search


Pratiche sleali 2005/0029 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2005/0029 MT Art. 21 . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


index :


whereas :


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 580

 

Artikolu 21

L-indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, 11 ta’ Mejju 2005.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. P. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

N. SCHMIT


(1)  ĠU C 108, tat-30.4.2004, p. 81.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ April 2004 (ĠU C 104 E, tat-30.4.2004, p. 260), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2004 (ĠU C 38 E, tal-15.2.2005, p. 1), Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Frar 2005 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ April 2005.

(3)  ĠU L 250, tad-19.9.1984, p. 17. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 290, tat-23.10.1997, p. 18).

(4)  ĠU L 144, ta’ l-4.6.1997, p. 19. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2002/65/KE (ĠU L 271, tad-9.10.2002, p. 16).

(5)  ĠU L 166, tal-11.6.1998, p. 51. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/65/KE.

(6)  ĠU L 271, tad-9.10.2002, p. 16.

(7)  ĠU L 201, tal-31.7.2002, p. 37.

(8)  ĠU L 171, tas-7.7.1999, p. 12.

(9)  ĠU L 364, tad-9.12.2004, p. 1.


ANNESS 1

PRATTIĊI KUMMERĊJALI LI F’KULL ĊIRKOSTANZA HUMA KKUNSIDRATI ŻLEALI

Prattiċi kummerċjali qarrieqa

1)

Fejn il-kummerċjant isostni li huwa firmatarju ta’ kodiċi ta’ kondotta meta ma jkunx.

2)

Il-wiri mill-kummerċjant ta’ marka ta’ fiduċja, marka ta’ kwalità jew ekwivalenti mingħajr ma jkun kiseb l-awtorizzazzjoni meħtieġa.

3)

Fejn il-kummerċjant isostni li fil-kodiċi ta’ kondotta għandu l-appoġġ uffiċjali ta’ xi korp pubbliku jew korp ieħor, meta ma jkollux.

4)

Fejn il-kummerċjant isostni li huwa (inklużi l-prattiċi kummerċjali tiegħu) jew xi prodott ġie approvat, appoġġat jew awtorizzat minn korp pubbliku jew privat ieħor meta huwa/dan ma kienx jew isostni hekk mingħajr ma jikkonforma ruħu mat-termini ta’ l-approvazzjoni, appoġġ jew awtorizzazzjoni.

5)

Fejn il-kummerċjant jagħmel stedina sabiex jinxtraw prodotti bi prezz speċifu mingħajr ma juri l-eżistenza ta’ raġunijiet ġustifikati li l-kummerċant jista’ jkollu sabiex jemmen li mhuwiex sejjer ikun jista’ jforni jew iqabbad kummerċjant ieħor sabiex iforni, dawk il-prodotti jew prodotti ekwivalenti għal dak il-prezz għal perjodu u fil-kwantitajiet li huma raġonevoli relattivament għall-prodott, għal-livell ta’ reklamar tal-prodott u għall-prezz offrut (bait advertising).

6)

Fejn il-kummerċjant jagħmel stedina sabiex jinxtraw prodotti bi prezz speċifikat u mbagħad:

a)

jirrifjuta li juri l-oġġett reklamat lill-konsumaturi,

jew

b)

jirrifjuta li jieħu ordnijiet għall-prodott jew li jfornih fi żmien raġonevoli,

jew

ċ)

juri kampjun difettuż tiegħu

bl-intenzjoni li jippromwovi prodott differenti (“bait and switch”).

7)

Fejn il-kummerċjant jiddikjara b’mod falz li prodott sejjer ikun disponibbli biss għal żmien limitat ħafna, jew li sejjer ikun disponibbli biss taħt kondizzjonijiet partikolari għal żmien limitat ħafna sabiex iqanqal deċiżjoni immedjata u jċaħħad lill-konsumaturi mill-opportunità jew miż-żmien suffiċjenti sabiex jagħmlu għażla informata.

8)

Fejn il-kummerċjant jimpenja ruħu li jipprovdi servizz ta’ wara l-bejgħ lill-konsumaturi li magħhom il-kummerċjant ikkomunika qabel it-tranżazzjoni b’lingwa li mhijiex il-lingwa uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn il-kummerċjant jinsab u mbagħad jagħmel dan is-servizz disponibbli biss b’lingwa oħra mingħajr ma jindika dan b’mod ċar lill-konsumatur qabel il-konsumatur jimpenja ruħu fit-tranżazzjoni.

9)

Fejn il-kummerċjant jistqarr u b’mod ieħor joħloq l-impressjoni li xi prodott jista jinbiegħ legalment meta ma jistax.

10)

Fejn il-kummerċjant jippreżenta drittijiet mogħtija mil-liġi lill-konsumaturi bħala karatteristika distintiva ta’ l-offerta tiegħu.

