(23) Il-mezzi li jservu għal żmien twil għandhom iħallu lill-konsumatur jaħżen l-informazzjoni għal perjodu ta’ żmien sakemm hu neċessarju għalih sabiex iħares l-interessi tiegħi li jirriżultaw mir-relazzjoni tiegħu mal-kummerċjat.
Tali mezzi għandhom jinkludu b'mod partikolari karta, USB sticks, CD-ROMs, DVDs, kards tal-memorja jew il-hard disks tal-kompjuters kif ukoll l-posta.
- = -
(26) Il-kuntratti li jikkonċernaw it-trasferiment ta’ proprjetà immobbli jew tad-drittijiet fil-proprjetà immobbli jew il-ħolqien jew l-akwist ta’ tali proprjetà immobbli jew drittijiet, kuntratti għall-kostruzzjoni ta’ immobbli ġodda, għall-konverżjoni sostanzjali ta’ bini eżistenti kif ukoll kuntratti għall-kiri tal-akkomodazzjoni għall-għanijiet residenzjali huma diġà suġġetti għal numru ta’ rekwiżiti speċifiċi fil-leġislazzjoni nazzjonali.
Dawk il-kuntratti jinkludu bejgħ ta’ proprjetà immobbli li għad trid tiġi żviluppata jew ix-xiri bin-nifs.
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva mhumiex adegwati għal dawn il-kuntratti, li għandhom għalhekk, jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.
Konverżjoni sostanzjali hija konverżjoni komparabbli mal-kostruzzjoni ta’ immobbli ġdid, pereżempju fejn titħalla faċċata waħda biss ta’ bini antik.
Il-kuntratti ta’ servizzi partikolarment dawk li jikkonċernaw il-kostruzzjoni ta’ annessi għall-bini (pereżempju garaxx jew veranda) u dawk li jikkonċernaw it-tiswija u r-rinnovazzjoni ta’ bini apparti dak ta’ konverżjoni sostanzjali għandhom ikunu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, kif ukoll kuntratti li jikkonċernaw servizzi ta’ aġenziji immobbiljari u kuntratti li jikkonċernaw il-kiri ta’ akkomondazzjoni mhux għal skopijiet residenzjali.
- = -
(29) Fundamentalment, is-servizzi soċjali għandhom karatteristiċi differenti riflessi fil-leġislazzjoni speċifika għas-settur, parzjalment fil-livell tal-Unjoni u parzjalment fil-livell nazzjonali.
Fost is-servizzi soċjali nsibu, minn naħa, servizzi għal persuni partikolarment żvantaġġati jew bi dħul baxx kif ukoll servizzi għal persuni u familji fil-bżonn ta’ assistenza biex jiżvolġu kompiti ta’ rutina u ta’ kuljum u, min-naħa l-oħra, servizzi għall-persuni kollha bi bżonn speċjali għal assistenza, sostenn, protezzjoni jew inkoraġġament f'fażi tal-ħajja speċifika.
Fost affarijiet oħra, dawn ikopru servizzi għat-tfal u għaż-żgħażagħ, servizzi ta’ assistenza għall-familji, ġenituri waħedhom u anzjani u servizzi għall-migranti.
Is-servizzi soċjali jkopru servizzi ta’ assistenza kemm għal żmien qasir kif ukoll fit-tul, pereżempju sevizzi fornuti minn servizzi ta’ assistenza d-dar jew fornuti f'istituti ta’ residenza assistita u residenzi għall-anzjani (“djar tal-kura”).
Is-servizzi soċjali jinkludux biss dawk ipprovduti mill-Istat f'livell nazzjonali, reġjonali jew lokali minn fornituri inkarigati mill-Istat jew minn istituti tal-karità rikonoxxuti mill-Istat iżda wkoll dawk ipprovduti minn operaturi privati.
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva mhumiex adegwati għas-servizzi soċjali u għalhekk għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.
- = -
(51) Id-diffikultajiet ewlenin li jiltaqgħu magħhom il-konsumaturi u wieħed mill-ikbar sorsi ta’ tilwim mal-kummerċjanti jikkonċernaw it-twassil tal-oġġetti, inklużi oġġetti li jintilfu jew isofru ħsara matul it-trasport u kunsinna li tasal tard u b'mod parzjali.
Għalhekk huwa xieraq li jiġu ċċarati u armonizzati r-regoli nazzjonali dwar iż-żmien li fih għandha ssir il-kunsinna.
Il-post u l-modalitajiet tal-kunsinna kif ukoll ir-regoli dwar id-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet għat-trasferiment tal-proprjetà tal-oġġetti u tal-mument li fih isir tali trasferiment għandhom jibqgħu suġġetti għal-leġislazzjoni nazzjonali u għalhekk mhumiex affettwati minn din id-Direttiva.
Ir-regoli dwar il-kunsinna stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom jinkludu l-possibbiltà għall-konsumatur li jippermetti lil parti terza tikseb f'ismu l-pussess jew il-kontroll fiżiku tal-oġġetti.
Huwa opportun li jitqies li l-konsumatur għandu l-kontroll tal-oġġetti meta hu jew parti terza indikata minnu għandu/ha aċċess għall-oġġetti biex jużahom bħala proprjetarju, jew il-possibbiltà li jerġa' jbigħhom (pereżempju, meta jirċievi ċ-ċwievet jew daħal fil-pussess tad-dokumenti ta’ proprjetà).
- = -