li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (18); |
(h) | li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju (19); |
(i) | li, skont il-liġijiet tal-Istati Membri, huma stabbiliti bl-intervent ta’ uffiċjali pubbliku, obbligat mil-liġi li jkun indipendenti u imparzjali, li għandu jiggarantixxi, billi jipprovdi informazzjoni ġuridika kompluta, li l-konsumatur jikkonkludi l-kuntratt fuq il-bażi biss ta’ deċiżjoni ġuridika għaqlija u bil-għarfien tar-rilevanza ġuridika tagħha; |
(j) | ta' provvista ta’ ikel, xorb u oġġetti oħra intiżi għall-konsum kurrenti fil-familja u fiżikament fornuti minn kummerċjant f'dawriet frekwenti u regolari fid-djar, residenzi jew post tax-xogħol tal-konsumatur; |
(k) | ta' servizzi tat-trasport ta’ passeġġieri, għajr għall-Artikolu 8(2) u l-Artikoli 19 u 22; |
(l) | konklużi permezz ta’ magni awtomatiċi tal-bejgħ jew bini kummerċjali awtomatizzat; |
(m) | konklużi mal-operaturi tat-telekomunikazzjonijiet permezz ta’ telefons pubbliċi bi ħlas għall-użu tagħhom jew konklużi għall-użu ta’ kollegament wieħed biss permezz tat-telefon, Internet jew fax, stabbilit minn konsumatur. |
4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx din id-Direttiva jew li ma jżommux u lanqas jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali korrispondenti għall-kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju li għalihom il-pagament li l-konsumatur għandu jħallas ma jkunu aktar minn EUR 50. L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu valur aktar baxx fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom.
5. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-liġi kuntrattwali ġenerali nazzjonali, bħar-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni jew l-effett ta’ kuntratt, sakemm l-aspetti relatati mal-liġi kuntrattwali ġenerali mhumiex regolati minn din id-Direttiva.
6. Din id-Direttiva ma għandhiex timpedixxi lill-kummerċjanti milli joffru lill-konsumaturi arranġamenti kuntrattwali li jmorru lil hinn mill-protezzjoni prevista minn din id-Direttiva.
Artikolu 22
Pagamenti addizjonali
Qabel ma l-konsumatur ikun marbut bil-kuntratt jew bl-offerta, il-kummerċjant għandu jfittex il-kunsens espress tal-konsumatur għal kwalunkwe ħlas addizzjonali li jiżdied mal-pagament miftiehem għall-obbligu kuntrattwali ewlieni tal-kummerċjant. Jekk kummerċjant ma jkunx kiseb il-kunsens espress tal-konsumatur iżda ddeduċieh bl-użu ta’ alternattivi prestabbiliti li l-konsumatur obbligat li jirrifjuta biex jevita ħlas addizzjonali, il-konsumatur għandu jkun intitolat għal rimbors ta’ dan il-ħlas.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 35
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ
(1) ĠU C 317, 23.12.2009, p. 54.
(2) ĠU C 200, 25.8.2009, p. 76.
(3) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2011
(4) ĠU L 372, 31.12.1985, p. 31.
(5) ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.
(7) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.
(8) ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.
(10) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.
(11) ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1.
(12) ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1.
(13) ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.
(14) ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
(15) ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29.
(16) ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12.
(17) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
(18) ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59.
(19) ĠU L 33, 3.2.2009, p. 10.
(20) ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66.
(21) ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16.
ANNESS I
Informazzjoni dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess
A. Mudell ta’ istruzzjonijiet dwar ir-reċess
Dritt ta’ reċess
Għandek id-dritt tirreċedi mill-kuntratt, mingħajr ma tagħti raġunijiet, fi żmien erbatax-il jum.
Il-perjodu ta’ reċess jiskadi wara 14-il jum mill-jumBiex tirrispetta l-iskadenza għar-reċess, hu biżżejjed li tibgħat il-komunikazzjoni dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess qabel il-perjodu ta’ reċess ikun skada.
