search


keyboard_tab Clausole e vendite online Direttiva EU 2011/0083 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/2161 2011/83 2005/29 1998/6 1993/13

2011/0083 MT cercato: 'il-kummissjoni' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


index il-kummissjoni:


whereas il-kummissjoni:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 168

 

Artikolu 28

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sat-13 ta’ Diċembru 2013, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn il-miżuri fil-forma ta’ dokumenti. il-kummissjoni għandha tuża dawn id-dokumenti għall-iskopijiet ta’ rappurtar imsemmija fl-Artikolu 30.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-13 ta’ Ġunju 2014.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-kuntratti konklużi wara t-13 ta’ Ġunju 2014.

Artikolu 29

Rekwiżiti ta’ rappurtar

1.   Meta Stat Membru jagħmel użu minn għażla regolatorja msemmija fl-Artikolu 3(4), l-Artikolu 6(7), l-Artikolu 6(8), l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 8(6) u l-Artikolu 9(3), għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan sat-13 ta’ Diċembru 2013, kif ukoll bi kwalunkwe emenda sussegwenti.

2.   il-kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi u l-kummerċjanti, fost affarijiet oħra fuq sit elettroniku apposta.

3.   il-kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Istati Membri l-oħra u lill-Parlament Ewropew. il-kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar dik l-informazzjoni.

Artikolu 30

Rappurtar mill-Kummisjoni u rieżami

Sat-13 ta’ Diċembru 2016, il-kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dan ir-rapport għandu jinkludi partikolarment evalwazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-kontenut diġitali, inkluż id-dritt ta’ reċess. Jekk ikun il-każ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti leġislattivi biex id-Direttiva tiġi adegwata għall-iżviluppi fil-qasam tad-drittijiet tal-konsumatur.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

“Artikolu 8a

1.   Meta Stat Membru jadotta dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 8, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan, kif ukoll bi kwalunkwe modifika sussegwenti, b'mod partikolari fejn dawk id-dispożizzjonijiet:

jestendu l-valutazzjoni tal-karattru inġust għat-termini kuntrattwali negozjati individwalment jew għall-adegwatezza tal-prezz jew ir-remunerazzjoni; jew

ikun fihom listi ta’ termini tal-kuntratt li għandhom jitqiesu bħala inġusti.

2.   il-kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi u l-kummerċjanti, fost affarijiet oħra fuq sit elettroniku apposta.

3.   il-kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Istati Membri l-oħra u lill-Parlament Ewropew. il-kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar dik l-informazzjoni pprovduta.”

“Artikolu 8a

Rekwiżiti ta’ rappurtaġġ

1.   Meta, f'konformità mal-Artikolu 8(2), Stat Membru jadotta d-dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi aktar iebsa minn dawk previsti fl-Artikolu 5(1) sa (3) u fl-Artikolu 7(1), għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan, kif ukoll bi kwalunkwe modifika sussegwenti.

2.   il-kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi u l-kummerċjanti, fost affarijiet oħra fuq sit elettroniku apposta.

3.   il-kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Istati Membri l-oħra u lill-Parlament Ewropew. il-kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar dik l-informazzjoni.”


whereas









keyboard_arrow_down