(17) Id-definizzjoni ta’ konsumatur għandha tkopri l-persuni fiżiċi li mhumiex qed jaġixxu fil-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tagħhom.
madankollu, fil-każ ta’ kuntratti għal żewġ għanijiet, fejn il-kuntratt huwa konkluż għal skopijiet parzjalment fl-ambitu jew parzjalment barra mill-ambitu tal-kummerċ ta’ persuna u l-iskop ta’ kummerċ tant huwa limitat li mhuwiex predominanti fil-kuntest kumplessiv tal-kuntratt, dik il-persuna wkoll għandha titqies bħala konsumatur.
- = -
(20) Id-definizzjoni ta’ kuntratt mill-bogħod għandha tkopri l-każijiet kollha fejn il-kuntratt jiġi konkluż bejn il-kummerċjant u l-konsumatur fl-ambitu ta’ skema ta’ bejgħ mill-bogħod organizzat jew skema ta’ forniment ta’ servizzi, bl-użu esklużiv ta’ mezz wieħed jew aktar ta’ komunikazzjoni ta’ distanza (pereżempju bejgħ bil-posta, Internet, telefon jew faks) saż-żmien meta l-kuntratt jiġi konkluż, u inkluż dan iż-żmien.
Dik id-definizzjoni għandha wkoll tkopri sitwazzjonijiet li fihom il-konsumatur iżur il-post tan-negozju sempliċement biex jiġbor informazzjoni dwar il-oġġetti jew is-servizzi u biex sussegwentement jinnegozja u jikkonkludi l-kuntratt mill-bogħod B' kuntrast, kuntratt innegozjat fil-post tan-negozju tal-kummerċjant u fl-aħħar konkluż permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod ma għandux jitqies kuntratt mill-bogħod.
Lanqas kuntratt mibdi permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod, iżda fl-aħħar konkluż fil-post tan-negozju tal-kummerċjant ma għandu jitqies bħala kuntratt mill-bogħod.
Bl-istess mod, il-kunċett ta’ kuntratt mill-bogħod ma għandux jinkludi riservi li jsiru minn konsumatur permezz ta’ mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod biex jitlob il-forniment ta’ servizz minn professjonista, bħal fil-każ ta’ konsumatur li jċempel lil parrukkier biex jitlob appuntament.
Il-kunċett ta’ skema ta’ bejgħ mill-bogħod organizzat jew skema ta’ forniment ta’ servizzi għandhu jinkludi dawk l-iskemi offruti minn parti terza li ma tkunx il-kummerċjant iżda użati mill-kummerċjant, bħal pjattaforma online.
madankollu, m' għandhux jkopri każijiet li fihom is-siti web joffru biss informazzjoni dwar il-kummerċjant, il-oġġetti u/jew is-servizzi tiegħu u id-dettalji ta’ kuntatt tiegħu.
- = -
(27) Is-servizzi ta’ trasport ikopru t-trasport ta’ passiġġieri u tal-oġġetti.
It-trasport ta’ passiġġieri għandhu ikun eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva billi diġà huwa suġġett għal leġislazzjoni oħra tal-Unjoni, jew fil-każ tat-trasport pubbliku jew tat-taxis, għal regolamentazzjoni f'livell nazzjonali.
madankollu, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jipproteġu lill-konsumaturi kontra tariffi eċċessivi għall-użu ta’ mezzi ta’ pagament jew kontra spejjeż moħbija għandhom japplikaw anki għall-kuntratti ta’ trasport ta’ passiġġieri.
Fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti jew kiri ta’ karozzi li huma servizzi, il-konsumaturi għandhom jibbenefikaw mill-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ reċess.
- = -
(34) Il-kummerċjant għandu jagħti lill-konsumatur informazzjoni ċara u komprensibbli qabel ma l-konsumatur jintrabat b'kuntratt mill-bogħod jew kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju, kuntratt li ma jkunx kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju, jew kwalunkwe offerta korrispondenti.
Bil-forniment ta’ din l-informazzjoni, il-kummerċjant għandu jikkunsidra l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ konsumaturi li huma partikolarment vulnerabbli minħabba l-infermità mentali, fiżika jew psikoloġika, età jew inġenwità tagħhom b'tali mod li l-kummerċjant jista' raġonevolment jipprevedi.
madankollu, il-kunsiderazzjoni ta’ dawn il-ħtiġijiet speċifiċi ma għandhiex twassal għal livelli differenti ta’ ħarsien tal-konsumaturi.
- = -
(35) L-informazzjoni li għandha tiġi fornuta mill-kummerċjant lill-konsumatur għandha tkun mandatorja u ma tistax tkun modifikata.
madankollu l-partijiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jaqblu espressament biex jimmodifikaw il-kontenut tal-kuntratt suċċessivament konkluż, pereżempju d-dispożizzjonijiet għall-kunsinna.
- = -
(44) Id-differenzi fil-modi kif huwa eżerċitat id-dritt ta’ reċess fl-Istati Membri kkawżaw spejjeż għal kummerċjanti li jbiegħu b'mod transkonfinali.
