(1) Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online huma faċilitaturi ewlenin tal-intraprenditorija u ta mudelli kummerċjali ġodda, tal-kummerċ u tal-innovazzjoni, li jistgħu wkoll itejbu l-benesseri tal-konsumaturi u li kulma jmur qed jintużaw dejjem aktar mis-settur privat u mis-settur pubbliku.
Dawn joffru aċċess għal swieq ġodda u opportunitajiet kummerċjali li jippermettu lill-impriżi jaħsdu l-benefiċċji tas-suq intern.
Dawn jippermettu lill-konsumaturi fl-Unjoni jisfruttaw dawk il-benefiċċji, l-aktar għax tiżdied l-għażla tagħhom tal-prodotti u tas-servizzi, kif ukoll għax jiġu offruti prezzijiet kompetittivi online, iżda huma jżidu wkoll l-isfidi li jeħtieġ jiġu indirizzati sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali.
- = -
(16) Bil-għan li jkun żgurat li l-utenti kummerċjali jkollhom biżżejjed ċarezza fir-rigward tal-post fejn l-oġġetti jew is-servizzi tagħhom qegħdin jiġu kkummerċjalizzati u dwar min huma d-destinatarji ta tali kummerċjalizzazzjoni, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiżguraw, fil-konfront tal-utenti kummerċjali tagħhom, it-trasparenza fir-rigward ta kwalunkwe mezz ta’ distribuzzjoni i u programm affiljat potenzjali addizzjonali li huma jistgħu jużaw biex jikkummerċjalizzaw dawk l-prodotti jew is-servizzi.
Mezzi u programmi affiljati addizzjonali jenħtieġ li jinftiehmu bmod teknoloġikament newtrali iżda jistgħu, fost l-oħrajn, jinkludu siti web, apps jew servizzi oħrajn tal-intermedjazzjoni online użati biex jikkummerċjalizzaw il-prodotti jew is-servizzi offruti mill-utent kummerċjali.
- = -
(17) Is-sjieda u l-kontroll tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali online jista jkollhom importanza ekonomika sinifikanti kemm għall-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kif ukoll għall-utenti kummerċjali tagħhom.
Sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u t-trasparenza għall-utenti kummerċjali u għall-fehim aħjar tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jinkludu, fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, informazzjoni ġenerali, jew aktar dettaljata, jekk ikunu jixtiequ, rigward l-effetti globali, jekk ikun hemm, ta’ dawk it-termini u l-kundizzjonijiet dwar is-sjieda u l-kontroll tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-utent kummerċjali.
Tali informazzjoni tista, inter alia, tinkludi informazzjoni bħall-użu ġenerali ta logos, trademarks jew ismijiet ta ditti.
- = -
(18) Li tkun żgurata t-trasparenza fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tista tkun essenzjali biex jiġu promossi relazzjonijiet kummerċjali sostenibbli u biex tkun evitata l-imġiba inġusta għad-detriment tal-utenti kummerċjali.
Għalhekk jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet ikunu disponibbli faċilment fl-istadji kollha tar-relazzjoni kummerċjali, inkluż għall-utenti kummerċjali prospettivi fil-fażi prekuntrattwali, u li kwalunkwe bidla fdawk it-termini tiġi notifikata lill-utenti kummerċjali kkonċernati fuq mezz durabbli u fi żmien perijodu ta notifika stabbilit li jkun raġonevoli u proporzjonat fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi u ta mill-inqas 15-il jum.
Perijodi ta avviż proporzjonati itwal ta aktar minn 15-il jum jenħtieġ li jingħataw meta l-bidliet proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jirrikjedu li l-utenti kummerċjali jagħmlu adattamenti tekniċi jew kummerċjali sabiex jikkonformaw mal-bidla, pereżempju billi jitolbuhom jagħmlu aġġustamenti tekniċi sinifikanti għall-prodotti u s-servizzi tagħhom.
Jenħtieġ li dak il-perijodu ta notifika ma jkunx japplika jekk, u sa fejn, dan jiġi rinunzjat bmod mhux ambigwu mill-utent kummerċjali kkonċernat jew meta, u sa fejn, il-ħtieġa li tiġi implimentata l-bidla mingħajr rispett għall-perijodu ta notifika tkun toħroġ minn obbligu legali jew regolatorju impost fuq il-fornitur tas-servizzi skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.
Madankollu, tibdiliet editorjali proposti jenħtieġ li ma jkunux koperti mit-terminu "bidla" sakemm dawn ma jbiddlux il-kontenut jew it-tifsira tat-termini u l-kundizzjonijiet.
Ir-rekwiżit li jiġu nnotifikati l-bidliet proposti fuq mezz durabbli jenħtieġ li jippermetti lill-utenti kummerċjali biex jirrieżaminaw bmod effettiv dawn il-bidliet fi stadju aktar tard.
