keyboard_tab REGIS - Reg. Intermediation Services 2019/1150 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf 2019/1150 MT cercato: 'tal-kummissjoni' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl- dwar 19
- tal-kunsill 12
- ewropew 10
- tal-parlament 9
- kummerċjali 8
- tal-ilmenti 7
- tas-servizzi 7
- tal-intermedjazzjoni 7
- online 7
- għandhom 7
- tagħhom 6
- tat-trattament 6
- interna 6
- tas- 6
- //ke 6
- id-direttiva 5
- l-informazzjoni 5
- għandha 5
- ta’ 5
- l-ilmenti 5
- ir-regolament 4
- il-protezzjoni 4
- Ġunju 4
- direttament 4
- data 4
- huma 4
- ir-regolament 4
- tat- 3
- bmod 3
- personali 3
- informazzjoni 3
- minn 3
- nru / 3
- tal- 3
- april 3
- għandu 3
- tiegħu 3
- lill-ilmentatur 3
- skont 2
- l-eżitu 2
- tad-data 2
- japplika 2
- kriminali 2
- il-fornituri 2
- liberu 2
- il-moviment 2
- jaffettwaw 2
- biex 2
- artikolu 2
- tal-ipproċessar 2
Artikolu 11
Sistema interna tat-trattament tal-ilmenti
1. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jipprovdu sistema interna li tittratta l-ilmenti tal-utenti kummerċjali.
Dik is-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti għandha tkun aċċessibbli faċilment u bla ħlas għall-utenti kummerċjali u għandha tiżgura trattament fperijodu ta żmien raġonevoli. Din għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta trasparenza u trattament ugwali applikati għal sitwazzjonijiet ekwivalenti, u tittratta l-ilmenti bmod li jkun proporzjonat mal-importanza u l-kumplessità tagħhom. Din għandha tippermetti lill-utenti kummerċjali jressqu lmenti direttament lill-fornitur ikkonċernat brabta ma xi wieħed minn dawn li ġejjin:
(a) | l-allegat nuqqas ta konformità minn dak il-fornitur ma kwalunkwe obbligu legali stabbilit fdan ir-Regolament u li jaffettwa lill-utent kummerċjali li ppreżenta ilment (“l-ilmentatur”); |
(b) | kwistjonijiet teknoloġiċi li għandhom xjaqsmu direttament mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u li jaffettwaw lill-ilmentatur; |
(c) | miżuri meħuda minn dak il-fornitur, jew bl-imġiba tiegħu, li għandhom xjaqsmu direttament mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u li jaffettwaw lill-ilmentatur. |
2. Bħala parti mis-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom:
(a) | jikkunsidraw kif xieraq l-ilmenti u s-segwitu li jaf ikollhom bżonn jagħtu lill-ilment biex il-kwistjoni tiġi indirizzata sew; |
(b) | jipproċessaw l-ilmenti malajr u bmod effettiv, skont l-importanza u l-kumplessità tal-kwistjoni; |
(c) | jgħarrfu lill-ilmentatur dwar l-eżitu tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti, bmod individwalizzat u mfassal blingwaġġ sempliċi u intelliġibbli. |
3. Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-aċċess għas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom u t-tħaddim tagħha.
4. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jistabbilixxu informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom, u jagħmluha aċċessibbli faċilment għall-pubbliku. Huma għandhom jivverifikaw l-informazzjoni mill-inqas kull sena u fejn huma meħtieġa bidliet sinifikanti, huma għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni.
Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-għadd totali ta lmenti mressqa, it-tipi prinċipali ta ilmenti, il-perijodu medju taż-żmien meħtieġ biex jiġu pproċessati l-ilmenti u l-informazzjoni aggregata rigward l-eżitu tal-ilmenti.
5. Id-dispożizzjonijiet ta dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li huma intrapriżi żgħar, skont it-tifsira tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-kummissjoni 2003/361/KE.
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fIl-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Dan għandu japplika mit-12 ta’ Lulju 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) ĠU C 440, 6.12.2018, p. 177.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019… (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2019.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).
(5) Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta konoxxenza u ta informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta data personali u dwar il-moviment liberu ta tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(7) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta April 2016 dwar il-protezzjoni ta persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(8) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
(9) Ir-Rakkomandazzjoni tal-kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(10) Id-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta medjazzjoni fmaterji ċivili u kummerċjali (ĠU L 136, 24.5.2008, p. 3).
(11) Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b Diżabbiltà (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 37).
(12) Id-Direttiva 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).
(13) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta Jannar 2004 fuq il-kontroll ta konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar il-mergers) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).
whereas