keyboard_tab REGIS - Reg. Intermediation Services 2019/1150 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf 2019/1150 MT cercato: 'l-istess' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl- dawk 4
- tas-servizzi 3
- tal-unjoni 2
- jinkludu 2
- tal-liġi 2
- online 2
- tal-intermedjazzjoni 2
- permezz 2
- tagħhom 2
- restrizzjonijiet 2
- kummerċjali 2
- oħra 2
- għandhom 2
- differenti 2
- dawn 2
- ir-raġunijiet 2
- għal 2
- jaffettwa 1
- artikolu 1
- għandux 1
- fil-paragrafu 1
- stabbilit 1
- l-obbligu 1
- ir-restrizzjonijiet 1
- ewlenin 1
- l-projbizzjonijiet 1
- ġġib 1
- il-limitazzjonijiet 1
- tal-istati 1
- soġġetti 1
- huma 1
- għalihom 1
- mal-liġi 1
- fkonformità 1
- membri 1
- oħrajn 1
- minħabba 1
- atti 1
- l-applikazzjoni 1
- magħha 1
- ekonomiċi 1
- bħal 1
- l-impożizzjoni 1
- ġuridiċi 1
- fit-termini 1
- il-kunsiderazzjonijiet 1
- l-istess 1
- biex 1
- jiġu 1
- offruti 1
Artikolu 10
Restrizzjonijiet biex jiġu offruti kundizzjonijiet differenti bmezzi oħra
1. Meta, fil-forniment tas-servizzi tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jillimitaw l-abbiltà tal-utenti kummerċjali li joffru l-istess prodotti u servizzi lill-konsumaturi bkundizzjonijiet differenti permezz ta mezzi oħra, għajr permezz ta dawk is-servizzi, dawn għandhom jinkludu r-raġunijiet għal dik ir-restrizzjoni fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom u jagħmlu dawk ir-raġunijiet disponibbli faċilment għall-pubbliku. Dawk ir-raġunijiet għandhom jinkludu il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali jew ġuridiċi ewlenin għal dawk ir-restrizzjonijiet.
2. L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa l-projbizzjonijiet jew il-limitazzjonijiet minħabba l-impożizzjoni ta restrizzjonijiet bħal dawn li ġġib magħha l-applikazzjoni ta atti oħrajn tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi tal-Istati Membri li hi fkonformità mal-liġi tal-Unjoni u li għalihom huma soġġetti l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
whereas
(4) Bl-istess mod, il-magni tat-tiftix online jistgħu jkunu sorsi importanti ta traffiku tal-Internet għan-negozji li joffru prodotti u servizzi lill-konsumaturi permezz tas-siti web u li għalhekk jistgħu jaffettwaw ferm is-suċċess kummerċjali ta dawn l-utenti ta siti web korporattivi li joffru l-prodotti jew is-servizzi tagħhom online fis-suq intern.
Fdan ir-rigward, l-ikklassifikar tas-siti web mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, inkluż ta dawk is-siti web li fihom l-utenti ta siti web korporattivi joffru l-prodotti u s-servizzi tagħhom lill-konsumaturi, iħalli impatt importanti fuq l-għażla tal-konsumaturi u fuq is-suċċess kummerċjali ta dawk l-utenti ta siti web korporattivi.
Għalhekk, anki fin-nuqqas ta relazzjoni kuntrattwali mal-utenti ta siti web korporattivi, il-fornituri tal-magni tat-tiftix online jistgħu, fil-fatt, iġibu ruħhom bmod unilaterali bmod li jista jkun inġust u li jista jagħmel ħsara lill-interessi leġittimi tal-utenti ta siti web korporattivi u, indirettament, anki tal-konsumaturi fl-Unjoni.
(8) Dawk ir-regoli jenħtieġ li jipprovdu wkoll inċentivi xierqa biex jiġu promossi l-korrettezza u t-trasparenza, speċjalment fejn jidħol l-ikklassifikar tal-utenti ta siti web korporattivi fir-riżultati ta’ tiftix iġġenerati mill-magni tat-tiftix online.
Fl-istess ħin, dawk ir-regoli jenħtieġ li jirrikonoxxu u jissalvagwardjaw il-potenzjal importanti tal-innovazzjoni fl-ekonomija usa tal-pjattaformi online u jippermettu li jkun hemm kompetizzjoni tajba li twassal għal għażla akbar għall-konsumaturi.