11)

Fejn il-kummerċjant juża kontenut editorjali fil-mijdja sabiex jippromwovi prodott fejn huwa jkun ħallas għall-promozzjoni tiegħu mingħajr ma jagħmel dan ċar fil-kontenut jew permezz ta’ immaġini u ħsejjes identifikabbli b’mod ċar mill-konsumatur. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE (1).

12)

Fejn il-kummerċjant jagħmel affermazzjoni li hija essenzjalment mhux eżatta dwar in-natura u l-firxa tar-riskju għas-sigurtà personali tal-konsumatur jew tal-familja tiegħu jekk il-konsumatur ma jixtrix il-prodott.

13)

Fejn il-kummerċjant jippromwovi prodott simili għal xi prodott magħmul minn manifattur partikolari b’mod tali li deliberatament iqarraq bil-konsumatur li jemmen li l-prodott huwa magħmul minn dak l-istess manifattur meta ma jkunx.

14)

Fejn il-kummerċjant jistabbilixxi, jopera jew jippromwovi skema promozzjonali piramidali fejn konsumatur iħallas għall-opportunità li jirċievi kumpens derivat primarjament mill-introduzzjoni ta’ konsumaturi oħrajn fl-iskema minflok mill-bejgħ jew konsum ta’ prodotti.

15)

Fejn il-kummerċjant isostni li dalwaqt sejjer jieqaf mill-kummerċ jew ibiddel il-post tal-kummerċ meta ma jkunx sejjer jagħmel dan.

16)

Fejn il-kummerċjant isostni li prodotti jistgħu jiffaċilitaw ir-rebħ f’logħob ta’ l-azzard.

17)

Fejn il-kummerċjant isostni, bil-qerq, li prodott jista’ jfejjaq mard, xi disfunzjoni jew malformazzjonijiet.

18)

Fejn il-kummerċjant jgħaddi tagħrif li huwa essenzjalment mhux eżatt dwar kondizzjonijiet tas-suq jew dwar il-possibbiltà li jinstab il-prodott bl-intenzjoni li jipperswadi lill-konsumatur jakkwista l-prodott b’kondizzjonijiet inqas favorevoli mill-kondizzjonijiet normali tas-suq.

19)

Fejn il-kummerċjant isostni fi prattika kummerċjali li joffri parteċipazzjoni f’xi kompetizzjoni jew promozzjoni ta’ premju mingħajr ma jagħti l-premji deskritti jew ekwivalenti raġonevoli.

20)

Fejn il-kummerċjant jiddeskrivi prodott bħala “gratis”, “b’xejn”, “mingħajr ħlas” jew simili jekk il-konsumatur għandu jħallas xi ħaġa oħra barra l-prezz li inevitabbilment kellu jħallas sabiex wieġeb għall-prattika kummerċjali u sabiex ġabar jew ħallas għall-kunsinna ta’ l-oġġett.

21)

Fejn il-kummerċjant jinkludi fil-materjal promozzjonali fattura jew rikjesta oħra ta’ ħlas li tagħti l-impressjoni lill-konsumatur li huwa kien diġà ordna l-prodott kummerċjalizzat meta ma kienx għamel dan.

22)

Fejn il-kummerċjant bil-qerq isostni jew joħloq l-impressjoni li huwa ma jkunx qiegħed jaġixxi għall-finijiet konnessi mal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tiegħu, jew bil-qerq juri ruħu bħala konsumatur.

23)

Fejn il-kummerċjant bil-qerq jagħti l-impressjoni li jeżisti servizz ta’ wara l-bejgħ fir-rigward ta’ prodott fi Stat Membru ieħor barra minn dak li fih il-prodott huwa mibjugħ.

Prattiċi kummerċjali aggressivi

24)

Fejn il-kummerċjant joħloq l-impressjoni li l-konsumatur ma jistax iħalli l-post qabel ma jsir kuntratt.

25)

Fejn il-kummerċjant jagħmel żjarat personali fid-dar tal-konsumatur u jinjora t-talba tal-konsumatur sabiex jitlaq jew sabiex ma jirritornax ħlief f’ċirkostanzi u sal-punt ġustifikat, skond il-liġi nazzjonali, sabiex jinforza obbligazzjoni kontrattwali.

26)

Fejn il-kummerċjant jagħmel solleċitazzjonijiet persistenti u mhux mixtieqa permezz tat-telefown, tal-faks, bl-e-mail jew mezz ieħor remot ħlief f’ċirkostanzi u sal-punt ġustifikat, skond il-liġi nazzjonali, sabiex jinforza obligazzjoni kontrattwali. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 tad-Direttiva 97/7/KE, d-Direttiva 95/46/KE (2) u d-Direttiva 2002/58/KE.

