search


keyboard_tab REGIS - Reg. Intermediation Services 2019/1150 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/1150 MT cercato: 'dewmien' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl
 

Artikolu 4

Restrizzjoni, sospensjoni u terminazzjoni

1.   Meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiddeċiedi li jirrestrinġi jew jissospendi il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu lil utent kummerċjali partikolari fdak li jikkonċerna prodotti jew servizzi individwali offruti minn dak l-utent kummerċjali, dan għandu jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernati, qabel jew fil-mument meta r-restrizzjoni jew is-sospensjoni tidħol fis-seħħ, bdikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fuq mezz durabbli.

2.   Meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiddeċiedi li jittermina l-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tiegħu lil utent kummerċjali partikolari, dan għandu jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernat, mill-inqas 30 jum qabel ma tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni, dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fuq mezz durabbli.

3.   Fil-każ ta restrizzjoni, sospensjoni jew terminazzjoni, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jagħti lill-utent kummerċjali l-opportunità li jiċċara l-fatti u ċ-ċirkostanzi fil-qafas tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti msemmi fl-Artikolu 11. Fejn ir-restrizzjoni, is-sospensjoni jew it-terminazzjoni jiġu revokati mill-fornitur tas-servizzi intermedjarji online, dan għandu jintegra mill-ġdid lill-utent kummerċjali mingħajr dewmien żejjed, inkluż jipprovdi lill-utent kummerċjali bi kwalunkwe aċċess għal data personali jew data oħra, jew it-tnejn li huma, li jkun irriżulta mill-użu tiegħu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti qabel ma jkunu daħlu fis-seħħ ir-restrizzjoni, is-sospensjoni jew it-terminazzjoni.

4.   Il-perijodu ta notifika fil-paragrafu 2 ma għandux japplika meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online:

(a)

ikun soġġett għal obbligu legali jew regolatorju li jobbligah jittermina l-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tiegħu lil utent kummerċjali partikolari bmod li ma jippermettilux jirrispetta dak il-perijodu ta notifika; jew

(b)

jeżerċita dritt ta terminazzjoni għal raġuni imperattiva skont liġi nazzjonali li hija konformi mal-liġijiet tal-Unjoni;

(c)

jista juri li l-utent kummerċjali kkonċernat ikun ripetutament kiser it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli, li jirriżultaw fit-tmiem tal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha inkwistjoni.

Fkażijiet fejn il-perijodu ta notifika fil-paragrafu 2 ma japplikax, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernat, mingħajr dewmien żejjed, bdikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fuq mezz durabbli.

5.   Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafi 1, u 2 u fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 għandha tagħmel referenza għall-fatti jew iċ-ċirkustanzi speċifiċi, inkluż kontenut ta notifiki ta partijiet terzi, li wasslu għad-deċiżjoni tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u referenza għar-raġunijiet applikabbli għal dik id-deċiżjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 3(1).

Il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online mgħandux għalfejn jipprovdi dikjarazzjoni tar-raġunijiet fejn hu soġġett għal obbligu legali jew regolatorju li ma jipprovdix il-fatti jew iċ-ċirkostanzi speċifiċi jew ir-referenza għar-raġuni jew raġunijiet applikabbli, jew meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista juri li l-utent kummerċjali kkonċernat ikun ripetutament kiser it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli, li jirriżulta fit-terminazzjoni tal-forniment tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni online kollha inkwistjoni.

Artikolu 12

Medjazzjoni

1.   Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jidentifikaw żewġ medjaturi jew iktar li huma lesti jimpenjaw ruħhom biex jippruvaw jilħqu ftehim mal-utenti kummerċjali dwar ir-riżoluzzjoni, barra mill-qorti, ta kwalunkwe tilwim bejn il-fornitur u l-utent kummerċjali li jinqala brabta mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati, inkluż ilmenti li ma setgħux jissolvew bis-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti msemmija fl-Artikolu 11.

Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jidentifikaw biss lill-medjaturi li jipprovdu s-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom minn post barra l-Unjoni fejn ikun żgurat li l-utenti kummerċjali kkonċernati ma jiġux imċaħħda effettivament mill-benefiċċju tas-salvagwardji legali stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi tal-Istati Membri minħabba l-fatt li l-medjaturi jkun qed jipprovdu dawn is-servizzi minn barra l-Unjoni.

2.   Il-medjaturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikunu imparzjali u indipendenti;

(b)

is-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom ikunu affordabbli għal utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati;

(c)

ikunu kapaċi jipprovdu s-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom bil-lingwa tat-termini u l-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utent kummerċjali kkonċernat;

(d)

ikunu aċċessibbli faċilment, kemm fiżikament fil-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tal-utent kummerċjali, jew mill-bogħod permezz ta teknoloġiji tal-komunikazzjoni;

(e)

ikunu kapaċi jipprovdu s-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom mingħajr dewmien żejjed;

(f)

ikunu jifhmu biżżejjed ir-relazzjonijiet kummerċjali ġenerali bejn in-negozji, li jippermettulhom jikkontribwixxu bmod effettiv biex jippruvaw isolvu t-tilwim.