Huwa xieraq li jiġi ċċarat li dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwax il-liġi ċivili nazzjonali, bmod partikolari l-liġi kuntrattwali, bħar-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni, l-effetti jew it-terminazzjoni ta kuntratt, sa fejn ir-regoli tal-liġi ċivili nazzjonali jkunu konformi mal-liġi tal-Unjoni u sa fejn l-aspetti rilevanti ma jkunux koperti b’dan ir-Regolament.
L-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu liberi li japplikaw il-liġijiet nazzjonali li jipprojbixxu jew jissanzjonaw imġiba unilaterali jew prattiki kummerċjali inġusti sal-punt li l-aspetti rilevanti ma jkunux koperti minn dan ir-Regolament.
(10) Varjetà wiesgħa ta relazzjonijiet bejn in-negozji u l-konsumaturi huma intermedjati online minn fornituri li joperaw servizzi bdiversi naħat li essenzjalment huma bbażati fuq l-istess mudell tan-negozju tal-bini ta ekosistemi.
Biex ikopru s-servizzi rilevanti, is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jiġu definiti bmod preċiż u teknoloġikament newtrali.
Bmod partikolari, is-servizzi jenħtieġ li jkunu jikkonsistu fservizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, li huma kkaratterizzati mill-fatt li għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-bidu ta tranżazzjonijiet diretti bejn l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi, irrispettivament minn jekk it-tranżazzjonijiet ikunux finalment konklużi online, fuq il-portal online tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online inkwistjoni jew fuq dak tal-utent kummerċjali, offline jew fuq l-ebda wieħed minnhom, li jfisser li jenħtieġ li ma hemm l-ebda rekwiżit għal kwalunkwe relazzjoni kuntrattwali bejn l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi bħala prekundizzjoni għal servizzi tal-intermedjazzjoni online fi ħdan il-kamp ta applikazzjoni ta dan ir-Regolament.
Is-sempliċi inklużjoni ta servizz ta natura marġinali biss jenħtieġ li ma titqiesx li tagħmel l-għan ta sit web jew servizz li jiffaċilita t-tranżazzjonijiet fis-sens tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
Barra minn hekk, is-servizzi jenħtieġ li jingħataw abbażi ta relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-fornituri u l-utenti kummerċjali li joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi.
Din ir-relazzjoni kuntrattwali jenħtieġ li titqies li teżisti meta ż-żewġ partijiet konċernati jesprimu l-intenzjoni tagħhom li jintrabtu bmod inekwivokabbli fuq mezz durabbli, mingħajr ma jkun bilfors meħtieġ xi ftehim espress bil-miktub.
(11) Għalhekk eżempji ta servizzi tal-intermedjazzjoni online li jkopri dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludu swieq tal-kummerċ elettroniku online, fosthom dawk kollaborattivi li fihom l-utenti kummerċjali jkunu attivi, servizzi tal-applikazzjonijiet online bħall-ħwienet tal-applikazzjonijiet, u s-servizzi online tal-midja soċjali, irrispettivament mit-teknoloġija li tintuża biex jingħataw tali servizzi.
Fdan is-sens, is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jingħataw ukoll permezz tat-teknoloġija ta assistenza vokali.
Jenħtieġ ukoll li ma jkunx rilevanti jekk dawk it-tranżazzjonijiet bejn l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi jinvolvux kwalunkwe ħlas monetarju jew jekk huma jiġux konklużi parzjalment offline.
Madankollu, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkunx japplika għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online bejn il-pari mingħajr il-preżenza ta utenti kummerċjali, servizzi tal-intermedjazzjoni online purament minn negozju għal negozju li mhumiex offruti lill-konsumaturi, għodod tar-reklamar online u skambji tar-reklamar online li mhumiex provduti bil-għan li jiffaċilitaw il-bidu ta tranżazzjonijiet diretti u li ma jinvolvux relazzjoni kuntrattwali mal-konsumaturi.
Għall-istess raġuni, is-servizzi tas-software għall-ottimizzazzjoni tal-magni tat-tiftix kif ukoll servizzi li jduru madwar software li jimblokka r-reklamar jenħtieġ li ma jkunux koperti minn dan ir-Regolament.
