(18) Li tkun żgurata t-trasparenza fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tista tkun essenzjali biex jiġu promossi relazzjonijiet kummerċjali sostenibbli u biex tkun evitata l-imġiba inġusta għad-detriment tal-utenti kummerċjali.
Għalhekk jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet ikunu disponibbli faċilment fl-istadji kollha tar-relazzjoni kummerċjali, inkluż għall-utenti kummerċjali prospettivi fil-fażi prekuntrattwali, u li kwalunkwe bidla fdawk it-termini tiġi notifikata lill-utenti kummerċjali kkonċernati fuq mezz durabbli u fi żmien perijodu ta notifika stabbilit li jkun raġonevoli u proporzjonat fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi u ta mill-inqas 15-il jum.
Perijodi ta avviż proporzjonati itwal ta aktar minn 15-il jum jenħtieġ li jingħataw meta l-bidliet proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jirrikjedu li l-utenti kummerċjali jagħmlu adattamenti tekniċi jew kummerċjali sabiex jikkonformaw mal-bidla, pereżempju billi jitolbuhom jagħmlu aġġustamenti tekniċi sinifikanti għall-prodotti u s-servizzi tagħhom.
Jenħtieġ li dak il-perijodu ta notifika ma jkunx japplika jekk, u sa fejn, dan jiġi rinunzjat bmod mhux ambigwu mill-utent kummerċjali kkonċernat jew meta, u sa fejn, il-ħtieġa li tiġi implimentata l-bidla mingħajr rispett għall-perijodu ta notifika tkun toħroġ minn obbligu legali jew regolatorju impost fuq il-fornitur tas-servizzi skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.
Madankollu, tibdiliet editorjali proposti jenħtieġ li ma jkunux koperti mit-terminu "bidla" sakemm dawn ma jbiddlux il-kontenut jew it-tifsira tat-termini u l-kundizzjonijiet.
Ir-rekwiżit li jiġu nnotifikati l-bidliet proposti fuq mezz durabbli jenħtieġ li jippermetti lill-utenti kummerċjali biex jirrieżaminaw bmod effettiv dawn il-bidliet fi stadju aktar tard.
L-utenti kummerċjali jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jtemmu l-kuntratt tagħhom fi żmien 15-il jum mill-wasla ta-notifika ta’ kwalunkwe bidla, dment li ma japplikax perijodu iqsar tal-kuntratt, pereżempju li jirriżulta mil-liġi ċivili nazzjonali.
- = -
(32) Jenħtieġ li fdan ir-Regolament jiġu indirizzati termini kuntrattwali speċifiċi, bmod partikolari fsitwazzjonijiet ta setgħa ta negozjar żbilanċjata, sabiex jiġi żgurat li r-relazzjonijiet kuntrattwali jitwettqu in bona fide u abbażi ta negozjar ġust.
Il-prevedibbiltà u t-trasparenza jirrikjedu li l-utenti kummerċjali jingħataw opportunità reali biex isiru familjari mal-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet, li allura jenħtieġ li ma jiġux imposti beffett retroattiv sakemm ma jkunux ibbażati fuq obbligu legali jew regolatorju jew ikunu ta benefiċċju għal dawk l-utenti kummerċjali.
L-utenti kummerċjali jenħtieġ li, barra minn hekk, ikunu offruti ċarezza dwar il-kundizzjonijiet li taħthom ir-relazzjoni kummerċjali tagħhom mal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tista tintemm.
Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jiżguraw li l-kundizzjonijiet għat-terminazzjoni huma dejjem proporzjonati u jistgħu jiġu eżerċitati mingħajr diffikultà bla bżonn.
Fl-aħħar nett, l-utenti kummerċjali jenħtieġ li jkunu infurmati bmod sħiħ dwar kwalunkwe aċċess li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online iżommu, wara l-iskadenza tal-kuntratt, għall-informazzjoni li l-utenti kummerċjali jipprovdu jew jiġġeneraw fil-kuntest tal-użu tagħhom tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
- = -