L-introduzzjoni ta’ formola standard armonizzata ta’ reċess li tista' tintuża mill-konsumatur għandha tissemplifika l-proċess ta’ reċess u ġġib ċertezza legali.
Għal dawn ir-raġunijiet, l-Istati Membri għandhom joqogħdu lura milli jżidu kwalunkwe rekwiżit ta’ preżentazzjoni lill-formola standard tal-Unjoni kollha pereżempju d-daqs tat-tipa.
madankollu, il-konsumatur għandu jibqa' liberu li jirreċedi bi kliemu stess, sakemm id-dikjarazzjoni tiegħu lill-kummerċjant li tistabbilixxi d-deċiżjoni tiegħu li jirreċedi mill-kuntratt tkun inekwivokabbli.
Ittra, telefonata jew ir-ritorn tal-oġġetti b'dikjarazzjoni ċara jistgħu jissodisfaw dan ir-rekwiżit, iżda l-oneru tal-prova tar-reċess fi żmien it-termini stabbiliti fid-Direttiva għandu jkun fuq il-konsumatur.
Għal din ir-raġuni, huwa fl-interess tal-konsumatur li jagħmel użu minn mezz li jservi għal żmien twil meta jgħarraf ir-reċess tiegħu lill-kummerċjant.
- = -
(52) Fil-kuntest tal-kuntratti ta’ bejgħ, il-kunsinna tal-oġġetti tista' sseħħ f'diversi modi, jiġifieri immedjatament jew aktar tard.
Jekk il-partijiet ma qablux fuq data tal-kunsinna speċifika, il-kummerċjant għandu jagħmel il-kunsinna tal-oġġetti mill-aktar fis possibbli, u f'kull każ mhux aktar tard minn 30 jum mid-data ta’ konklużjoni tal-kuntratt.
Ir-regoli rigward kunsinna tard għandhom ukoll jieħdu kont tal-oġġetti li għandhom ikunu manifatturati jew miksuba apposta għall-konsumatur li ma jistgħux jerġgħu jintużaw mill-kummerċjant mingħajr telf konsiderevoli.
Għalhekk, regola li tipprovdi għal perjodu raġonevoli addizzjonali ta’ żmien lill-kummerċjant f'ċerti ċirkostanzi għandhom jiġu pprovduti f'din id-Direttiva.
Meta l-kummerċjant ikun naqas milli jikkunsinna l-oġġetti fil-perjodu ta’ żmien miftiehem mal-konsumatur, qabel ma l-konsumatur ikun jista' jittermina l-kuntratt, il-konsumatur għandu jitolbu lill-kummerċjant biex jagħmel il-kunsinna fil-perjodu raġonevoli addizjoni ta’ żmien u tkun intitolat li jittermina il-kuntratt jekk il-kummerċjant jonqos milli jikkunsinna l-oġġetti anke f'dak il-perjodu addizzjonali ta’ żmien.
madankollu, din ir-regola m'għandhiex tapplika meta l-kummerċjant ikun irrifjuta li jikkunsinna l-oġġetti f'dikjarazzjoni ċara.
Lanqas ma għandha tapplika f'ċerti ċirkostanzi fejn il-perjodu ta’ kunsinna huwa essenzjali bħal, per eżempju, fil-każ tal-libsa tat-tieġ li għandha tingħata qabel il-tieġ.
Lanqas ma għandu japplika fiċ-ċirkostanzi fejn il-konsumatur jinforma lill-kummerċjant li l-kunsinna f'data speċifikata hija essenzjali.
Għal dan il-għan, il-konsumatur jista' juża d-dettalji ta’ kuntatt tal-kummerċjant mogħtija skont din id-Direttiva.
F'dawn il-każijiet speċifiċi, jekk in-negozjant jonqos li jikkunsinna l-merkanzija fil-ħin, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt immedjatament wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ kunsinna inizjalment miftiehem.
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-mod kif il-konsumatur għandu jinnotifika lill-kummerċjant bir-rieda tiegħu li jittermina l-kuntratt.
- = -
(55) Meta l-oġġetti jintbagħtu mill-kummerċjant lill-konsumatur, jista' jinqala tilwim fil-każ ta’ telf jew ħsara, rigward il-mument li fih it-trasferiment tar-riskju seħħ.
Għalhekk din id-Direttiva għandha tipprovdi li l-konsumatur ikun protett kontra kull riskju ta’ telf ta’ jew ħsara lill-oġġetti li jsiru qabel ma jakkwista l-pussess fiżiku tal-oġġetti.
Il-konsumatur għandu jkun protett waqt it-trasport organizzat jew imwettaq mill-kummerċjant, anki meta l-konsumatur ikun għażel metodu ta ‘kunsinna partikolari minn firxa ta’ għażliet offruti mill-kummerċjant.
madankollu, din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għal kuntratti fejn huwa f'idejn il-konsumatur li jieħu ħsieb il-kunsinna tal-oġġetti hu stess jew fejn jitolbtrasportatur jieħu ħsieb il-kunsinna.
Rigward il-mument tat-trasferiment tar-riskju, il-konsumatur għandhu jitqies li kisbu l-pussess fiżiku tal-oġġetti meta jkun irċevihom.
- = -