keyboard_tab Clausole e vendite online Direttiva EU 2011/0083 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
2019/2161 2011/83 2005/29 1998/6 1993/13
2011/0083 MT cercato: 'finanzjarji' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl- ta’ 73
- fejn 17
- applikabbli 14
- id-direttiva 13
- jekk 11
- għal 11
- skont 10
- //ke 10
- minn 9
- informazzjoni 9
- jkun 9
- dwar 9
- għandu 8
- reċess 7
- ikun 6
- il-kummerċjant 6
- il-konsumatur 6
- kuntrattwali 6
- totali 6
- tal-kummerċjant 6
- tal-oġġetti 6
- l-ispejjeż 6
- kuntratti 6
- jistgħu 6
- kuntratt 6
- tad-direttiva 6
- tan-negozju 5
- l-konsumatur 5
- hinn 5
- permezz 5
- tal-paragrafu 5
- tagħhom 5
- għandha 5
- l-informazzjoni 5
- servizzi 5
- membri 5
- kwalunkwe 5
- l-artikolu 5
- mill-bogħod 5
- mill-post 4
- l-indirizz 4
- nazzjonali 4
- għandhiex 4
- inklużi 4
- jiġu 4
- huwa 4
- dispożizzjoni 4
- din 4
- fil-punti 4
- tkun 4
Artikolu 3
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Direttiva għandha tapplika, skont il-kundizzjonijiet u sal-punt stipulati fid-dispożizzjonijiet tagħha, għal kwalunkwe kuntratt konkluż bejn kummerċjant u konsumatur. Hija wkoll applikabbli għall-kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass, elettriku jew tisħin distrettwali, inkluż min-naħa tal-fornituri pubbliċi, sal-punt li dawn l-oġġetti ta’ bażi huma fornuti fuq bażi kuntrattwali.
2. F' każ ta’ kunflitt bejn kwalunkwe dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva u dispożizzjoni ta’ att ieħor tal-Unjoni li jirregola setturi speċifiċi, id-dispożizzjoni tal-att l-ieħor tal-Unjoni tirbaħ u għandha tapplika lil tali setturi speċifiċi.
3. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti:
(a) | għas-servizzi soċjali, inklużi l-akkomodazzjoni soċjali, l-assistenza għat-tfal u l-appoġġ għall-familji u għall-persuni temporanjament jew permanentement fil-bżonn, inkluża l-assistenza fit-tul; |
(b) | għall-kura tas-saħħa kif definita fil punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2011/24/UE, anki jekk tkun ipprovduta permezz ta’ faċilitajiet tal-kura tas-saħħa; |
(c) | għall-attivitajiet tal-azzard, li jinvolvu mħatri għal flus f'logħob ta’ fortuna, inklużi l-lotteriji, logħob tal-azzard fil-każinos u l-imħatri; |
(d) | għas-servizzi finanzjarji; |
(e) | għall-ħolqien, l-akkwist jew it-trasferiment ta’ proprjetà immobbli jew tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli; |
(f) | għall-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, it-trasformazzjoni sostanzjali ta’ bini eżistenti u għall-kiri ta’ akkomodazzjoni għal skop residenzjali; |
(g) | li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (18); |
(h) | li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju (19); |
(i) | li, skont il-liġijiet tal-Istati Membri, huma stabbiliti bl-intervent ta’ uffiċjali pubbliku, obbligat mil-liġi li jkun indipendenti u imparzjali, li għandu jiggarantixxi, billi jipprovdi informazzjoni ġuridika kompluta, li l-konsumatur jikkonkludi l-kuntratt fuq il-bażi biss ta’ deċiżjoni ġuridika għaqlija u bil-għarfien tar-rilevanza ġuridika tagħha; |
(j) | ta' provvista ta’ ikel, xorb u oġġetti oħra intiżi għall-konsum kurrenti fil-familja u fiżikament fornuti minn kummerċjant f'dawriet frekwenti u regolari fid-djar, residenzi jew post tax-xogħol tal-konsumatur; |
(k) | ta' servizzi tat-trasport ta’ passeġġieri, għajr għall-Artikolu 8(2) u l-Artikoli 19 u 22; |
(l) | konklużi permezz ta’ magni awtomatiċi tal-bejgħ jew bini kummerċjali awtomatizzat; |
(m) | konklużi mal-operaturi tat-telekomunikazzjonijiet permezz ta’ telefons pubbliċi bi ħlas għall-użu tagħhom jew konklużi għall-użu ta’ kollegament wieħed biss permezz tat-telefon, Internet jew fax, stabbilit minn konsumatur. |
4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx din id-Direttiva jew li ma jżommux u lanqas jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali korrispondenti għall-kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju li għalihom il-pagament li l-konsumatur għandu jħallas ma jkunu aktar minn EUR 50. L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu valur aktar baxx fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom.
5. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-liġi kuntrattwali ġenerali nazzjonali, bħar-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni jew l-effett ta’ kuntratt, sakemm l-aspetti relatati mal-liġi kuntrattwali ġenerali mhumiex regolati minn din id-Direttiva.
6. Din id-Direttiva ma għandhiex timpedixxi lill-kummerċjanti milli joffru lill-konsumaturi arranġamenti kuntrattwali li jmorru lil hinn mill-protezzjoni prevista minn din id-Direttiva.
Artikolu 6
Rekwiżiti ta’ informazzjoni għal kuntratti mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju
1. Qabel ma l-konsumatur jintrabat b’ kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju, jew bi kwanlunkwe offerta korrispondenti, il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur l-informazzjoni li ġejja b'mod ċar u komprensibbli:
(a) | il-karatteristiċi prinċipali tal-oġġetti jew tas-servizzi, safejn xieraq għall-mezz u għall-oġġett jew is-servizzi; |
(b) | l-identità tal-kummerċjant, bħall-isem kummerċjali tiegħu; |
(c) | l-indirizz ġeografiku fejn il-kummerċjant huwa stabbilit u n-numru tat-telefon, tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu, fejn ikun disponibbli, biex il-konsumatur ikun jista' jagħmel kuntatt malajr mal-kummerċjant u jikkomunika b'mod effikaċi miegħu u, jekk applikabbli, l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant li f'ismu jkun qed jaġixxi; |
(d) | jekk differenti mill-indirizz ipprovdut skont il-punt (c), l-indirizz ġeografiku tal-post tan-negozju tal-kummerċjant, u fejn applikabbli dak tal-kummerċjant li f'ismu qed jaġixxi, fejn il-konsumatur jista' jirreferi kwalunkwe lment; |
(e) | il-prezz totali tal-oġġetti jew servizzi inklużi t-taxxi, jew fejn in-natura tal-oġġetti jew tas-servizzi hija tali li l-prezz ma jistax b'mod raġonevoli jiġi kkalkolat minn qabel, il-mod li bih il-prezz għandhu jiġi kkalkolat, kif ukoll, fejn hu applikabbli, kull imposta addizzjonali għat-trasport ta’ merkanzija, ghall-kunsinna jew għall-posta jew kwalunkwe spejjeż oħra jew, fejn dawk l-imposti ma jistgħux jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, il-fatt li tali imposti addizzjonali jistgħu jkunu dovuti. Fil-każ ta’ kuntratt għal żmien indeterminat jew ta’ kuntratt li jkun fih abbonament, il-prezz totali għandu jinkludi l-ispejjeż totali għall-perjodu ta’ kontijiet. Meta l-ħlas għal tali kuntratti jkun tariffa fissa, il-prezz totali għandu jkun ekwivalenti anki għall-ispejjeż totali ta’ kull xahar. Jekk l-ispejjeż totali ma jkunux jistgħu jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, għandhom jiġu pprovduti l-modalitajiet ta’ kalkolu tal-prezz; |
(f) | l-ispiża tal-użu tal-mezz tal-komunikazzjoni mill-bogħod għall-konklużjoni tal-kuntratt meta tali kost huwa kkalkolat fuq bażi differenti mit-tariffa bażika; |
(g) | l-arranġamenti għall-ħlas, kunsinna, eżekuzzjoni, id-data sa meta l-kummerċjanti jimpenja ruħu jikkunsinna l-oġġetti jew jagħti s-servizzi u, jekk ikun il-każ, il-politika ta’ ġestjoni tal-ilmenti tal-kummerċjant; |
(h) | f'każ li jeżisti dritt ta’ reċess, il-kundizzjonijiet, it-termini u l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ tali dritt skont l-Artikolu 11(1), kif ukoll il-formola standard ta’ reċess stabbilita fl-Anness I(B); |
(i) | fejn applikabbli, li l-konsumatur ikollu jġarrab l-ispejjeż tar-ritorn tal-oġġetti fil-każ ta’ reċess u, għall-kuntratti mill-bogħod, jekk il-oġġetti, minħabba n-natura tagħhom, ma jistgħux jiġu rritornati normalment bil-posta, l-ispiża tar-ritorn tal-oġġetti; |
(j) | li, jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt ta’ reċess wara li kien għamel talba skont l-Artikolu 7(3) jew l-Artikolu 8(8), il-konsumatur għandu jkun responsabbli li jħallas lill-kummerċjant l-ispejjeż raġonevoli skont l-Artikolu 14(3); |
(k) | fejn dritt ta’ reċess mhuwiex previst skont l-Artikolu 16, l-informazzjoni li l-konsumatur mhuwiex se jibbenefika minn dritt ta’ reċess jew, jekk ikun il-każ, iċ-ċirkostanzi li fihom il-konsumatur jitlef id-dritt ta’ reċess; |
(l) | tfakkira tal-eżistenza ta’ garanzija legali ta’ konformità għall-oġġetti; |
