search


keyboard_tab REGIS - Reg. Intermediation Services 2019/1150 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/1150 MT cercato: 'minħabba' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl




whereas minħabba:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 428

 

Artikolu 3

Termini u kundizzjonijiet

1.   Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom:

(a)

jitfasslu blingwaġġ sempliċi u intelliġibbli;

(b)

ikunu disponibbli faċilment lill-utenti kummerċjali fl-istadji kollha tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom mal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, inkluż l-istadju prekuntrattwali;

(c)

jistabbilixxu r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet li jissospendu jew jitterminaw jew jimponu kwalunkwe tip ieħor ta restrizzjoni fuq, għalkollox jew parzjalment, il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tagħhom lill-utenti kummerċjali.

(d)

jinkludu informazzjoni dwar kwalunkwe mezz ta distribuzzjoni addizzjonali u programmi affiljati potenzjali li permezz tagħhom fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jikkummerċjalizzaw prodotti u servizzi offruti mill-utenti kummerċjali;

(e)

jinkludu informazzjoni ġenerali dwar l-effetti tat-termini u l-kundizzjonijiet fuq is-sjieda u l-kontroll tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-utenti kummerċjali.

2.   Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinnotifikaw permezz ta mezz durabbli, lill-utenti kummerċjali kkonċernati kwalunkwe bidla proposta fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom.

Il-bidliet proposti ma għandhomx jiġu implimentati qabel l-iskadenza ta perijodu ta notifika li jkun raġonevoli u proporzjonat għan-natura u l-firxa tal-bidliet previsti u għall-konsegwenzi tagħhom fuq l-utent kummerċjali kkonċernat. Dak il-perijodu ta notifika għandu jkun ta mill-inqas 15-il jum li jibdew mid-data meta l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jinnotifika lill-utenti kummerċjali kkonċernati dwar il-bidliet proposti. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jagħtu perijodi ta’ notifika itwal meta dan ikun meħtieġ biex jippermettu lill-utenti kummerċjali jagħmlu adattamenti tekniċi jew kummerċjali biex jikkonformaw mal-bidliet.

L-utent kummerċjali kkonċernat għandu jkollu d-dritt li jittermina l-kuntratt mal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online qabel l-iskadenza tal-perijodu ta notifika. Din it-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fi żmien 15-il jum mill-wasla ta’ notifika skont l-ewwel subparagrafu, sakemm ma jkunx japplika għall-kuntratt perijodu iqsar.

L-utent kummerċjali kkonċernat jista jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub jew azzjoni affermattiva ċara biex jirrinunzja mill-perijodu ta notifika msemmi fit-tieni subparagrafu fi kwalunkwe mument mill-wasla tan-notifika skont l-ewwel subparagrafu.

Matul il-perijodu ta notifika, is-sottomissjoni ta prodotti jew servizzi ġodda għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandha tiġi kkunsidrata azzjoni affermattiva ċara biex jiġi rinunzjat il-perijodu ta notifika, ħlief fkażijiet fejn il-perijodu ta notifika raġonevoli u proporzjonat ikun itwal minn 15-il jum minħabba li l-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet jirrikjedu li l-utent kummerċjali jagħmel aġġustamenti tekniċi sinifikanti tal-prodotti jew tas-servizzi tiegħu. Fkażijiet bħal dawn, il-perijodu ta notifika ma għandux jitqies awtomatikament irrinunzjat fejn l-utent kummerċjali jissottometti prodotti u servizzi ġodda.

3.   It-termini u l-kundizzjonijiet, jew id-dispożizzjonijiet speċifiċi tagħhom, li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1, kif ukoll il-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet implimentati minn fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 għandhom ikunu nulli u bla effett.

4.   Il-perijodu ta notifika stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ma għandux japplika meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online:

(a)

soġġett għal obbligu legali jew regolatorju li jitolbu jibdel it-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu bmod li ma jippermettilux jirrispetta l-perijodu ta notifika msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2;

(b)

ikollu b’mod eċċezzjonali jbiddel it-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu biex jindirizza periklu mhux previst u periklu imminenti li jiddefendi s-servizzi tal-intermedjazzjoni online, il-konsumaturi jew utenti kummerċjali minn frodi, malware, spam, ksur tad-data jew riskji oħra taċ-ċibersigurtà.

5.   Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jiżguraw li l-identità tal-utent kummerċjali li jipprovdi l-prodotti jew is-servizzi fuq is-servizz tal-intermedjazzjoni online tkun viżibbli b mod ċar.