Il-funzjonalitajiet u l-interfaċċji teknoloġiċi li jorbtu biss il-hardware u l-applikazzjonijiet jenħtieġ li ma jkunux koperti minn dan ir-Regolament, peress li normalment ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
Madankollu, tali funzjonalitajiet jew interfaċċi jistgħu jkunu direttament konnessi jew anċillari għal ċerti servizzi tal-intermedjazzjoni online u fejn dan ikun il-każ, il-fornituri rilevanti tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta trasparenza relatati mat-trattament differenzjat abbażi ta dawn il-funzjonalitajiet u l-interfaċċi.
Jenħtieġ li dan ir-Regolament lanqas ma jkun japplika għas-servizzi tal-pagament online għax dawn minnhom infushom ma jissodisfawx ir-rekwiżiti applikabbli, iżda huma awżiljarji bmod inerenti għat-tranżazzjoni għall-forniment ta prodotti u servizzi lill-konsumaturi kkonċernati.
(23) It-terminazzjoni tas-servizzi kollha tal-intermedjazzjoni online u t-tħassir ta data relatat ipprovdut għall-użu jew iġġenerat permezz tal-forniment ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jirrappreżentaw telf ta informazzjoni essenzjali li jista jkollu impatt sinifikanti fuq l-utenti kummerċjali u jista jfixkel ukoll il-kapaċità tagħhom li jeżerċitaw kif jixraq id-drittijiet l-oħra mogħtija lilhom minn dan ir-Regolament.
Għalhekk, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernat dikjarazzjoni tar-raġunijiet fuq mezz durabbli, mill-inqas 30 jum qabel ma tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni tal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tiegħu.
Madankollu, fkażijiet fejn obbligu legali jew regolatorju jirrikjedi li fornitur ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jtemm il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tiegħu lil utent kummerċjali partikolari, dan il-perijodu ta notifika jenħtieġ li ma japplikax.
Bl-istess mod, il-perijodu ta notifika ta 30 jum jenħtieġ li ma japplikax fejn fornitur ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jinvoka d-drittijiet ta terminazzjoni skont il-liġi nazzjonali bkonformità mal-liġi tal-Unjoni li jippermettu t-terminazzjoni immedjata fejn, meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ speċifiku u filwaqt li jiġu kkunsidrati l-interessi taż-żewġ partijiet, ma jistax jiġi raġonevolment mistenni li jkompli r-relazzjoni kuntrattwali sat-tmiem miftiehem jew sal-iskadenza ta perijodu ta notifika.
Fl-aħħar nett, il-perijodu ta notifika ta 30 jum jenħtieġ li ma japplikax fejn fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista juri ksur ripetut tat-termini u l-kundizzjonijiet.
Id-diversi eċċezzjonijiet għall-perijodu ta notifika ta 30 jum jistgħu bmod partikolari jinħolqu brabta mal-kontenut illeċitu jew mhux xieraq, is-sikurezza ta prodott jew servizz, il-falsifikazzjoni, il-frodi, il-malware, l-ispam, il-ksur tad-data, riskji oħra ta ċibersigurtà jew l-adegwatezza tal-prodott jew is-servizz għall-minorenni.
Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li, fejn ikun raġonevoli u teknikament fattibbli, ineħħu biss prodotti jew servizzi individwali ta utent kummerċjali.
It-terminazzjoni tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tikkostitwixxi l-aktar miżura severa.
(26) Bl-istess mod, l-ikklassifikar tas-siti web mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, notevolment ta dawk is-siti web li permezz tagħhom l-impriżi joffru prodotti u servizzi lill-konsumaturi, iħalli impatt importanti fuq l-għażla tal-konsumaturi u fuq is-suċċess kummerċjali tal-utenti ta siti web korporattivi.
Għalhekk jenħtieġ li l-fornituri tal-magni tat-tiftix online jipprovdu deskrizzjoni tal-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar tas-siti web, kollha indiċjati, u l-importanza relattiva ta dawk il-parametri prinċipali fil-konfront ta parametri oħrajn, inkluż dawk tal-utenti ta siti web korporattivi kif ukoll ta siti web oħrajn.