L-utenti kummerċjali jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jtemmu l-kuntratt tagħhom fi żmien 15-il jum mill-wasla ta-notifika ta’ kwalunkwe bidla, dment li ma japplikax perijodu iqsar tal-kuntratt, pereżempju li jirriżulta mil-liġi ċivili nazzjonali.
- = -
(21) Sabiex jiġi żgurat li l-utenti kummerċjali jkunu jistgħu jisfruttaw bis-sħiħ l-opportunitajiet kummerċjali offruti mis-servizzi tal-intermedjazzjoni online, il-fornituri ta dawn is-servizzi jenħtieġ li ma jipprevenux kompletament lill-utenti kummerċjali tagħhom milli juru l-identità tan-negozjar tagħhom bħala parti mill-offerta jew mill-preżenza tagħhom għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti.
Madankollu, din il-projbizzjoni ta interferenza jenħtieġ li ma tinftiehemx bħala dritt li l-utenti kummerċjali jiddeterminaw bmod unilaterali l-preżentazzjoni tal-offerta jew tal-preżenza tagħhom fuq is-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti.
- = -
(23) It-terminazzjoni tas-servizzi kollha tal-intermedjazzjoni online u t-tħassir ta data relatat ipprovdut għall-użu jew iġġenerat permezz tal-forniment ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jirrappreżentaw telf ta informazzjoni essenzjali li jista jkollu impatt sinifikanti fuq l-utenti kummerċjali u jista jfixkel ukoll il-kapaċità tagħhom li jeżerċitaw kif jixraq id-drittijiet l-oħra mogħtija lilhom minn dan ir-Regolament.
Għalhekk, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernat dikjarazzjoni tar-raġunijiet fuq mezz durabbli, mill-inqas 30 jum qabel ma tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni tal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tiegħu.
Madankollu, fkażijiet fejn obbligu legali jew regolatorju jirrikjedi li fornitur ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jtemm il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tiegħu lil utent kummerċjali partikolari, dan il-perijodu ta notifika jenħtieġ li ma japplikax.
Bl-istess mod, il-perijodu ta notifika ta 30 jum jenħtieġ li ma japplikax fejn fornitur ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jinvoka d-drittijiet ta terminazzjoni skont il-liġi nazzjonali bkonformità mal-liġi tal-Unjoni li jippermettu t-terminazzjoni immedjata fejn, meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ speċifiku u filwaqt li jiġu kkunsidrati l-interessi taż-żewġ partijiet, ma jistax jiġi raġonevolment mistenni li jkompli r-relazzjoni kuntrattwali sat-tmiem miftiehem jew sal-iskadenza ta perijodu ta notifika.
Fl-aħħar nett, il-perijodu ta notifika ta 30 jum jenħtieġ li ma japplikax fejn fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista juri ksur ripetut tat-termini u l-kundizzjonijiet.
Id-diversi eċċezzjonijiet għall-perijodu ta notifika ta 30 jum jistgħu bmod partikolari jinħolqu brabta mal-kontenut illeċitu jew mhux xieraq, is-sikurezza ta prodott jew servizz, il-falsifikazzjoni, il-frodi, il-malware, l-ispam, il-ksur tad-data, riskji oħra ta ċibersigurtà jew l-adegwatezza tal-prodott jew is-servizz għall-minorenni.
Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li, fejn ikun raġonevoli u teknikament fattibbli, ineħħu biss prodotti jew servizzi individwali ta utent kummerċjali.
It-terminazzjoni tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tikkostitwixxi l-aktar miżura severa.
- = -
(27) Il-fornituri ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jew ta magni tat-tiftix online jenħtieġ li ma jkunux meħtieġa jiżvelaw id-dettalji tal-funzjonament tal-mekkaniżmi tal-ikklassifikar tagħhom, inkluż l-algoritmi, taħt dan ir-Regolament.
Il-kapaċità tagħhom li jaġixxu kontra l-manipulazzjoni bmala fede tal-ikklassifikar minn partijiet terzi, inkluż fl-interess tal-konsumaturi, jenħtieġ li daqstant ieħor ma tiddgħajjifx.
Deskrizzjoni ġenerali tal-parametri prinċipali tal-ikklassifikar jenħtieġ li tissalvagwardja dawk l-interessi, filwaqt li tipprovdi lill-utenti kummerċjali u lill-utenti ta siti web korporattivi fehim adegwat tal-funzjonament tal-ikklassifikar fil-kuntest tal-użu tagħhom ta servizzi speċifiċi tal-intermedjazzjoni online jew ta magni ta tiftix online.
