Pratiche sleali 2005/0029 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- ta’ 74
- kummerċjali 19
- minn 16
- għandhom 15
- legali 14
- tfisser 14
- għal 13
- għandu 13
- jekk 10
- jiġu 9
- żleali 9
- dwar 9
- jkun 9
- sabiex 9
- adegwati 8
- prattiċi 8
- membru 8
- kwalunkwe 8
- dawn 8
- fejn 8
- il-mezzi 7
- membri 7
- tagħhom 7
- id-direttiva 7
- stat 7
- kull 7
- jistgħux 6
- reklamar 6
- kummerċjanti 6
- kontra 6
- dawk 6
- l-istati 6
- oħra 6
- jiddeċiedi 6
- jiġi 6
- tagħha 5
- amministrattivi 5
- servizzi 5
- mezzi 5
- bejn 5
- amministrattiva 5
- b’mod 5
- huma 5
- huwa 5
- deċiżjoni 5
- ilmenti 5
- kummerċjant 5
- sostitwit 4
- negozju 4
- barra 4
Artikolu 2
Id-Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
a) | “konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, fil-kuntest ta’ prattiċi kummerċjali koperti minn din id-Direttiva, taġixxi għal skopijiet li huma barra mill-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tagħha; |
b) | “kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, fi prattiċi kummerċjali koperti minn din id-Direttiva, taġixxi għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tagħha u kull min jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant; |
ċ) | “prodott” tfisser kwalunkwe merkanzija jew servizz inkluża proprjetà immobbli, drittijiet u obbligi; |
d) | “prattiċi kummerċjali fin-negozju mal-konsumatur” (minn hawn ’il quddiem imsejħa “prattiċi kummerċjali”) tfisser kwalunkwe att, ommissjoni, imġieba jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali inlużi reklamar u kummerċjalizzazzjoni, minn kummerċjant, konnessi direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew fornitura ta’ xi prodott lil konsumaturi; |
e) | “il-ħolqien ta’ distorsjoni sostanzjali fl-imġieba ekonomika ta’ konsumaturi” tfisser l-użu ta’ prattika kummerċjali sabiex tiġi mfixkla b’mod apprezzabbli l-kapaċità tal-konsumatur li jagħmel deċiżjoni infurmata, jew imġiegħel jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra; |
f) | “kodiċi ta’ kondotta” tfisser kwalunkwe ftehim jew sett ta’ regoli mhux imposti b’liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva ta’ Stat Membru li jiddefinixxu l-imġieba ta’ kummerċjanti li jassumu l-obbligu li josservaw il-kodiċi fejn għandhom x’jaqsmu waħda jew iktar prattiċi kummerċjali partikolari jew setturi ta’ negozju; |
g) | “sid ta’ kodiċi” tfisser kwalunkwe entità, inkluż kummerċjant jew grupp ta’ kummerċjanti, responsabbli mit-tfassil u r-reviżjoni ta’ kodiċi ta’ kondotta u/jew mill-monitoraġġ tal-konformità mal-kodiċi minn dawk li assumew l-obbligu li josservawh; |
h) | “diliġenza professjonali” tfisser l-istandard ta’ sengħa u kura speċjali li kummerċjant huwa raġonevolment mistenni li jeżerċita fir-rigward ta’ konsumaturi, proporzjonat ma’ prattika onesta fis-suq u/jew mal-prinċipju ġenerali tal-bona fidi fil-qasam ta’ attività tal-kummerċjant; |
i) | “stedina għax-xiri” tfisser komunikazzjoni kummerċjali li tindika karatteristiċi tal-prodott u l-prezz f’mod adegwat għall-mezzi ta’ komunikazzjoni kummerċjali li ntużaw u li għalhekk tippermetti l-konsumatur jagħmel xirja; |
j) | “influwenza mhux xierqa” tfisser l-isfruttament ta’ pożizzjoni ta’ poter fil-konfront tal-konsumatur sabiex tiġi applikata pressjoni fuqu, anke mingħajr l-użu jew it-theddid ta’ l-użu tal-forza fiżika, b’mod li jillimita sostanzjalment il-kapaċità tal-konsumatur li jieħu deċiżjoni informata; |
k) | “deċiżjoni transazzjonali” tfisser kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn konsumatur dwar jekk, kif u taħt liema kondizzjonijiet jixtri, iħallas il-prezz sħiħ jew parti mill-prezz ta’ prodott, iżomm jew jiddisponi minn prodott jew jeżerċita xi dritt kontrattwali fir-rigward tal-prodott, kemm jekk il-konsumatur jiddeċiedi li jieħu jew ma jiħux xi azzjoni; |
l) | “professjoni regolata”: tfisser attività professjonali jew grupp ta’ attivitajiet professjonali, li l-aċċess għalihom jew il-prattika tagħhom, jew wieħed mill-modalitajiet tal-prattika tagħhom, huwa kondizzjonat, b’mod dirett jew indirett, mill-pussess ta’ kwalifiki professjonali speċifiċi, skond liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi. |
Artikolu 11
L-Infurzar
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi li jikkumbattu l-prattiċi kummerċjali żleali sabiex tiġi nfurzata l-osservanza tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fl-interess tal-konsumaturi.
