(24) L-ikklassifikar tal-prodotti u s-servizzi mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online iħalli impatt importanti fuq l-għażla tal-konsumaturi u, għaldaqstant, fuq is-suċċess kummerċjali tal-utenti kummerċjali li joffru dawk il-prodotti u s-servizzi lill-konsumaturi.
L-ikklassifikar jirreferi għall-prominenza relattiva tal-offerti tal-utenti kummerċjali jew ir-rilevanza li tingħata lir-riżultati ġġenerati mit-tiftix kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-fornituri ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, li jirriżultaw mill-użu ta sekwenzar algoritmiku, mekkaniżmi tal-ikklassifikar jew tar-riċensjoni, prominenza viżwali jew għodod oħra li jagħtu prominenza, jew kombinamenti ta dawn.
Il-prevedibbiltà tinvolvi li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiddeterminaw l-ikklassifikar bmod mhux arbitrarju.
Għalhekk, il-fornituri jenħtieġ li jiddeskrivu l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar minn qabel, biex titjieb il-prevedibbiltà għall-utenti kummerċjali, biex ikunu jistgħu jifhmu aħjar il-funzjonament tal-mekkaniżmu tal-ikklassifikar u biex dawn ikunu jistgħu jqabblu l-prattiki tal-ikklassifikar ta fornituri differenti.
Id-disinn speċifiku ta dan l-obbligu ta trasparenza huwa importanti għall-utenti kummerċjali peress li jimplika l-identifikazzjoni ta sett limitat ta parametri li huma l-aktar rilevanti għal għadd possibbilment ferm akbar ta parametri li jkollhom xi impatt fuq l-ikklassifikar.
Din id-deskrizzjoni motivata jenħtieġ li tgħin lill-utenti kummerċjali biex itejbu l-preżentazzjoni tal-prodotti u s-servizzi tagħhom, jew xi karatteristiċi inerenti ta dawk il-prodotti jew is-servizzi.
Il-kunċett ta parametri prinċipali jenħtieġ li jinftiehem li qed jirreferi għal kwalunkwe kriterji ġenerali, proċessi, sinjali speċifiċi inkorporati fl-algoritmi jew mekkaniżmi oħra ta aġġustament jew tnaqqis fil-klassifika użati fil-kuntest tal-ikklassifikar.
- = -
(37) Biex l-utenti kummerċjali, inkluż dawk li ġarrbu restrizzjoni, sospensjoni jew terminazzjoni tal-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti, ikollhom aċċess għal possibbiltajiet ta rimedju immedjat, xieraq u effettiv, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jipprovdu għal sistema interna tat-trattament tal-ilmenti.
Dik is-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali applikati għal sitwazzjonijiet ekwivalenti, bil-għan li tiżgura li proporzjon sinifikanti tal-ilmenti jkunu jistgħu jissolvew bmod bilaterali mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali rilevanti fperijodu ta żmien raġonevoli.
Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jżommu fis-seħħ matul il-perijodu tal-ilment id-deċiżjoni li jkunu ħadu.
Kwalunkwe tentattiv biex jintlaħaq ftehim permezz tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti ma jippreġudikax id-drittijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew tal-utenti kummerċjali kkonċernati li jibdew proċedimenti ġudizzjarji fi kwalunkwe ħin matul jew wara l-proċess intern tat-trattament tal-ilment.
Barra minn hekk, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jippubblikaw u, tal-inqas darba fis-sena, jivverifikaw informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom biex jgħinu lill-utenti kummerċjali biex jifhmu t-tipi ewlenin ta kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu fil-kuntest tal-forniment ta servizzi tal-intermedjazzjoni online differenti u l-possibbiltà li tinstab riżoluzzjoni bilaterali malajr u effettiva.
- = -
(46) L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu meħtieġa jiżguraw infurzar adegwat u effikaċji ta dan ir-Regolament.
Diġà jeżistu sistemi differenti ta infurzar fl-Istati Membri, u jenħtieġ li dawn ma jkunux obbligati jistabbilixxu korpi nazzjonali ġodda tal-infurzar.
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-opzjoni li jinkarigaw l-awtoritajiet eżistenti, inkluż il-qrati, bl-infurzar ta dan ir-Regolament.
Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jobbligax lill-Istati Membri jipprevedu infurzar ex officio jew li jimponu multi.
- = -