Minbarra l-karatteristiċi tal-prodotti u tas-servizzi u r-rilevanza tagħhom għall-konsumaturi, fil-każ tal-magni tat-tiftix online, din id-deskrizzjoni jenħtieġ li tippermetti li l-utenti ta siti web korporattivi jiksbu fehim adegwat jekk humiex qed jitqiesu ċerti karatteristiċi tad-disinn tas-sit web użat, bħalma huma l-ottimizzazzjoni tagħhom biex jidhru fuq it-tagħmir tat-telekomunikazzjoni mobbli, u jekk iva kif u sa liema punt.
Jenħtieġ li tinkludi wkoll spjegazzjoni ta kwalunkwe possibbiltà li l-utenti ta’ siti web korporattivi jinfluwenzaw bmod attiv l-ikklassifikar permezz ta rimunerazzjoni, kif ukoll spjegazzjoni tal-effetti relattivi ta dan.
Fin-nuqqas ta relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornituri tal-magni tat-tiftix online u l-utenti ta siti web korporattivi, dik id-deskrizzjoni jenħtieġ li tkun aċċessibbli għall-pubbliku bmod viżibbli u faċilment aċċessibbli fuq il-magna tat-tiftix online rilevanti.
Jenħtieġ li ma jinftiehemx li ż-żoni tas-siti web li jirrikjedu lill-utenti biex jilloggjaw jew jirreġistraw huma faċilment u pubblikament disponibbli fdan is-sens.
(29) Jenħtieġ li t-terminu ta’ prodotti u servizzi anċillari jinftiehem bħala prodotti u servizzi offruti lill-konsumaturi immedjatament qabel it-twettiq tat-tranżazzjoni li bdiet fuq is-servizzi tal-intermedjazzjoni online sabiex jikkomplementaw il-prodott jew is-servizz primarju offrut mill-utent kummerċjali.
Prodotti u servizzi anċillari jirreferu għall-prodotti li tipikament jiddependu fuq, u huma direttament relatati mal-prodott jew servizz primarju sabiex ikunu jistgħu jiffunzjonaw.
Għalhekk, it-terminu jenħtieġ li jeskludi prodotti u servizzi li huma biss qed jinbiegħu addizzjonalment għall-prodott jew servizz inkwistjoni iżda mingħajr ma jkunu komplementari fin-natura tagħhom.
Eżempji ta’ servizzi anċillari jinkludu servizzi ta’ tiswija għal prodott speċifiku jew għal prodotti finanzjarji bħal assigurazzjoni għall-kiri tal-karozza offruti sabiex jikkomplimentaw il-prodotti jew is-servizzi speċifiċi offruti mill-utent kummerċjali.
Bl-istess mod, prodotti anċillari jistgħu jinkludu prodotti li jikkomplimentaw il-prodott speċifiku li qed jiġi offrut mill-utent kummerċjali billi jikkostitwixxu “upgrade” jew għodda ta’ personalizzazzjoni marbuta ma’ dak il-prodott speċifiku.
Fornituri ta’ servizzi tal-intermedjazzjoni online li joffru prodotti u servizzi lill-konsumaturi li huma anċillari għal prodott jew servizz li qiegħed jinbiegħ minn utent kummerċjali, permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tagħhom, jenħtieġ li jistabbilixxu fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom deskrizzjoni tat-tip ta’ prodotti u servizzi anċillari li qed jiġu offruti.
Tali deskrizzjoni jenħtieġ li tkun disponibbli fit-termini u l-kundizzjonijiet sew jekk il-prodott jew servizz anċillari qiegħed jiġi pprovdut mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online nnifsu sew jekk minn parti terza.
Tali deskrizzjoni jenħtieġ li tinftiehem biżżejjed sabiex utent kummerċjali jkun jista’ jifhem jekk kwalunkwe prodott jew servizz huwiex qiegħed jinbiegħ bħala anċillari għal prodott jew servizz tal-utent kummerċjali.
Dik id-deskrizzjoni jenħtieġ li mhux neċessarjament tinkludi l-prodott jew is-servizz speċifiku, iżda pjuttost it-tip tal-prodott li qed jiġi offrut bħala komplimentari għall-prodott primarju tal-utent kummerċjali.
