keyboard_tab REGIS - Reg. Intermediation Services 2019/1150 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf 2019/1150 MT cercato: 'ċara' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl- kummerċjali 28
- tas-servizzi 27
- tal-intermedjazzjoni 27
- online 27
- notifika 15
- l-kundizzjonijiet 10
- għal 9
- l-utent 8
- għandu 7
- il-perijodu 7
- kkonċernat 7
- tiegħu 7
- lill-utent 6
- fornitur 6
- tagħhom 6
- jipprovdi 6
- meta 6
- subparagrafu 6
- kwalunkwe 5
- qabel 5
- lill-utenti 5
- tar-raġunijiet 5
- fejn 5
- kollha 5
- biex 5
- mezz 5
- ikun 5
- tal-paragrafu 5
- għandhom 5
- id-deċiżjoni 4
- minn 4
- applikabbli 4
- servizzi 4
- prodotti 4
- durabbli 4
- fit-tieni 4
- it-termini 4
- it-terminazzjoni 4
- fis-seħħ 4
- ta’ 3
- jkun 3
- jittermina 3
- għandha 3
- msemmi 3
- kkonċernati 3
- dikjarazzjoni 3
- il-bidliet 3
- fit-termini 3
- jista 3
- japplika 3
Artikolu 3
Termini u kundizzjonijiet
1. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom:
(a) | jitfasslu blingwaġġ sempliċi u intelliġibbli; |
(b) | ikunu disponibbli faċilment lill-utenti kummerċjali fl-istadji kollha tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom mal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, inkluż l-istadju prekuntrattwali; |
(c) | jistabbilixxu r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet li jissospendu jew jitterminaw jew jimponu kwalunkwe tip ieħor ta restrizzjoni fuq, għalkollox jew parzjalment, il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tagħhom lill-utenti kummerċjali. |
(d) | jinkludu informazzjoni dwar kwalunkwe mezz ta distribuzzjoni addizzjonali u programmi affiljati potenzjali li permezz tagħhom fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jikkummerċjalizzaw prodotti u servizzi offruti mill-utenti kummerċjali; |
(e) | jinkludu informazzjoni ġenerali dwar l-effetti tat-termini u l-kundizzjonijiet fuq is-sjieda u l-kontroll tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-utenti kummerċjali. |
2. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinnotifikaw permezz ta mezz durabbli, lill-utenti kummerċjali kkonċernati kwalunkwe bidla proposta fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom.
Il-bidliet proposti ma għandhomx jiġu implimentati qabel l-iskadenza ta perijodu ta notifika li jkun raġonevoli u proporzjonat għan-natura u l-firxa tal-bidliet previsti u għall-konsegwenzi tagħhom fuq l-utent kummerċjali kkonċernat. Dak il-perijodu ta notifika għandu jkun ta mill-inqas 15-il jum li jibdew mid-data meta l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jinnotifika lill-utenti kummerċjali kkonċernati dwar il-bidliet proposti. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jagħtu perijodi ta’ notifika itwal meta dan ikun meħtieġ biex jippermettu lill-utenti kummerċjali jagħmlu adattamenti tekniċi jew kummerċjali biex jikkonformaw mal-bidliet.
L-utent kummerċjali kkonċernat għandu jkollu d-dritt li jittermina l-kuntratt mal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online qabel l-iskadenza tal-perijodu ta notifika. Din it-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fi żmien 15-il jum mill-wasla ta’ notifika skont l-ewwel subparagrafu, sakemm ma jkunx japplika għall-kuntratt perijodu iqsar.
L-utent kummerċjali kkonċernat jista jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub jew azzjoni affermattiva ċara biex jirrinunzja mill-perijodu ta notifika msemmi fit-tieni subparagrafu fi kwalunkwe mument mill-wasla tan-notifika skont l-ewwel subparagrafu.
Matul il-perijodu ta notifika, is-sottomissjoni ta prodotti jew servizzi ġodda għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandha tiġi kkunsidrata azzjoni affermattiva ċara biex jiġi rinunzjat il-perijodu ta notifika, ħlief fkażijiet fejn il-perijodu ta notifika raġonevoli u proporzjonat ikun itwal minn 15-il jum minħabba li l-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet jirrikjedu li l-utent kummerċjali jagħmel aġġustamenti tekniċi sinifikanti tal-prodotti jew tas-servizzi tiegħu. Fkażijiet bħal dawn, il-perijodu ta notifika ma għandux jitqies awtomatikament irrinunzjat fejn l-utent kummerċjali jissottometti prodotti u servizzi ġodda.