Effetti tar-reċess
Jekk tirreċedi mill-kuntratt, nagħtuk rimbors tal-pagamenti kollha li għamilt favurina, inklużi l-ispejjeż tal-kunsinna (bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż supplementari li ġejjin mill-għażla tiegħek ta’ tip ta’ kunsinna differenti mit-tip l-anqas għali ta’ kunsinna standard offrut minna), mingħajr dewmien mhux dovut u f’kull każ mhux iktar tard minn 14-il jum mill-jum li fih niġu infurmati bid-deċiżjoni tiegħek li tirreċedi mill-kuntratt. Se nagħmlu dawn ir-rimborsi bl-użu tal-istess mezz ta’ pagament li użajt int għat-tranżazzjoni inizjali, għajr jekk taqbel espressament mod ieħor; fi kwalunkwe każ, m’intix se ġġarrab l-ebda spiża bħala konsegwenza tar-rimbors.Istruzzjonijiet biex timla l-formola:
1. | Daħħal wieħed mit-testi li ġejjin bejn il-virgoletti:
|
2. | Daħħal l-isem, l-indirizz ġeografiku u, jekk disponibbli, in-numru tat-telefon u tal-fax u l-indirizzi tal-posta elettronika. |
3. | Jekk tagħti lill-konsumatur il-possibbiltà li jimla u jibgħat elettronikament l-informazzjoni dwar ir-reċess mill-kuntratt fuq is-sit elettroniku tiegħek, daħħal dan li ġej: “Tista’ wkoll timla u tibgħat elettronikament il-formola standard ta’ reċess jew kwalunkwe dikjarazzjoni espliċita fuq is-sit elettroniku tagħna [daħħal l-indirizz tal-Internet]. Fil-każ li tagħmel din l-għażla, nibagħtulek mill-aktar fis konferma li rċevejna r-reċess fuq mezz li jservi għal żmien twil (eż. e-mail).” |
4. | Għall-kuntratti ta’ bejgħ li fihom ma offrejtx li tiġbor il-oġġetti f’każ ta’ reċess, daħħal dan li ġej: “Ir-rimbors jista’ jkun sospiż sakemm nirċievu l-oġġetti lura jew sakemm tkun urejtna bi prova li bgħatt il-oġġetti, skont liema jsir l-ewwel.” |
5. | Jekk il-konsumatur irċieva l-oġġetti marbuta mal-kuntratt,:
|
6. | F’każ ta’ kuntratt għall-għoti ta’ servizzi jew il-provvista ta’ ilma, gass jew elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f’volum limitat jew fi kwantità fissa, jew ta’ tisħin distrettwali, daħħal dan li ġej: “Jekk tlabt li l-eżekuzzjoni tas-servizzi jew il-provvista ta’ ilma/gass/elettriku/tisħin distrettwali [ħassar fejn ma japplikax] tibda matul il-perjodu ta’ reċess, għandek tħallasna ammont proporzjonali għal kemm fornut sal-mument li fih tgħarrafna bir-reċess minn dan il-kuntratt, meta mqabbel mal-kopertura totali tal-kuntratt.”. |
(imla u rritorna din il-formola fil-każ biss li tixtieq tirreċedi mill-kuntratt)
— | Lil [Daħħal l-isem, l-indirizz ġeografiku u, jekk disponibbli, in-numru tat-telefon u tal-fax u l-indirizzi tal-posta elettronika tal-kummerċjant]: |
— | Jien/Aħna (*) bil-preżenti ninnotifika(w) (*) li nirreċedi/u (*) mill-kuntratt ta’ bejgħ tiegħi/tagħna (*) tal-oġġetti li ġejjin (*)/għall-forniment tas-servizz li ġej (*) |
— |
— | Isem il-konsumatur(i) |
— | Indirizz tal-konsumatur(i) |
— | Firma tal-konsumatur(i) (fil-każ biss li din il-formola hija notifikata fuq il-karta) |
— | Data |
(*) Aqta’ fejn xieraq.
ANNESS II
Tabella ta’ korrelazzjoni
Direttiva 85/577/KEE | Direttiva 97/7/KE | Din id-Direttiva |
Artikolu 1 |
| Artikolu 3 moqri flimkien mal-Artikolu 2, punti 8 u 9 u Artikolu 16, punt h. |
| Artikolu 1 | Artikolu 1 moqri flimkien mal-Artikolu 2, punt 7. |
Artikolu 2 |
| Artikolu 2, punti 1 u 2 |
| Artikolu 2, punt 1 | Artikolu 2, punt 7 |
| Artikolu 2, punt 2 | Artikolu 2, punt 1 |
| Artikolu 2, punt 3 | Artikolu 2, punt 2 |
| Artikolu 2, punt 4,l-ewwel sentenza | Artikolu 2, punt 7 |
| Artikolu 2punt 4, it-tieni sentenza | — |
| Artikolu 2 punt 5 | — |
Artikolu 3(1) |
| Artikolu 3(4) |
Artikolu 3(2), punt a |
| Artikolu 3(3), punti e u f |
