(1) Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online huma faċilitaturi ewlenin tal-intraprenditorija u ta mudelli kummerċjali ġodda, tal-kummerċ u tal-innovazzjoni, li jistgħu wkoll itejbu l-benesseri tal-konsumaturi u li kulma jmur qed jintużaw dejjem aktar mis-settur privat u mis-settur pubbliku.
Dawn joffru aċċess għal swieq ġodda u opportunitajiet kummerċjali li jippermettu lill-impriżi jaħsdu l-benefiċċji tas-suq intern.
Dawn jippermettu lill-konsumaturi fl-Unjoni jisfruttaw dawk il-benefiċċji, l-aktar għax tiżdied l-għażla tagħhom tal-prodotti u tas-servizzi, kif ukoll għax jiġu offruti prezzijiet kompetittivi online, iżda huma jżidu wkoll l-isfidi li jeħtieġ jiġu indirizzati sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali.
- = -
(28) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida biex tassisti lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u lill-fornituri tal-magni tat-tiftix online fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti tat-trasparenza tal-ikklassifikar stabbiliti minn dan ir-Regolament.
Jenħtieġ li dan l-isforz jgħin biex jiġi ottimizzat il-mod li bih il-parametri ewlenin li jiddeterminaw l-ikklassifikar jiġu identifikati u ppreżentati lill-utenti kummerċjali u lill-utenti ta siti web korporattivi.
- = -
(36) Fċerti każijiet, fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jirrestrinġu l-abbiltà tal-utenti kummerċjali li joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi bkundizzjonijiet aktar favorevoli permezz ta mezzi oħra apparti permezz ta’ dawk is-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
Fdawk il-każijiet, il-fornituri kkonċernati jenħtieġ li jistabbilixxu r-raġunijiet għal dan, bmod partikolari breferenza għall-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali jew ġuridiċi ewlenin għar-restrizzjonijiet.
Iżda jenħtieġ li dan l-obbligu tat-trasparenza ma jkunx jinftiehem li jaffettwa l-valutazzjoni tal-legalità ta dawn ir-restrizzjonijiet skont atti oħrajn tal-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istati Membri li hija skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż fl-oqsma tal-kompetizzjoni u prattiki kummerċjali inġusti, u l-applikazzjoni ta dawn il-liġijiet.
- = -
(37) Biex l-utenti kummerċjali, inkluż dawk li ġarrbu restrizzjoni, sospensjoni jew terminazzjoni tal-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti, ikollhom aċċess għal possibbiltajiet ta rimedju immedjat, xieraq u effettiv, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jipprovdu għal sistema interna tat-trattament tal-ilmenti.
Dik is-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali applikati għal sitwazzjonijiet ekwivalenti, bil-għan li tiżgura li proporzjon sinifikanti tal-ilmenti jkunu jistgħu jissolvew bmod bilaterali mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali rilevanti fperijodu ta żmien raġonevoli.
Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jżommu fis-seħħ matul il-perijodu tal-ilment id-deċiżjoni li jkunu ħadu.
Kwalunkwe tentattiv biex jintlaħaq ftehim permezz tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti ma jippreġudikax id-drittijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew tal-utenti kummerċjali kkonċernati li jibdew proċedimenti ġudizzjarji fi kwalunkwe ħin matul jew wara l-proċess intern tat-trattament tal-ilment.
Barra minn hekk, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jippubblikaw u, tal-inqas darba fis-sena, jivverifikaw informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom biex jgħinu lill-utenti kummerċjali biex jifhmu t-tipi ewlenin ta kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu fil-kuntest tal-forniment ta servizzi tal-intermedjazzjoni online differenti u l-possibbiltà li tinstab riżoluzzjoni bilaterali malajr u effettiva.
- = -