keyboard_tab REGIS - Reg. Intermediation Services 2019/1150 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf 2019/1150 MT cercato: 'l-iskadenza' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl- kummerċjali 21
- tal-intermedjazzjoni 18
- online 17
- tas-servizzi 16
- notifika 12
- l-kundizzjonijiet 11
- tagħhom 8
- biex 6
- l-utent 6
- subparagrafu 5
- il-perijodu 5
- fit-termini 5
- għandhom 5
- meta 5
- lill-utenti 5
- dwar 4
- jinkludu 4
- kwalunkwe 4
- tal-paragrafu 4
- ikunu 4
- kuntrattwali 4
- tiegħu 4
- prodotti 3
- il-fornituri 3
- kkonċernat 3
- l-iskadenza 3
- informazzjoni 3
- servizzi 3
- il-bidliet 3
- minn 3
- il-fornituri 3
- jiżguraw 3
- fit-tieni 3
- mal-fornitur 3
- azzjoni 2
- speċifiċi 2
- ħlief 2
- għandu 2
- fkażijiet 2
- fejn 2
- proporzjonat 2
- l-bidliet 2
- ġodda 2
- għandux 2
- jkun 2
- perijodu 2
- qabel 2
- implimentati 2
- proposti 2
- jiġi 2
Artikolu 3
Termini u kundizzjonijiet
1. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom:
(a) | jitfasslu blingwaġġ sempliċi u intelliġibbli; |
(b) | ikunu disponibbli faċilment lill-utenti kummerċjali fl-istadji kollha tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom mal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, inkluż l-istadju prekuntrattwali; |
(c) | jistabbilixxu r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet li jissospendu jew jitterminaw jew jimponu kwalunkwe tip ieħor ta restrizzjoni fuq, għalkollox jew parzjalment, il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tagħhom lill-utenti kummerċjali. |
(d) | jinkludu informazzjoni dwar kwalunkwe mezz ta distribuzzjoni addizzjonali u programmi affiljati potenzjali li permezz tagħhom fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jikkummerċjalizzaw prodotti u servizzi offruti mill-utenti kummerċjali; |
(e) | jinkludu informazzjoni ġenerali dwar l-effetti tat-termini u l-kundizzjonijiet fuq is-sjieda u l-kontroll tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-utenti kummerċjali. |
2. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinnotifikaw permezz ta mezz durabbli, lill-utenti kummerċjali kkonċernati kwalunkwe bidla proposta fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom.
Il-bidliet proposti ma għandhomx jiġu implimentati qabel l-iskadenza ta perijodu ta notifika li jkun raġonevoli u proporzjonat għan-natura u l-firxa tal-bidliet previsti u għall-konsegwenzi tagħhom fuq l-utent kummerċjali kkonċernat. Dak il-perijodu ta notifika għandu jkun ta mill-inqas 15-il jum li jibdew mid-data meta l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jinnotifika lill-utenti kummerċjali kkonċernati dwar il-bidliet proposti. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jagħtu perijodi ta’ notifika itwal meta dan ikun meħtieġ biex jippermettu lill-utenti kummerċjali jagħmlu adattamenti tekniċi jew kummerċjali biex jikkonformaw mal-bidliet.
L-utent kummerċjali kkonċernat għandu jkollu d-dritt li jittermina l-kuntratt mal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online qabel l-iskadenza tal-perijodu ta notifika. Din it-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fi żmien 15-il jum mill-wasla ta’ notifika skont l-ewwel subparagrafu, sakemm ma jkunx japplika għall-kuntratt perijodu iqsar.
L-utent kummerċjali kkonċernat jista jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub jew azzjoni affermattiva ċara biex jirrinunzja mill-perijodu ta notifika msemmi fit-tieni subparagrafu fi kwalunkwe mument mill-wasla tan-notifika skont l-ewwel subparagrafu.
Matul il-perijodu ta notifika, is-sottomissjoni ta prodotti jew servizzi ġodda għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandha tiġi kkunsidrata azzjoni affermattiva ċara biex jiġi rinunzjat il-perijodu ta notifika, ħlief fkażijiet fejn il-perijodu ta notifika raġonevoli u proporzjonat ikun itwal minn 15-il jum minħabba li l-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet jirrikjedu li l-utent kummerċjali jagħmel aġġustamenti tekniċi sinifikanti tal-prodotti jew tas-servizzi tiegħu. Fkażijiet bħal dawn, il-perijodu ta notifika ma għandux jitqies awtomatikament irrinunzjat fejn l-utent kummerċjali jissottometti prodotti u servizzi ġodda.
3. It-termini u l-kundizzjonijiet, jew id-dispożizzjonijiet speċifiċi tagħhom, li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1, kif ukoll il-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet implimentati minn fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 għandhom ikunu nulli u bla effett.
4. Il-perijodu ta notifika stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ma għandux japplika meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online:
(a) | soġġett għal obbligu legali jew regolatorju li jitolbu jibdel it-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu bmod li ma jippermettilux jirrispetta l-perijodu ta notifika msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2; |
(b) | ikollu b’mod eċċezzjonali jbiddel it-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu biex jindirizza periklu mhux previst u periklu imminenti li jiddefendi s-servizzi tal-intermedjazzjoni online, il-konsumaturi jew utenti kummerċjali minn frodi, malware, spam, ksur tad-data jew riskji oħra taċ-ċibersigurtà. |
5. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jiżguraw li l-identità tal-utent kummerċjali li jipprovdi l-prodotti jew is-servizzi fuq is-servizz tal-intermedjazzjoni online tkun viżibbli b mod ċar.
Artikolu 8
Termini kuntrattwali speċifiċi
Sabiex jiġi żgurat li r-relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali jsiru in bona fide u abbażi ta trattament ġust, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom:
(a) | ma jimponux bidliet retroattivi fit-termini u l-kundizzjonijiet, ħlief meta dawn ikunu meħtieġa biex jirrispettaw obbligu legali jew regolatorju jew meta l-bidliet retroattivi ikunu ta benefiċċju għall-utenti kummerċjali; |
(b) | jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom jinkludu informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li taħthom l-utenti kummerċjali jistgħu jtemmu r-relazzjoni kuntrattwali mal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online; u |
(c) | fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom jinkludu deskrizzjoni tal-aċċess tekniku u kuntrattwali, jew in-nuqqas tiegħu, tal-informazzjoni pprovduta jew iġġenerata mill-utent kummerċjali, li huma jżommu wara l-iskadenza tal-kuntratt bejn il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utent kummerċjali. |
whereas