search


Pratiche sleali 2005/0029 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2005/0029 MT cercato: 'skopijiet' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl




whereas skopijiet:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 261

 

Artikolu 2

Id-Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

a)

“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, fil-kuntest ta’ prattiċi kummerċjali koperti minn din id-Direttiva, taġixxi għal skopijiet li huma barra mill-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tagħha;

b)

“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, fi prattiċi kummerċjali koperti minn din id-Direttiva, taġixxi għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tagħha u kull min jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant;

ċ)

“prodott” tfisser kwalunkwe merkanzija jew servizz inkluża proprjetà immobbli, drittijiet u obbligi;

d)

“prattiċi kummerċjali fin-negozju mal-konsumatur” (minn hawn ’il quddiem imsejħa “prattiċi kummerċjali”) tfisser kwalunkwe att, ommissjoni, imġieba jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali inlużi reklamar u kummerċjalizzazzjoni, minn kummerċjant, konnessi direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew fornitura ta’ xi prodott lil konsumaturi;

e)

“il-ħolqien ta’ distorsjoni sostanzjali fl-imġieba ekonomika ta’ konsumaturi” tfisser l-użu ta’ prattika kummerċjali sabiex tiġi mfixkla b’mod apprezzabbli l-kapaċità tal-konsumatur li jagħmel deċiżjoni infurmata, jew imġiegħel jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra;

f)

“kodiċi ta’ kondotta” tfisser kwalunkwe ftehim jew sett ta’ regoli mhux imposti b’liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva ta’ Stat Membru li jiddefinixxu l-imġieba ta’ kummerċjanti li jassumu l-obbligu li josservaw il-kodiċi fejn għandhom x’jaqsmu waħda jew iktar prattiċi kummerċjali partikolari jew setturi ta’ negozju;

g)

“sid ta’ kodiċi” tfisser kwalunkwe entità, inkluż kummerċjant jew grupp ta’ kummerċjanti, responsabbli mit-tfassil u r-reviżjoni ta’ kodiċi ta’ kondotta u/jew mill-monitoraġġ tal-konformità mal-kodiċi minn dawk li assumew l-obbligu li josservawh;

h)

“diliġenza professjonali” tfisser l-istandard ta’ sengħa u kura speċjali li kummerċjant huwa raġonevolment mistenni li jeżerċita fir-rigward ta’ konsumaturi, proporzjonat ma’ prattika onesta fis-suq u/jew mal-prinċipju ġenerali tal-bona fidi fil-qasam ta’ attività tal-kummerċjant;

i)

“stedina għax-xiri” tfisser komunikazzjoni kummerċjali li tindika karatteristiċi tal-prodott u l-prezz f’mod adegwat għall-mezzi ta’ komunikazzjoni kummerċjali li ntużaw u li għalhekk tippermetti l-konsumatur jagħmel xirja;

j)

“influwenza mhux xierqa” tfisser l-isfruttament ta’ pożizzjoni ta’ poter fil-konfront tal-konsumatur sabiex tiġi applikata pressjoni fuqu, anke mingħajr l-użu jew it-theddid ta’ l-użu tal-forza fiżika, b’mod li jillimita sostanzjalment il-kapaċità tal-konsumatur li jieħu deċiżjoni informata;

k)

“deċiżjoni transazzjonali” tfisser kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn konsumatur dwar jekk, kif u taħt liema kondizzjonijiet jixtri, iħallas il-prezz sħiħ jew parti mill-prezz ta’ prodott, iżomm jew jiddisponi minn prodott jew jeżerċita xi dritt kontrattwali fir-rigward tal-prodott, kemm jekk il-konsumatur jiddeċiedi li jieħu jew ma jiħux xi azzjoni;

l)

“professjoni regolata”: tfisser attività professjonali jew grupp ta’ attivitajiet professjonali, li l-aċċess għalihom jew il-prattika tagħhom, jew wieħed mill-modalitajiet tal-prattika tagħhom, huwa kondizzjonat, b’mod dirett jew indirett, mill-pussess ta’ kwalifiki professjonali speċifiċi, skond liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi.

“Artikolu 1

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tipproteġi lill-kummerċjanti minn reklamar qarrieqi u l-konsegwenzi żleali tiegħu u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom huwa permess ir-reklamar komparattiv.”

2)

L-Artikolu 2

Il-punt 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.

‘kummerċjant’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi għal skopijiet konnessi mal-kummerċ, sengħa, negozju jew professjoni tagħha u kull minn jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant.”

Il-punt li ġej għandu jiżdied:

“4.

‘sid ta’ kodiċi’: tfisser kwalunkwe entità, inkluż kummerċjant jew grupp ta’ kummerċjanti, responsabbli mit-tfassil u r-reviżjoni ta’ kodiċi ta’ kondotta u/jew mill-monitoraġġ tal-konformità mal-kodiċi minn dawk li assumew l-obbligu li josservawh.”

.

3)

L-Artikolu 3a għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:


whereas