Barra minn hekk, din id-deskrizzjoni jenħtieġ li tinkludi fiċ-ċirkustanzi kollha jekk u taħt liema kundizzjonijiet utent kummerċjali jista’ joffri l-prodott jew s-servizz anċillari tiegħu stess flimkien mal-prodott jew servizz primarju li huwa qiegħed joffri permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
(34) Fl-istess linja, huwa importanti għall-utenti kummerċjali li jifhmu jekk il-fornitur jikkondividix ma partijiet terzi xi data ġġenerata permezz tal-użu tas-servizz tal-intermedjazzjoni mill-utent kummerċjali.
Jenħtieġ li, bmod partikolari, l-utenti kummerċjali jiġu mgħarrfa dwar kwalunkwe kondiviżjoni ta data ma partijiet terzi li sseħħ għal finijiet li mhumiex meħtieġa għall-funzjonament adatt tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online; pereżempju fejn il-fornitur irendi d-data fi flus taħt kunsiderazzjonijiet kummerċjali.
Sabiex l-utenti kummerċjali jkunu jistgħu jeżerċitaw bis-sħiħ id-drittijiet disponibbli biex jinfluwenzaw tali kondiviżjoni tad-data, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jkunu espliċiti wkoll dwar kwalunkwe possibbiltà li ma jipparteċipawx fil-kondiviżjoni tad-data meta dawn ikunu jeżistu taħt ir-relazzjoni kuntrattwali tagħhom mal-utent kummerċjali.
(45) L-identità ta’ organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u korpi pubbliċi li, fil-fehma tal-Istati Membri, jenħtieġ li jkunu kwalifikati li jieħdu azzjoni taħt dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.
Jenħtieġ li, matul komunikazzjoni bħal din, l-Istati Membri jirreferu speċifikament għad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti li permezz tagħhom l-organizzazzjoni, l-assoċjazzjoni jew il-korp pubbliku jkun ġie stabbilit u, fejn xieraq, jirreferu għar-reġistru pubbliku rilevanti fejn tkun reġistrata l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni.
Din l-opzjoni addizzjonali ta ħatra mill-Istati Membri jenħtieġ li tipprovdi ċertu livell ta ċertezza legali u prevedibbiltà li l-utenti kummerċjali u l-utenti ta siti web korporattivi jistgħu jiddependu fuqhom.
Fl-istess ħin, għandha l-għan li tirrendi l-proċeduri ġudizzjarji aktar effiċjenti u iqsar, li jidher xieraq fdan il-kuntest.
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura l-pubblikazzjoni ta lista ta dawk l-organizzazzjonijiet, l-assoċjazzjonijiet u l-korpi pubbliċi fIl-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Inklużjoni f’dik il-lista jenħtieġ li sservi bħala prova li tkun tista’ tiġi kkonfutata tal-kapaċità legali tal-organizzazzjoni, tal-assoċjazzjoni jew tal-korp pubbliku li jkunu qed jieħdu l-azzjoni.
Fejn ikun hemm kwalunkwe tħassib dwar ħatra, jenħtieġ li l-Istat Membru li jkun ħatar organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew korp pubbliku jinvestiga dak it-tħassib.
Organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u korpi pubbliċi li mhumiex maħtura minn Stat Membru jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jressqu azzjoni quddiem il-qrati nazzjonali soġġett għal eżami tal-kapaċità legali skont il-kriterji stabbiliti fdan ir-Regolament.
(47) Jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja kontinwament l-applikazzjoni ta dan ir-Regolament fkooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri.
Fdan il-kuntest, il-Kummissjoni jenħtieġ li timmira li tistabbilixxi netwerk ta skambju tal-informazzjoni wiesa billi tħeġġeġ korpi ta esperti, ċentri tal-eċċellenza kif ukoll l-Osservatorju dwar l-Ekonomija tal-Pjattaformi Online.
Fl-istess ħin, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu, fuq talba, kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jkollhom fdan il-kuntest lill-Kummissjoni.
Fl-aħħar nett, dan l-eżerċizzju jenħtieġ li jibbenefika mit-trasparenza mtejba ġenerali fir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-utenti kummerċjali u l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u bejn l-utenti ta’ siti web korporattivi u l-magni tat-tiftix online li dan ir-Regolament għandu l-għan li jikseb.
Sabiex twettaq id-dmirijiet tagħha ta’ monitoraġġ u rieżami bmod effettiv skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel ħilitha biex tiġbor informazzjoni mingħand il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jikkooperaw in bona fide biex jiffaċilitaw il-ġbir ta tali data, fejn applikabbli.