Artikolu 10

Restrizzjonijiet biex jiġu offruti kundizzjonijiet differenti bmezzi oħra

1.   Meta, fil-forniment tas-servizzi tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jillimitaw l-abbiltà tal-utenti kummerċjali li joffru l-istess prodotti u servizzi lill-konsumaturi bkundizzjonijiet differenti permezz ta mezzi oħra, għajr permezz ta dawk is-servizzi, dawn għandhom jinkludu r-raġunijiet għal dik ir-restrizzjoni fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom u jagħmlu dawk ir-raġunijiet disponibbli faċilment għall-pubbliku. Dawk ir-raġunijiet għandhom jinkludu il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali jew ġuridiċi ewlenin għal dawk ir-restrizzjonijiet.

2.   L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa l-projbizzjonijiet jew il-limitazzjonijiet minħabba l-impożizzjoni ta restrizzjonijiet bħal dawn li ġġib magħha l-applikazzjoni ta atti oħrajn tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi tal-Istati Membri li hi fkonformità mal-liġi tal-Unjoni u li għalihom huma soġġetti l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

Artikolu 12

Medjazzjoni

1.   Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jidentifikaw żewġ medjaturi jew iktar li huma lesti jimpenjaw ruħhom biex jippruvaw jilħqu ftehim mal-utenti kummerċjali dwar ir-riżoluzzjoni, barra mill-qorti, ta kwalunkwe tilwim bejn il-fornitur u l-utent kummerċjali li jinqala brabta mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati, inkluż ilmenti li ma setgħux jissolvew bis-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti msemmija fl-Artikolu 11.

Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jidentifikaw biss lill-medjaturi li jipprovdu s-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom minn post barra l-Unjoni fejn ikun żgurat li l-utenti kummerċjali kkonċernati ma jiġux imċaħħda effettivament mill-benefiċċju tas-salvagwardji legali stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi tal-Istati Membri minħabba l-fatt li l-medjaturi jkun qed jipprovdu dawn is-servizzi minn barra l-Unjoni.

2.   Il-medjaturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikunu imparzjali u indipendenti;

(b)

is-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom ikunu affordabbli għal utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati;

(c)

ikunu kapaċi jipprovdu s-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom bil-lingwa tat-termini u l-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utent kummerċjali kkonċernat;

(d)

ikunu aċċessibbli faċilment, kemm fiżikament fil-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tal-utent kummerċjali, jew mill-bogħod permezz ta teknoloġiji tal-komunikazzjoni;

(e)

ikunu kapaċi jipprovdu s-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom mingħajr dewmien żejjed;

(f)

ikunu jifhmu biżżejjed ir-relazzjonijiet kummerċjali ġenerali bejn in-negozji, li jippermettulhom jikkontribwixxu bmod effettiv biex jippruvaw isolvu t-tilwim.

3.   Minkejja n-natura volontarja tal-medjazzjoni, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali għandhom jimpenjaw ruħhom in bona fede fkwalunkwe tentattiv ta medjazzjoni mwettaq skont dan l-Artikolu.

4.   Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom iġarrbu proporzjon raġonevoli tal-ispejjeż totali tal-medjazzjoni fkull każ individwali. Proporzjon raġonevoli ta dawk l-ispejjeż totali għandu jiġi ddeterminat, abbażi ta suġġeriment mill-medjatur, billi jitqiesu l-elementi rilevanti kollha ta dan il-każ inkwistjoni, bmod partikolari l-merti relattivi tal-pretensjonijiet tal-partijiet tat-tilwima, il-kondotta tal-partijiet, u d-daqs u l-qawwa finanzjarja tal-partijiet bmod relattiv għal xulxin.

5.   Kwalunkwe tentattiv biex jintlaħaq ftehim permezz tal-medjazzjoni għar-riżoluzzjoni tat-tilwim skont dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa d-drittijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-utenti kummerċjali kkonċernati milli jiftħu proċedimenti ġudizzjarji fi kwalunkwe ħin qabel, waqt jew wara l-proċess tal-medjazzjoni.

6.   Jekk mitluba minn utent kummerċjali, qabel ma jidħlu jew waqt il-medjazzjoni, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni, tal-utent kummerċjali, informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tal-medjazzjoni relatata mal-attivitajiet tiegħu.

7.   L-obbligu stipulat fil-paragrafu 1 mgħandux japplika għall-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li huma intrapriżi żgħar skont it-tifsira tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.


whereas









keyboard_arrow_down