(5) Barra minn hekk, in-natura tar-relazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tista twassal ukoll għal sitwazzjonijiet li fihom l-utenti kummerċjali ta spiss ikollhom possibbiltajiet limitati biex ifittxu rimedju meta l-azzjonijiet unilaterali tal-fornituri ta dawk is-servizzi jwasslu għal tilwima.
Fħafna każijiet, dawk il-fornituri ma joffrux sistemi interni tat-trattament tal-ilmenti li jkunu aċċessibbli u effettivi.
Il-mekkaniżmi alternattivi eżistenti tar-riżoluzzjoni tat-tilwim barra l-qorti jistgħu jkunu ineffettivi wkoll għal bosta raġunijiet varji, fosthom in-nuqqas ta medjaturi speċjalizzati u l-biża ta ritaljazzjoni li jkollhom l-utenti kummerċjali.
- = -
(6) Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-magni tat-tiftix online, kif ukoll it-tranżazzjonijiet iffaċilitati minn dawk is-servizzi, għandhom potenzjal intrinsiku transfruntier u għandhom importanza partikolari għall-funzjonament xieraq tas-suq intern tal-Unjoni fl-ekonomija ta żmienna.
Il-prattiki kummerċjali potenzjalment inġusti u dannużi ta ċerti fornituri ta dawk is-servizzi, u n-nuqqas ta mekkaniżmi ta rimedju effettivi, ixekklu l-ħatfa sħiħa ta dak il-potenzjal u jaffettwaw bmod negattiv il-funzjonament xieraq tas-suq intern.
- = -
(40) Permezz tal-medjazzjoni, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tagħhom jistgħu jiksbu mezz għar-riżoluzzjoni tat-tilwim bmod sodisfaċenti, mingħajr il-bżonn li jintużaw proċedimenti ġudizzjarji li jistgħu jkunu twal u għaljin.
Għalhekk, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jiffaċilitaw il-medjazzjoni, bmod partikolari, billi jidentifikaw minn tal-inqas żewġ medjaturi pubbliċi jew privati li magħhom ikunu lesti jimpenjaw ruħhom.
L-għan li tiġi rikjesta l-identifikazzjoni ta’ għadd minimu ta medjaturi huwa sabiex tiġi ssalvagwardjata n-newtralità tal-medjaturi.
Il-medjaturi li jipprovdu s-servizzi tagħhom minn post barra mill-Unjoni jenħtieġ li jiġu identifikati biss meta jkun żgurat li l-użu ta dawn is-servizzi bl-ebda mod ma jċaħħdu lill-utenti kummerċjali kkonċernati minn xi protezzjoni legali offruta lilhom skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istati Membri, inkluż ir-rekwiżiti ta dan ir-Regolament u l-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali u s-sigrieti kummerċjali.
Biex ikunu aċċessibbli, ġusti, u kemm jista jkun rapidi, effiċjenti u effettivi, dawn il-medjaturi jenħtieġ jissodisfaw ċerti kriterji stabbiliti.
Madankollu, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tagħhom jenħtieġ li jibqgħu liberi biex jidentifikaw bmod konġunt kwalunkwe medjatur tal-għażla tagħhom wara li tkun inqalgħet tilwima bejniethom.
F’konformità mad-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), il-medjazzjoni prevista fdan ir-Regolament jenħtieġ li tkun proċess volontarju fis-sens li l-partijiet stess ikunu inkarigati mill-proċess u jkunu jistgħu jibdew u jitterminaw fi kwalunkwe ħin.
Minkejja n-natura volontarja tagħha, il-fornituri ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jeżaminaw in bona fide t-talbiet għal involviment fil-medjazzjoni prevista fdan ir-Regolament.
- = -