Biex jiġi żgurat li jintlaħaq l-objettiv ta dan ir-Regolament jenħtieġ li l-kunsiderazzjoni tal-interessi kummerċjali tal-fornituri ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jew ta magni tat-tiftix online ma għandha, għalhekk, qatt twassal għal rifjut li jiġu żvelati l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar.
Fdan ir-rigward, filwaqt li dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), id-deskrizzjoni mogħtija jenħtieġ li, tal-inqas tkun ibbażata fuq data reali dwar ir-rilevanza tal-parametri ta kklassifikar użati.
- = -
(30) Meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online joffri ċerti prodotti jew servizzi lill-konsumaturi permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu stess, jew inkella jagħmel dan permezz ta utent kummerċjali kkontrollat minnu, dak il-fornitur jista jikkompeti direttament ma utenti kummerċjali oħrajn tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu li mhumiex ikkontrollati mill-fornitur, li jista jagħti lill-fornitur inċentiv ekonomiku u l-kapaċità li juża l-kontroll tiegħu fuq is-servizzi tal-intermedjazzjoni online biex jiggarantixxi lill-offerti tiegħu stess, jew lil dawk ta utent kummerċjali kkontrollat minnu, vantaġġi tekniċi jew ekonomiċi li jista jiċħad lill-utenti kummerċjali li jikkompetu miegħu.
Din l-imġiba tista tikkomprometti l-kompetizzjoni ġusta u tillimita l-possibbiltajiet ta għażla tal-konsumaturi.
Fdawn is-sitwazzjonijiet bmod partikolari, hu importanti li l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jaġixxi bmod trasparenti u jipprovdi deskrizzjoni xierqa u jistabbilixxi l-kunsiderazzjonijiet għal kwalunkwe trattament differenzjat, permezz ta mezzi ġuridiċi, kummerċjali jew tekniċi, bħal funzjonalitajiet li jinvolvu sistemi operattivi li jaf ikun jagħti brabta mal-prodotti u s-servizzi li joffri hu stess, meta mqabbla ma dawk offruti mill-utenti kummerċjali.
Biex tkun żgurata l-proporzjonalità, dan l-obbligu jenħtieġ li jkun japplika fil-livell tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ġenerali, u mhux fil-livell ta prodotti jew servizzi individwali offruti permezz ta dawk is-servizzi.
- = -
(31) Meta fornitur ta’ magna tat-tiftix online nnifsu joffri ċerti prodotti jew servizzi lill-konsumaturi permezz tal-magna tat-tiftix online tiegħu stess, jew inkella jagħmel dan permezz ta utent ta siti web korporattivi li hu jikkontrolla, dak il-fornitur jista jikkompeti direttament ma utenti ta siti web korporattivi oħra tal-magna tat-tiftix online li mhumiex ikkontrollati mill-fornitur.
Fdawn is-sitwazzjonijiet bmod partikolari, hu importanti li l-fornitur tal-magna tat-tiftix online jaġixxi bmod trasparenti u jipprovdi deskrizzjoni ta kwalunkwe trattament differenzjat, permezz ta mezzi ġuridiċi, kummerċjali jew tekniċi, li jaf ikun jagħti brabta mal-prodotti u s-servizzi li joffri hu stess jew permezz ta’ utent ta sit web korporattiv li huwa jikkontrolla, meta mqabbla ma dawk offruti mill-utenti ta siti web korporattivi li qed jikkompetu miegħu.
Biex tkun żgurata l-proporzjonalità, dan l-obbligu jenħtieġ li jkun japplika fil-livell tal-magni tat-tiftix online ġenerali, u mhux fil-livell ta prodotti jew servizzi individwali offruti permezz ta dawk is-servizzi.
- = -
(32) Jenħtieġ li fdan ir-Regolament jiġu indirizzati termini kuntrattwali speċifiċi, bmod partikolari fsitwazzjonijiet ta setgħa ta negozjar żbilanċjata, sabiex jiġi żgurat li r-relazzjonijiet kuntrattwali jitwettqu in bona fide u abbażi ta negozjar ġust.
Il-prevedibbiltà u t-trasparenza jirrikjedu li l-utenti kummerċjali jingħataw opportunità reali biex isiru familjari mal-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet, li allura jenħtieġ li ma jiġux imposti beffett retroattiv sakemm ma jkunux ibbażati fuq obbligu legali jew regolatorju jew ikunu ta benefiċċju għal dawk l-utenti kummerċjali.
L-utenti kummerċjali jenħtieġ li, barra minn hekk, ikunu offruti ċarezza dwar il-kundizzjonijiet li taħthom ir-relazzjoni kummerċjali tagħhom mal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tista tintemm.
Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jiżguraw li l-kundizzjonijiet għat-terminazzjoni huma dejjem proporzjonati u jistgħu jiġu eżerċitati mingħajr diffikultà bla bżonn.
Fl-aħħar nett, l-utenti kummerċjali jenħtieġ li jkunu infurmati bmod sħiħ dwar kwalunkwe aċċess li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online iżommu, wara l-iskadenza tal-kuntratt, għall-informazzjoni li l-utenti kummerċjali jipprovdu jew jiġġeneraw fil-kuntest tal-użu tagħhom tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
- = -
(40) Permezz tal-medjazzjoni, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tagħhom jistgħu jiksbu mezz għar-riżoluzzjoni tat-tilwim bmod sodisfaċenti, mingħajr il-bżonn li jintużaw proċedimenti ġudizzjarji li jistgħu jkunu twal u għaljin.
Għalhekk, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jiffaċilitaw il-medjazzjoni, bmod partikolari, billi jidentifikaw minn tal-inqas żewġ medjaturi pubbliċi jew privati li magħhom ikunu lesti jimpenjaw ruħhom.
L-għan li tiġi rikjesta l-identifikazzjoni ta’ għadd minimu ta medjaturi huwa sabiex tiġi ssalvagwardjata n-newtralità tal-medjaturi.
Il-medjaturi li jipprovdu s-servizzi tagħhom minn post barra mill-Unjoni jenħtieġ li jiġu identifikati biss meta jkun żgurat li l-użu ta dawn is-servizzi bl-ebda mod ma jċaħħdu lill-utenti kummerċjali kkonċernati minn xi protezzjoni legali offruta lilhom skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istati Membri, inkluż ir-rekwiżiti ta dan ir-Regolament u l-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali u s-sigrieti kummerċjali.
Biex ikunu aċċessibbli, ġusti, u kemm jista jkun rapidi, effiċjenti u effettivi, dawn il-medjaturi jenħtieġ jissodisfaw ċerti kriterji stabbiliti.
Madankollu, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tagħhom jenħtieġ li jibqgħu liberi biex jidentifikaw bmod konġunt kwalunkwe medjatur tal-għażla tagħhom wara li tkun inqalgħet tilwima bejniethom.
F’konformità mad-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), il-medjazzjoni prevista fdan ir-Regolament jenħtieġ li tkun proċess volontarju fis-sens li l-partijiet stess ikunu inkarigati mill-proċess u jkunu jistgħu jibdew u jitterminaw fi kwalunkwe ħin.
Minkejja n-natura volontarja tagħha, il-fornituri ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jeżaminaw in bona fide t-talbiet għal involviment fil-medjazzjoni prevista fdan ir-Regolament.
- = -
(44) Diversi fatturi, bħal mezzi finanzjarji limitati, il-biża ta ritaljazzjoni u l-għażla esklussiva ta liġijiet u d-dispożizzjonijiet tal-forum fit-termini u l-kundizzjonijiet, jistgħu jillimitaw l-effikaċja tal-possibbiltajiet eżistenti ta rimedju ġudizzjarju, bmod partikolari dawk li jirrikjedu li l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta siti web korporattivi jaġixxu individwalment u bmod identifikabbli.
Biex tkun żgurata applikazzjoni effettiva ta dan ir-Regolament, l-organizzazzjonijiet, l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-utenti kummerċjali jew lill-utenti ta siti web korporattivi, kif ukoll il-korpi pubbliċi stabbiliti fl-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jieħdu azzjoni quddiem il-qrati nazzjonali skont il-liġi nazzjonali, inklużi r-rekwiżiti proċedurali nazzjonali.
Jenħtieġ li azzjoni bħal din quddiem il-qrati nazzjonali jkollha l-għan li twaqqaf jew tipprojbixxi każijiet ta ksur tar-regoli stabbiliti fdan ir-Regolament u li tevita dannu futur li jista jxekkel ir-relazzjonijiet kummerċjali sostenibbli fl-ekonomija tal-pjattaformi online.
Biex ikun żgurat li tali organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet jeżerċitaw dak id-dritt bmod effettiv u kif xieraq, dawn jenħtieġ li jissodisfaw ċerti kriterji.
Bmod partikolari, huma jeħtiġilhom jiġu debitament stabbiliti skont il-liġi ta Stat Membru, ikunu ta natura mingħajr skop ta qligħ u jilħqu l-objettivi tagħhom fuq bażi sostenibbli.
Dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jipprevjenu kwalunkwe stabbiliment ta organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet ad hoc għall-fini ta azzjoni speċifika jew azzjonijiet speċifiċi, jew għall-fini ta profitti.
- = -
(51) Minħabba li l-għan ta dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun żgurat ambjent ta’ negozju online ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fi ħdan is-suq intern, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit fdak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.
- = -