Dawn il-mezzi għandhom jinkludu dispożizzjonijiet legali li taħthom persuni jew organizzazzjonijiet li f’għajnejn il-liġi nazzjonali għandhom interess leġittimu li jiġġieldu l-prattiċi kummerċjali żleali, inklużi l-kompetituri, jistgħu:
(a) | jistitwixxu azzjoni legali kontra tali prattiċi kummerċjali żleali; u/jew |
(b) | iġibu każijiet ta’ tali prattiċi kummerċjali żleali quddiem awtorità amministrattiva li għandha l-kompetenza jew li tiddeċiedi dwar ilmenti jew li tagħti bidu għall-proċedimenti legali adegwati. |
Għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi liema minn dawn il-mezzi għandu jkun disponibbli u li jiddeċiedi jekk il-qrati jew l-awtoritajiet amministattivi jistgħux jesiġu li jkun preċedentement sar rikors għal mezzi stabbiliti oħra tat-trattament ta’ ilmenti, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 10. Dawn il-faċilitajiet għandhom ikunu disponibbli indipendentement jekk il-konsumaturi milquta jinsabux fit-territorju ta’ l-Istat Membru fejn jinsab il-kummerċjant jew fi Stat Membru ieħor.
Għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi:
(a) | jekk dawn il-mezzi legali jistgħux jiġu diretti separatament jew konġuntement kontra numru ta’ kummerċjanti fl-istess settur ekonomiku; u |
(b) | jekk dawn il-mezzi legali jistgħux jiġu diretti kontra sid ta’ kodiċi fejn il-kodiċi rilevanti jippromwovi n-nonkonformità mar-rekwiżiti legali. |
2. Taħt id-dispożizzjonijiet legali msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-qrati jew lill-awtoritajiet amministrattivi s-setgħat li, fil-każijiet fejn jikkunsidraw li tali miżuri huma meħtieġa wara li jittieħed kont ta’ l-interessi kollha involuti u b’mod partikolari ta’ l-interess pubbliku:
(a) | jordnaw il-waqfien, jew jistitwixxu proċedimenti legali adegwati għall-għoti ta’ ordni ta’ waqfien, ta’ prattiċi kummerċjali żleali, jew |
(b) | jekk il-prattika kummerċjali żleali għadha ma seħħetx iżda hija imminenti, jordnaw il-projbizzjoni tal-prattika, jew jistitwixxu proċedimenti legali adegwati għall-għoti ta’ ordni ta’ projbizzjoni tal-prattika |
anki mingħajr prova ta’ telf jew ħsara attwali jew ta’ intenzjoni jew negligenza min-naħa tal-kummerċjant.
L-Istati Membri għandhom ukoll jipprovdu sabiex il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu jiġu meħuda taħt proċedura aċċelerata:
— | jew b’effett provviżorju, jew |
— | b’effett definittiv, |
iżda għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi liema miż-żewġ possibbiltajiet jagħżel.
Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-qrati u lill-awtoritajiet amministrattivi s-setgħat li, bil-ħsieb li jeliminaw l-effetti kontinwi ta’ prattiċi kummerċjali żleali li t-terminazzjoni tagħhom ġiet ordnata permezz ta’ deċiżjoni definittiva:
(a) | jesiġu l-pubblikazzjoni sħiħa jew parzjali ta’ dik id-deċiżjoni u fil-forma li huma jikkunsidraw adegwata, |
b) | li jitolbu barra minn dan il-pubblikazzjoni ta’ dikjarazzjoni rettifikattiva. |
3. L-awtoritajiet amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:
a) | ikunu komposti b’mod li ma jqanqlu l-ebda dubju dwar l-imparzjalità tagħhom; |
b) | ikollhom setgħat adegwati, fejn huma jiddeċiedu dwar ilmenti, sabiex jissorveljaw u jinfurzaw l-osservanza tad-deċiżjonijiet tagħhom effettivament; |
ċ) | normalment jagħtu raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħhom. |
Meta s-setgħat imsemmija fil-paragrafu 2 jiġu eżerċitati esklussivament minn awtorità amministrattiva, għandhom dejjem jiġu mogħtija r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha. Barra minn hekk, f’dan il-każ, għandhom jiġu previsti proċeduri li permezz tagħhom l-eżerċizzju skorrett jew inġustifikat mill-awtorità amministrattiva tas-setgħat tagħha jew in-nuqqas skorrett jew inġustifikat ta’ l-eżerċizzju ta’ l-imsemmija setgħat jistgħu jkunu suġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja.
“Artikolu 1
L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tipproteġi lill-kummerċjanti minn reklamar qarrieqi u l-konsegwenzi żleali tiegħu u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom huwa permess ir-reklamar komparattiv.”
2) | L-Artikolu 2
|
3) | L-Artikolu 3a għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3a
|
4) | L-Artikolu 4(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
5) | L-Artikolu 7(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 17
Tagħrif
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati sabiex jgħarrfu lill-konsumatur dwar il-liġi nazzjonali li tittrasponi din id-Direttiva u għandhom, fejn xieraq, jinkoraġġixxu lill-kummerċjanti u lis-sidien ta’ kodiċijiet sabiex jgħarrfu lill-konsumaturi dwar il-kodiċijiet ta’ kondotta tagħom.
whereas