keyboard_tab Clausole e vendite online Direttiva EU 2011/0083 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
2019/2161 2011/83 2005/29 1998/6 1993/13
2011/0083 MT cercato: 'l-miżuri' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl- 1 Artikolu 5 Rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-kuntratti li mhumiex kuntratti mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju
- 1 Artikolu 6 Rekwiżiti ta’ informazzjoni għal kuntratti mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju
- 1 Artikolu 24 Penali
- 1 Artikolu 25 Natura imperattiva tad-Direttiva
- 3 Artikolu 28 Traspożizzjoni
- ta’ 59
- fejn 25
- applikabbli 22
- jekk 13
- għandhom 12
- informazzjoni 10
- jkun 10
- membri 9
- id-direttiva 9
- skont 8
- dawk 8
- tal-kummerċjant 8
- għandu 8
- il-kummerċjant 8
- tal-oġġetti 8
- dwar 8
- kuntratt 7
- addizzjonali 7
- minn 7
- mill-bogħod 7
- meta 7
- tan-negozju 7
- għal 7
- kwalunkwe 7
- totali 7
- reċess 7
- jistgħu 6
- huwa 6
- diġitali 6
- jiġu 6
- il-konsumatur 6
- ikun 6
- l-istati 6
- l-artikolu 6
- hinn 6
- il-prezz 6
- l-informazzjoni 6
- mill-post 6
- l-ispejjeż 6
- //ke 5
- kkalkolat 5
- artikolu 5
- qabel 5
- raġonevolment 5
- dritt 5
- tal-paragrafu 5
- wara 5
- żmien 5
- il-kuntratt 5
- biex 5
Artikolu 5
Rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-kuntratti li mhumiex kuntratti mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju
1. Qabel ma l-konsumatur jintrabat b'kuntratt li mhuwiex kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju, jew bi kwalunkwe offerta korrispondenti, il-kummerċjant għandu jagħti lill-konsumatur l-informazzjoni li ġejja b'mod ċar u komprensibbli, jekk dik l-imformazzjoni mhijiex diġà evidenti mill-kuntest:
(a) | il-karatteristiċi prinċipali tal-oġġett jew tas-servizzi, safejn xieraq għall-mezz u għall-oġġett jew is-servizzi; |
(b) | l-identità tal-kummerċjant, bħall-isem kummerċjali tiegħu, l-indirizz ġeografiku li fih huwa stabbilit u n-numru tat-telefon; |
(c) | il-prezz totali tal-oġġetti jew is-servizzi inklużi t-taxxi, jew fejn in-natura tal-oġġetti jew tas-servizzi hija tali li l-prezz ma jistax b'mod raġonevoli jiġi kkalkolat minn qabel, il-mod li bih il-prezz għandhu jiġi kkalkolat, kif ukoll, fejn hu applikabbli, kull imposta addizzjonali għat-trasport ta’ merkanzija, ghall-kunsinna jew għall-posta jew jew, fejn dawk l-imposti ma jistgħux jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, il-fatt li tali imposti addizzjonali jistgħu jkunu dovuti; |
(d) | fejn hu applikabbli, l-arranġamenti għall-ħlas, kunsinna, eżekuzzjoni, id-data sa meta l-kummerċjant jimpenja ruħu li jikkunsinna l-oġġetti jew jagħti servizz, u l-politika tal-kummerċjant tal-ġestjoni tal-ilmenti; |
(e) | flimkien ma’ tfakkira tal-eżistenza ta’ garanzija legali ta’ konformità għall-oġġetti u l-kundizzjonijiet ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ u garanziji kummerċjali, fejn applikabbli; |
(f) | it-tul ta’ żmien tal-kuntratt fejn applikabbli, jew, jekk il-kuntratt huwa għal żmien indeterminat jew kuntratt li jiġġedded awtomatika, il-kundizzjonijiet biex ittemm il-kuntratt; |
(g) | fejn hu applikabbli, il-funzjonalità, inklużi l-miżuri tekniċi applikabbli ta’ protezzjoni tal-kontenut diġitali; |
(h) | fejn applikabbli, kwalunkwe interoperabbiltà rilevanti tal-kontenut diġitali bil-hardware u s-software, li jkun jaf bihom il-kummerċjant jew mistenni jkun jaf bihom raġonevolment. |
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika anki għall-kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass u elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, għat-tisħin distrettwali u għall-kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli.
3. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu meħtieġa japplikaw il-paragrafu 1 għall-kuntratti li jinvolvu tranżazzjonijiet ta’ kuljum u li huma eżegwiti immedjatament fil-mument tal-konklużjoni tagħhom.
4. L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu rekwiżiti addizzjonali ta’ informazzjoni pre-kuntrattwali għal-kuntratti li japplika għalihom dan l-Artikolu.