3. It-termini u l-kundizzjonijiet, jew id-dispożizzjonijiet speċifiċi tagħhom, li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1, kif ukoll il-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet implimentati minn fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 għandhom ikunu nulli u bla effett.
4. Il-perijodu ta notifika stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ma għandux japplika meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online:
(a) | soġġett għal obbligu legali jew regolatorju li jitolbu jibdel it-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu bmod li ma jippermettilux jirrispetta l-perijodu ta notifika msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2; |
(b) | ikollu b’mod eċċezzjonali jbiddel it-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu biex jindirizza periklu mhux previst u periklu imminenti li jiddefendi s-servizzi tal-intermedjazzjoni online, il-konsumaturi jew utenti kummerċjali minn frodi, malware, spam, ksur tad-data jew riskji oħra taċ-ċibersigurtà. |
5. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jiżguraw li l-identità tal-utent kummerċjali li jipprovdi l-prodotti jew is-servizzi fuq is-servizz tal-intermedjazzjoni online tkun viżibbli b mod ċar.
Artikolu 4
Restrizzjoni, sospensjoni u terminazzjoni
1. Meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiddeċiedi li jirrestrinġi jew jissospendi il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu lil utent kummerċjali partikolari fdak li jikkonċerna prodotti jew servizzi individwali offruti minn dak l-utent kummerċjali, dan għandu jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernati, qabel jew fil-mument meta r-restrizzjoni jew is-sospensjoni tidħol fis-seħħ, bdikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fuq mezz durabbli.
2. Meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiddeċiedi li jittermina l-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tiegħu lil utent kummerċjali partikolari, dan għandu jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernat, mill-inqas 30 jum qabel ma tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni, dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fuq mezz durabbli.
3. Fil-każ ta restrizzjoni, sospensjoni jew terminazzjoni, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jagħti lill-utent kummerċjali l-opportunità li jiċċara l-fatti u ċ-ċirkostanzi fil-qafas tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti msemmi fl-Artikolu 11. Fejn ir-restrizzjoni, is-sospensjoni jew it-terminazzjoni jiġu revokati mill-fornitur tas-servizzi intermedjarji online, dan għandu jintegra mill-ġdid lill-utent kummerċjali mingħajr dewmien żejjed, inkluż jipprovdi lill-utent kummerċjali bi kwalunkwe aċċess għal data personali jew data oħra, jew it-tnejn li huma, li jkun irriżulta mill-użu tiegħu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti qabel ma jkunu daħlu fis-seħħ ir-restrizzjoni, is-sospensjoni jew it-terminazzjoni.
4. Il-perijodu ta notifika fil-paragrafu 2 ma għandux japplika meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online:
(a) | ikun soġġett għal obbligu legali jew regolatorju li jobbligah jittermina l-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tiegħu lil utent kummerċjali partikolari bmod li ma jippermettilux jirrispetta dak il-perijodu ta notifika; jew |
(b) | jeżerċita dritt ta terminazzjoni għal raġuni imperattiva skont liġi nazzjonali li hija konformi mal-liġijiet tal-Unjoni; |
(c) | jista juri li l-utent kummerċjali kkonċernat ikun ripetutament kiser it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli, li jirriżultaw fit-tmiem tal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha inkwistjoni. |
Fkażijiet fejn il-perijodu ta notifika fil-paragrafu 2 ma japplikax, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernat, mingħajr dewmien żejjed, bdikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fuq mezz durabbli.
5. Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafi 1, u 2 u fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 għandha tagħmel referenza għall-fatti jew iċ-ċirkustanzi speċifiċi, inkluż kontenut ta notifiki ta partijiet terzi, li wasslu għad-deċiżjoni tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u referenza għar-raġunijiet applikabbli għal dik id-deċiżjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 3(1).
Il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online mgħandux għalfejn jipprovdi dikjarazzjoni tar-raġunijiet fejn hu soġġett għal obbligu legali jew regolatorju li ma jipprovdix il-fatti jew iċ-ċirkostanzi speċifiċi jew ir-referenza għar-raġuni jew raġunijiet applikabbli, jew meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista juri li l-utent kummerċjali kkonċernat ikun ripetutament kiser it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli, li jirriżulta fit-terminazzjoni tal-forniment tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni online kollha inkwistjoni.
whereas