27)

Fejn il-kummerċjant jesiġi li konsumatur li jixtieq iressaq pretensjoni fuq polza ta’ assigurazzjoni jipproduċi dokumenti li ma jistgħux raġonevolment jiġu kkunsidrati rilevanti għall-kwistjoni jekk il-pretensjoni kinetx valida, jew jonqos sistematikament milli jwieġeb għal korrispondenza pertinenti, sabiex jiddisswadi xi konsumatur milli jeżerċita d-drittijiet kontrattwali tiegħu.

28)

Fejn il-kummerċjant jinkludi f’reklam it-tħeġġiġ dirett lit-tfal sabiex jixtru jew sabiex jipperswadu l-ġenituri tagħhom jew adulti oħrajn sabiex jixtrulhom il-prodotti reklamati. Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16 tad-Direttiva 89/552/KEE dwar xandir bit-televiżjoni.

29)

Fejn il-kummerċjant jitlob ħlas immedjat jew differit għar-ritorn jew għall-kustodja ta’ prodotti forniti minnu, iżda mhux solleċitati mill-konsumatur ħlief fejn il-prodott huwa sostitut fornit konformement ma’ l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 97/7/KE (“bejgħ mhux mitlub”).

30)

Fejn il-kummerċjant jgħarraf espliċitament lill-konsumatur li jekk ma jixtrix il-prodott jew servizz, ix-xogħol jew l-għajxien tal-kummerċjant ikunu fil-periklu.

31)

Fejn il-kummerċjant joħloq l-impressjoni falza li konsumatur diġà rebaħ, se jirbaħ, jew li hekk kif jagħmel xi azzjoni partikolari jirbaħ, xi premju jew xi benefiċċju ekwivalenti ieħor, meta fil-fatt

ma jkun hemm ebda premju jew benefiċċju ekwivalenti ieħor,

jew

it-teħid ta’ xi azzjoni fir-rigward tal-ġbir tal-premju jew ta’ l-benefiċċju ekwivalenti ieħor teħtieg lill-konsumatur li jħallas xi flus jew li jidħol f’xi spejjeż.


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta’ Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU L 298, tas-17.10.1989, p. 23). Direttiva kif emendata mid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament u tal-Kunsill (ĠU L 202, tat-30.7.1997, p. 60).

(2)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31). Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).


ANNESS II

DISPOŻIZZJONIJIET TAL-LIĠI KOMUNITARJA LI JISTABBILIXXU REGOLI GĦAR-REKLAMAR U GĦALL-KOMUNIKAZZJONIJIET KUMMERĊJALI

L-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 97/7/KE.

L-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox inkluż u t-tours kollox inkluż (1).

L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 94/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 1994 dwar il-protezzjoni tax-xerrejja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti aspetti tal-kuntratti li għandhom x’jaqsmu max-xiri tad-dritt għall-użu tal-propjetà immobbli fuq bażi ta’ timeshare  (2).

L-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill-konsumaturi (3)

L-Artikoli 86 sa 100 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (4).

L-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-suq intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (5).

L-Artikolu 1(d) tad-Direttiva 98/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur (6).

L-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2002/65/KE

L-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2001/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (IIKTT) bl-iskop li jiġu rregolati kumpaniji ta’ amministrazzjoni u prospektusis simplifikati (7).

L-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni ta’ l-assigurazzjoni (8).

L-Artikolu 36 tad-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (9).

L-Artikolu 19 tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq ta’ l-istrumenti finanzjarji (10).

L-Artikolu 31 u 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-kordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja (11) (it-Tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja).

L-Artikoli 5, 7 u 8 tad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat għall-offerta lill-pubbliku jew għall-ammissjoni għall-kummerċ ta’ titoli (12)


(1)  ĠU L 158, tat-23.6.1990, p. 59.

(2)  ĠU L 280, tad-29.10.1994, p. 83.

(3)  ĠU L 80, tat-18.3.1998, p. 27.

(4)  ĠU L 311, tat-28.11.2001, p. 67. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/27/KE (ĠU L 136, tat-30.4.2004, p. 34).

(5)  ĠU L 178, tas-17.7.2000, p. 1.

(6)  ĠU L 101, ta’ l-1.4.1998, p. 17.

(7)  ĠU L 41, tat-13.2.2002, p. 20.

(8)  ĠU L 9, tal-15.1.2003, p. 3.

(9)  ĠU L 345, tad-19.12.2002, p. 1. Direttiva kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE (ĠU L 168, ta’ l-1.5.2004, p.35).

(10)  ĠU L 145, tat-30.4.2004, p. 1.

(11)  ĠU L 228, tal-11.8.1992, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/87/KE (ĠU L 35, tal-11.2.2003, p. 1).

(12)  ĠU L 345, tal-31.12.2003, p. 64.


whereas









keyboard_arrow_down