KAPITOLU III
IINFORMAZZJONI TAL-KONSUMATUR U DRITT TA' REĊESS GĦAL KUNTRATTI MILL-BOGĦOD U LIL HINN MILL-POST TAN-NEGOZJU
Artikolu 6
Rekwiżiti ta’ informazzjoni għal kuntratti mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju
1. Qabel ma l-konsumatur jintrabat b’ kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju, jew bi kwanlunkwe offerta korrispondenti, il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur l-informazzjoni li ġejja b'mod ċar u komprensibbli:
(a) | il-karatteristiċi prinċipali tal-oġġetti jew tas-servizzi, safejn xieraq għall-mezz u għall-oġġett jew is-servizzi; |
(b) | l-identità tal-kummerċjant, bħall-isem kummerċjali tiegħu; |
(c) | l-indirizz ġeografiku fejn il-kummerċjant huwa stabbilit u n-numru tat-telefon, tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu, fejn ikun disponibbli, biex il-konsumatur ikun jista' jagħmel kuntatt malajr mal-kummerċjant u jikkomunika b'mod effikaċi miegħu u, jekk applikabbli, l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant li f'ismu jkun qed jaġixxi; |
(d) | jekk differenti mill-indirizz ipprovdut skont il-punt (c), l-indirizz ġeografiku tal-post tan-negozju tal-kummerċjant, u fejn applikabbli dak tal-kummerċjant li f'ismu qed jaġixxi, fejn il-konsumatur jista' jirreferi kwalunkwe lment; |
(e) | il-prezz totali tal-oġġetti jew servizzi inklużi t-taxxi, jew fejn in-natura tal-oġġetti jew tas-servizzi hija tali li l-prezz ma jistax b'mod raġonevoli jiġi kkalkolat minn qabel, il-mod li bih il-prezz għandhu jiġi kkalkolat, kif ukoll, fejn hu applikabbli, kull imposta addizzjonali għat-trasport ta’ merkanzija, ghall-kunsinna jew għall-posta jew kwalunkwe spejjeż oħra jew, fejn dawk l-imposti ma jistgħux jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, il-fatt li tali imposti addizzjonali jistgħu jkunu dovuti. Fil-każ ta’ kuntratt għal żmien indeterminat jew ta’ kuntratt li jkun fih abbonament, il-prezz totali għandu jinkludi l-ispejjeż totali għall-perjodu ta’ kontijiet. Meta l-ħlas għal tali kuntratti jkun tariffa fissa, il-prezz totali għandu jkun ekwivalenti anki għall-ispejjeż totali ta’ kull xahar. Jekk l-ispejjeż totali ma jkunux jistgħu jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, għandhom jiġu pprovduti l-modalitajiet ta’ kalkolu tal-prezz; |
(f) | l-ispiża tal-użu tal-mezz tal-komunikazzjoni mill-bogħod għall-konklużjoni tal-kuntratt meta tali kost huwa kkalkolat fuq bażi differenti mit-tariffa bażika; |
(g) | l-arranġamenti għall-ħlas, kunsinna, eżekuzzjoni, id-data sa meta l-kummerċjanti jimpenja ruħu jikkunsinna l-oġġetti jew jagħti s-servizzi u, jekk ikun il-każ, il-politika ta’ ġestjoni tal-ilmenti tal-kummerċjant; |
(h) | f'każ li jeżisti dritt ta’ reċess, il-kundizzjonijiet, it-termini u l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ tali dritt skont l-Artikolu 11(1), kif ukoll il-formola standard ta’ reċess stabbilita fl-Anness I(B); |
(i) | fejn applikabbli, li l-konsumatur ikollu jġarrab l-ispejjeż tar-ritorn tal-oġġetti fil-każ ta’ reċess u, għall-kuntratti mill-bogħod, jekk il-oġġetti, minħabba n-natura tagħhom, ma jistgħux jiġu rritornati normalment bil-posta, l-ispiża tar-ritorn tal-oġġetti; |
(j) | li, jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt ta’ reċess wara li kien għamel talba skont l-Artikolu 7(3) jew l-Artikolu 8(8), il-konsumatur għandu jkun responsabbli li jħallas lill-kummerċjant l-ispejjeż raġonevoli skont l-Artikolu 14(3); |
(k) | fejn dritt ta’ reċess mhuwiex previst skont l-Artikolu 16, l-informazzjoni li l-konsumatur mhuwiex se jibbenefika minn dritt ta’ reċess jew, jekk ikun il-każ, iċ-ċirkostanzi li fihom il-konsumatur jitlef id-dritt ta’ reċess; |
(l) | tfakkira tal-eżistenza ta’ garanzija legali ta’ konformità għall-oġġetti; |
(m) | fejn applikabbli, l-eżistenza u l-kundizzjonijiet ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ għall-klijenti, servizzi ta’ wara l-bejgħ u garanziji kummerċjali; |
(n) | l-eżistenza ta’ kodiċijiet ta’ kondotta, kif definit fil-punt (f) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2005/29/KE, rilevanti u kif jistgħu jinkisbu kopji tagħhom, fejn applikabbli; |
(o) | it-tul ta’ żmien tal-kuntratt fejn applikabbli jew jekk il-kuntratt huwa għal żmien indeterminat jew kuntratt li jiġġedded awtomatikament, il-kundizzjonijiet biex ittemm il-kuntratt; |