(m) | fejn applikabbli, l-eżistenza u l-kundizzjonijiet ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ għall-klijenti, servizzi ta’ wara l-bejgħ u garanziji kummerċjali; |
(n) | l-eżistenza ta’ kodiċijiet ta’ kondotta, kif definit fil-punt (f) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2005/29/KE, rilevanti u kif jistgħu jinkisbu kopji tagħhom, fejn applikabbli; |
(o) | it-tul ta’ żmien tal-kuntratt fejn applikabbli jew jekk il-kuntratt huwa għal żmien indeterminat jew kuntratt li jiġġedded awtomatikament, il-kundizzjonijiet biex ittemm il-kuntratt; |
(p) | fejn applikabbli, iż-żmien minimu tal-obbligi tal-konsumatur skont il-kuntratt; |
(q) | fejn applikabbli, l-eżistenza u l-kundizzjonijiet ta’ depożiti jew garanziji finanzjarji oħra li għandhom jitħallsu jew jingħataw mill-konsumatur fuq talba tal-kummerċjant; |
(r) | fejn applikabbli, l-funzjonalità, inklużi l-miżuri tekniċi applikabbli ta’ protezzjoni tal-kontenut diġitali; |
(s) | fejn applikabbli, kwalunkwe interoperabbiltà rilevanti tal-kontenut diġitali bil-hardware u s-software, li jkun jaf bihom il-kummerċjant jew mistenni jkun jaf bihom raġonevolment; |
(t) | fejn applikabbli, il-possibbiltà ta’ rikors għal proċedura extraġudizzjarja ta’ lment jew ta’ rimedju li huwa suġġett għaliha l-kummerċjant kif ukoll il-metodi għall-aċċess għaliha. |
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika anki għall-kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass u elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, għat-tisħin distrettwali jew għall-kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli.
3. Fil-każ ta’ rkant pubbliku, l-informazzjoni msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 tista' tiġi sostitwita b'dettalji ekwivalenti għall-irkantatur.
4. L-informazzjoni msemmija fil-punti (h), (i) u (j) tal-paragrafu 1 tista' tkun ipprovduta permezz tal-formola tal-istruzzjonijiet dwar ir-reċess stabbilita fl-Anness I(A). Il-kummerċjant ikun issodisfa r-rekwiżiti ta’ informazzjoni fil-punti (h), (i) u (j) tal-paragrafu 1 jekk ikun ippreżenta dawn l-istruzzjonijiet lill-konsumatur mimlija kif suppost.
5. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tifforma parti integrali tal-kuntratti mill-bogħod jew dawk lil hinn mill-post tan-negozju u ma għandhiex tkun modifikata għajr jekk mhux bil-ftehim espliċitu tal-partijiet kuntrattwali.
6. Jekk il-kummerċjant ma jottemperax għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar l-ispejjeż addizzjonali jew spejjeż oħrajn imsemmijin fil-punt (e) tal-paragrafu 1, jew dwar l-ispejjeż tar-ritorn tal-oġġetti msemmijin fil-punti (i) tal-paragrafu 1, il-konsumatur ma għandux iġarrab dawk l-impostijew spejjeż addizzjonali.
7. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom rekwiżiti lingwistiċi dwar l-informazzjoni kuntrattwali, biex jiggarantixxi li tali informazzjoni tinftiehem faċilment mill-konsumatur.
8. Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva jiżdiedu mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni li jinsabu fid-Direttiva 2006/123/KE u d-Direttiva 2000/31/KE u ma jimpedixxux lill-Istati Membri milli jimponu rekwiżiti ta’ informazzjoni supplementari skont dawk id-Direttivi.
Bla ħsara għall-ewwel subparagrafu, f'każ ta’ kunflitt bejn dispożizzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE u tad-Direttiva 2000/31/KE dwar il-kontenut u l-modalitajiet li bihom l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta u dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva, għandha tirbaħ din id-Direttiva.
9. Fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati f'dan il-Kapitolu, l-oneru tal-prova għandu jkun fuq il-kummerċjant.
Artikolu 31
Thassir
Id-Direttiva 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE, kif emendati bid-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi (21), u mid-Direttivi 2005/29/KE u 2007/64/KE, huma mħassra mit-13 ta’ Ġunju 2014.
Ir-referenzi magħmula għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stipulata fl-Anness II.
whereas