Artikolu 3(2), punt b |
| Artikolu 3(3), punt j |
Artikolu 3(2), punt c |
| — |
Artikolu 3(2), punt d |
| Artikolu 3(3), punt d |
Artikolu 3(2), punt e |
| Artikolu 3(3), punt d |
Artikolu 3(3) |
| — |
| Artikolu 3(1), l-ewwel inċiż | Artikolu 3(3), punt d |
| Artikolu 3(1), it-tieni inċiż | Artikolu 3(3), punt l |
| Artikolu 3(1), it-tielet inċiż | Artikolu 3(3), punt m |
| Artikolu 3(1), ir-raba’ inċiż | Artikolu 3(3), punti e u f |
| Artikolu 3(1), il-ħames inċiż | Artikolu 6(3) u Artikolu 16, punt k moqri flimkien ma’ Artikolu 2, punt 13 |
| Artikolu 3(2), l-ewwel inċiż | Artikolu 3(3), punt j |
| Artikolu 3(2), it-tieni inċiż | Artikolu 3(3) punt f (għall-kiri ta’ akkomodazzjoni għal skopijiet residenzjali), punt g (għall-vjaġġi kollox kompriż), punt h (għal timeshare), punt k (għat-trasport tal-passiġġieri b’ xi eċċezzjonijiet) u Artikolu 16, punt l (eżenzjoni mid-dritt ta’ reċess) |
Artikolu 4, l-ewwel sentenza |
| Artikolu 6(1), punti b, c u h, u Artikolu 7(1) u (2) |
Artikolu 4, it-tieni sentenza |
| Artikolu 6(1), punt a u Artikolu 7(1) |
Artikolu 4, it-tielet sentenza |
| Artikolu 6(1) |
Artikolu 4, ir-raba’ sentenza |
| Artikolu 10 |
| Artikolu 4(1), punt a | Artikolu 6(1), punti b u c |
| Artikolu 4(1), punt b | Artikolu 6(1), punt a |
| Artikolu 4(1), punt c | Artikolu 6(1), punt e |
| Artikolu 4(1), punt d | Artikolu 6(1), punt e |
| Artikolu 4(1), punt e | Artikolu 6(1), punt g |
| Artikolu 4(1), punt f | Artikolu 6(1), punt h |
| Artikolu 4(1), punt g | Artikolu 6(1), punt f |
| Artikolu 4(1), punt h | — |
| Artikolu 4(1), punt i | Artikolu 6(1), punti o u p |
| Artikolu 4(2) | Artikolu 6(1) moqri flimkien ma Artikolu 8(1), (2) u (4) |
| Artikolu 4(3) | Artikolu 8(5) |
| Artikolu 5(1) | Artikolu 8(7) |
| Artikolu 5(2) | Artikolu 3(3), punt m |
| Artikolu 6(1) | Artikolu 9(1) u (2), Artikolu 10, Artikolu 13(2), Artikolu 14 |
| Artikolu 6(2) | Artikolu 13 u Artikolu 14(1), it-tieni u it-tielet subparagrafu |
| Artikolu 6(3), l-ewwel inċiż | Artikolu 16, punt a |
| Artikolu 6(3), it-tieni inċiż | Artikolu 16, punt b |
| Artikolu 6(3), it-tielet inċiż | Artikolu 16, punti c u d |
| Artikolu 6(3), ir-raba’ inċiż | Artikolu 16, punt i |
| Artikolu 6(3), il-ħames inċiż | Artikolu 16, punt j |
| Artikolu 6(3), is-sitt inċiż | Artikolu 3(3), punt c |
| Artikolu 6(4) | Artikolu 15 |
| Artikolu 7(1) | Artikolu 18(1)(għall-kuntratti ta’ bejgħ) |
| Artikolu 7(12) | Artikolu 18(2), (3) u (4) |
| Artikolu 7(3) | — |
| Artikolu 8 | — |
| Artikolu 9 | Artikolu 27 |
| Artikolu 10 | — (imma ara Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/58/KE) |
| Artikolu 11(1) | Artikolu 23(1) |
| Artikolu 11(2) | Artikolu 23(2) |
| Artikolu 11(3), punt a | Artikolu 6(9) l-oneru tal-prova rigward l-informazzjoni pre-kontrattwali; għal bqija: — |
| Artikolu 11(3), punt b | Artikolu 24(1) |
| Artikolu 11(4) | — |
| Artikolu 12(1) | Artikolu 25 |
| Artikolu 12(2) | — |
| Artikolu 13 | Artikolu 3(2) |
| Artikolu 14 | Artikolu 4 |
| Artikolu 15(1) | Artikolu 28(1) |
| Artikolu 15(2) | Artikolu 28(1) |
| Artikolu 15(3) | Artikolu 28(1) |
| Artikolu 15(4) | Artikolu 30 |
| Artikolu 16 | Artikolu 26 |
| Artikolu 17 | — |
| Artikolu 18 | Artikolu 34 |
| Artikolu 19 | Artikolu 35 |
Artikolu 5(1) |
| Artikoli 9 u 11 |
Artikolu 5(2) |
| Artikolu 12 |
Artikolu 6 |
| Artikolu 25 |
Artikolu 7 |
| Artikoli 13, 14 u 15 |
Artikolu 8 |
| Artikolu 4 |
Anness tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (“ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi”) (1) | Għandu jiġi interpretat bħala referenza għal |
Paragrafi 2 u 11 | Din id-Direttiva |
whereas