(p) | fejn applikabbli, iż-żmien minimu tal-obbligi tal-konsumatur skont il-kuntratt; |
(q) | fejn applikabbli, l-eżistenza u l-kundizzjonijiet ta’ depożiti jew garanziji finanzjarji oħra li għandhom jitħallsu jew jingħataw mill-konsumatur fuq talba tal-kummerċjant; |
(r) | fejn applikabbli, l-funzjonalità, inklużi l-miżuri tekniċi applikabbli ta’ protezzjoni tal-kontenut diġitali; |
(s) | fejn applikabbli, kwalunkwe interoperabbiltà rilevanti tal-kontenut diġitali bil-hardware u s-software, li jkun jaf bihom il-kummerċjant jew mistenni jkun jaf bihom raġonevolment; |
(t) | fejn applikabbli, il-possibbiltà ta’ rikors għal proċedura extraġudizzjarja ta’ lment jew ta’ rimedju li huwa suġġett għaliha l-kummerċjant kif ukoll il-metodi għall-aċċess għaliha. |
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika anki għall-kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass u elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, għat-tisħin distrettwali jew għall-kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli.
3. Fil-każ ta’ rkant pubbliku, l-informazzjoni msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 tista' tiġi sostitwita b'dettalji ekwivalenti għall-irkantatur.
4. L-informazzjoni msemmija fil-punti (h), (i) u (j) tal-paragrafu 1 tista' tkun ipprovduta permezz tal-formola tal-istruzzjonijiet dwar ir-reċess stabbilita fl-Anness I(A). Il-kummerċjant ikun issodisfa r-rekwiżiti ta’ informazzjoni fil-punti (h), (i) u (j) tal-paragrafu 1 jekk ikun ippreżenta dawn l-istruzzjonijiet lill-konsumatur mimlija kif suppost.
5. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tifforma parti integrali tal-kuntratti mill-bogħod jew dawk lil hinn mill-post tan-negozju u ma għandhiex tkun modifikata għajr jekk mhux bil-ftehim espliċitu tal-partijiet kuntrattwali.
6. Jekk il-kummerċjant ma jottemperax għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar l-ispejjeż addizzjonali jew spejjeż oħrajn imsemmijin fil-punt (e) tal-paragrafu 1, jew dwar l-ispejjeż tar-ritorn tal-oġġetti msemmijin fil-punti (i) tal-paragrafu 1, il-konsumatur ma għandux iġarrab dawk l-impostijew spejjeż addizzjonali.
7. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom rekwiżiti lingwistiċi dwar l-informazzjoni kuntrattwali, biex jiggarantixxi li tali informazzjoni tinftiehem faċilment mill-konsumatur.
8. Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva jiżdiedu mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni li jinsabu fid-Direttiva 2006/123/KE u d-Direttiva 2000/31/KE u ma jimpedixxux lill-Istati Membri milli jimponu rekwiżiti ta’ informazzjoni supplementari skont dawk id-Direttivi.
Bla ħsara għall-ewwel subparagrafu, f'każ ta’ kunflitt bejn dispożizzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE u tad-Direttiva 2000/31/KE dwar il-kontenut u l-modalitajiet li bihom l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta u dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva, għandha tirbaħ din id-Direttiva.
9. Fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati f'dan il-Kapitolu, l-oneru tal-prova għandu jkun fuq il-kummerċjant.
Artikolu 24
Penali
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jrid ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk id-dispożizzjonijiet sat-13 ta’ Diċembru 2013 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.
Artikolu 25
Natura imperattiva tad-Direttiva
Jekk il-liġi applikabbli għall-kuntratt hija l-liġi ta’ Stat Membru, il-konsumaturi ma jistgħux jirrinunzjaw id-drittijiet konferiti fuqhom mill-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.
Kwalunkwe klawżola kuntrattwali li teskludi jew tillimita, direttament jew indirettament, id-drittijiet li jirriżultaw minn din id-Direttiva, ma għandhiex torbot lill-konsumatur.
Artikolu 28
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sat-13 ta’ Diċembru 2013, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn il-miżuri fil-forma ta’ dokumenti. Il-Kummissjoni għandha tuża dawn id-dokumenti għall-iskopijiet ta’ rappurtar imsemmija fl-Artikolu 30.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-13 ta’ Ġunju 2014.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir.
2. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-kuntratti konklużi wara t-13 ta’ Ġunju 2014.
whereas