keyboard_tab Fair Advertising 2006/0114 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- reklamar 8
- membri 6
- id-direttiva 6
- għal 5
- minn 4
- l-istati 4
- servizzi 4
- dawn 4
- komparattiv 4
- projbizzjonijiet 3
- professjonali 3
- sabiex 3
- artikolu 2
- jirregolaw 2
- l-eżerċizzju 2
- għall-proċedimenti 2
- attività 2
- il-liġi 2
- milli 2
- jintroduċu 2
- skond 2
- responsabbli 2
- organizzazzjoni 2
- korp 2
- direttament 2
- rigward 2
- subparagrafu 2
- iżommu 2
- il-projbizzjonijiet 2
- dwar 2
- media 2
- partikulari 2
- qarrieqi 2
- korpi 2
- lill-istati 2
- id-dispożizzjonijiet 2
- konformità 2
- mad-dispożizzjonijiet 2
- fejn 2
- jekk 2
- ta’ 2
- tat-trattat 2
- imposti 2
- merkanziji 1
- jobbligaw 1
- għandhomx 1
- ċerti 1
- industrijali 1
- kummerċjali 1
- tkunx 1
Artikolu 6
Din id-Direttiva ma teskludix il-kontroll volontarju, li l-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu, ta' reklamar qarrieqi jew komparattiv minn korpi awto-regolatorji u r-rikors għal korpi bħal dawn mill-persuni jew organizzazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1) sakemm il-proċedimenti quddiem dawn il-korpi jkunu addizzjonali għall-proċedimenti fil-qrati jew għall-proċedimenti amministrattivi msemmija f'dak l-Artikolu.
Artikolu 8
1. Din id-Direttiva ma tipprekludix l-Istati Membri milli jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet bl-għan li jiżguraw protezzjoni aktar estensiva, fir-rigward ta’ reklamar qarrieqi, għall-kummerċjanti u għall-kompetituri.
L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika għal reklamar komparattiv sa fejn jirrigwarda l-paragun.
2. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Komunità dwar reklamar għal prodotti u/jew servizzi speċifiċi jew għal restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet fuq reklamar f'media partikulari;
3. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar reklamar komparattiv m'għandhomx jobbligaw lill-Istati Membri li, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, iżommu jew jintroduċu projbizzjonijiet ta' reklamar rigward ċerti merkanziji jew servizzi, sew jekk imposti direttament jew minn korp jew organizzazzjoni responsabbli, skond il-liġi ta' l-Istati Membri, sabiex jirregolaw l-eżerċizzju ta' attività kummerċjali, industrijali, ta' sengħa jew professjonali, sabiex jippermetu reklamar komparattiv rigward dawk il-merkanziji jew servizzi. Fejn dawn il-projbizzjonijiet ikunu limitati għal media partikulari, din id-Direttiva għandha tapplika għall-media li ma tkunx regolata minn dawn il-projbizzjonijiet.
4. Xejn f'din id-Direttiva m'għandu jżomm lill-Istati Membri, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, milli iżommu jew jintroduċu projbizzjonijiet jew limitazzjonijiet fuq l-użu ta' paraguni fir-reklamar ta' servizzi professjonali, sew jekk imposti direttament jew minn korp jew organizzazzjoni responsabbli, skond il-liġi ta' l-Istati Membri, sabiex jirregolaw l-eżerċizzju ta' attività professjonali.
whereas