search


keyboard_tab Clausole e vendite online Direttiva EU 2011/0083 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/2161 2011/83 2005/29 1998/6 1993/13

2011/0083 MT cercato: 'imsemmija' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl




whereas imsemmija:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 139

 

Artikolu 11

Eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess

1.   Qabel ma jiskadi l-perjodu tad-dritt ta’ reċess, il-konsumatur għandu jinforma lill-kummerċjant bid-deċiżjoni ta’ reċess mill-kuntratt. Għal dan il-għan, il-konsumatur jista':

(a)

juża formola standard ta’ reċess kif stipulata fl-Anness I(B); jew

(b)

jagħmel kwalunkwe dikjarazzjoni espliċita oħra tad-deċiżjoni tiegħu li jirreċedi mill-kuntratt.

L-Istati Membri ma għandhomx jipprovdu l-ebda rekwiżit formali applikabbli għall-formola standard ta’ reċess differenti minn dawk stabbiliti fl-Anness I(B).

2.   Il-konsumatur ikun eżerċita d-dritt ta’ reċess matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 9(2) u fl-Artikolu 10 jekk il-komunikazzjoni dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess tintbagħat mill-konsumatur qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ reċess.

3.   Il-kummerċjant jista', flimkien mal-possibilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, jagħti lill-konsumatur l-għażla li jimla elettronikament u jressaq il-formola standard ta’ reċess stabbilita fl-Anness I(B) jew kwalunkwe dikjarazzjoni espliċita oħra fis-sit tal-kummerċjant. F'dawk il-każijiet il-kummerċjant għandu jikkomunika lill-konsumatur avviż ta’ riċeviment ta’ tali reċess fuq mezz li jservi għal żmien twil mingħajr dewmien.

4.   L-oneru tal-prova dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess skont dan l-Artikolu għandu jkun fuq il-konsumatur.

Artikolu 28

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sat-13 ta’ Diċembru 2013, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn il-miżuri fil-forma ta’ dokumenti. Il-Kummissjoni għandha tuża dawn id-dokumenti għall-iskopijiet ta’ rappurtar imsemmija fl-Artikolu 30.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-13 ta’ Ġunju 2014.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-kuntratti konklużi wara t-13 ta’ Ġunju 2014.


whereas









keyboard_arrow_down