3.   Minkejja n-natura volontarja tal-medjazzjoni, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali għandhom jimpenjaw ruħhom in bona fede fkwalunkwe tentattiv ta medjazzjoni mwettaq skont dan l-Artikolu.

4.   Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom iġarrbu proporzjon raġonevoli tal-ispejjeż totali tal-medjazzjoni fkull każ individwali. Proporzjon raġonevoli ta dawk l-ispejjeż totali għandu jiġi ddeterminat, abbażi ta suġġeriment mill-medjatur, billi jitqiesu l-elementi rilevanti kollha ta dan il-każ inkwistjoni, bmod partikolari l-merti relattivi tal-pretensjonijiet tal-partijiet tat-tilwima, il-kondotta tal-partijiet, u d-daqs u l-qawwa finanzjarja tal-partijiet bmod relattiv għal xulxin.

5.   Kwalunkwe tentattiv biex jintlaħaq ftehim permezz tal-medjazzjoni għar-riżoluzzjoni tat-tilwim skont dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa d-drittijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-utenti kummerċjali kkonċernati milli jiftħu proċedimenti ġudizzjarji fi kwalunkwe ħin qabel, waqt jew wara l-proċess tal-medjazzjoni.

6.   Jekk mitluba minn utent kummerċjali, qabel ma jidħlu jew waqt il-medjazzjoni, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni, tal-utent kummerċjali, informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tal-medjazzjoni relatata mal-attivitajiet tiegħu.

7.   L-obbligu stipulat fil-paragrafu 1 mgħandux japplika għall-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li huma intrapriżi żgħar skont it-tifsira tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

Artikolu 14

Proċedimenti ġudizzjarji minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u minn korpi pubbliċi

1.   L-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li għandhom interess leġittimu fli jirrappreżentaw lill-utenti kummerċjali jew fli jirrappreżentaw lill-utenti ta siti web korporattivi, kif ukoll il-korpi pubbliċi stabbiliti fl-Istati Membri, għandu jkollhom id-dritt li jieħdu azzjoni quddiem il-qrati nazzjonali kompetenti fl-Unjoni, skont ir-regoli tal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tressqet l-azzjoni, biex jitterminaw jew jipprojbixxu xi nuqqas ta konformità mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fdan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri jiskambjaw l-aħjar prattiki u informazzjoni ma Stati Membri oħra, abbażi tar-reġistri ta atti illegali li kienu soġġetti għal ordnijiet ta inġunzjoni quddiem il-qrati nazzjonali, fejn tali reġistri huma stabbiliti minn korpi pubbliċi jew awtoritajiet rilevanti.

3.   L-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet għandu jkollhom id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 biss jekk dawn ikunu jissodisfaw kull rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikunu stabbiliti sew skont il-liġi ta Stat Membru;

(b)

ikunu qed isegwu għanijiet li huma fl-interess kollettiv tal-grupp ta utenti kummerċjali jew utenti ta siti web korporattivi li jirrappreżentaw fuq bażi sostnuta;

(c)

ikunu mingħajr skop ta qligħ;

(d)

it-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom ma jiġix influwenzat bla bżonn minn kwalunkwe fornitur terz ta finanzjament, bmod partikolari minn fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew ta magni tat-tiftix online.

Għal dan il-għan, l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet għandhom jiżvelaw bis-sħiħ u pubblikament informazzjoni dwar l-isħubija u s-sors tagħhom ta finanzjament.

4.   Fl-Istati Membri fejn hemm stabbiliti dawn il-korpi pubbliċi, dawk il-korpi pubbliċi għandu jkollhom id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1, fejn huma responsabbli biex jiddefendu l-interessi kollettivi tal-utenti kummerċjali jew tal-utenti ta siti web korporattivi, jew biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fdan ir-Regolament, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

5.   L-Istati Membri jistgħu jaħtru lil:

(a)

organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet stabbiliti fl-Istat Membru tagħhom li jissodisfaw mill-inqas ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3 fuq talba ta’ dawk l-organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet;

(b)

korpi pubbliċi stabbiliti fl-Istat Membru tagħhom li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 4

li jingħataw id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-isem u l-fini ta’ kwalunkwe tali organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew korpi pubbliċi maħtura.

6.   Il-Kummissjoni għandha tfassal lista tal-organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u korpi pubbliċi maħtura skont il-paragrafu 5. Dik il-lista għandha tispeċifika l-fini ta’ dawk l-organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u korpi pubbliċi. Dik il-lista għandha tkun ippubblikata fIl-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Bidliet għal din il-lista għandhom ikunu ppubblikati mingħajr dewmien u, fi kwalunkwe każ, lista aġġornata għandha tkun imfassla u ppubblikata kull sitt xhur.

7.   Il-qrati għandhom jaċċettaw il-lista msemmija fil-paragrafu 6 bħala prova tal-kapaċità legali tal-organizzazzjoni, tal-assoċjazzjoni jew tal-korp pubbliku, mingħajr preġudizzju tad-dritt tal-qorti li teżamina jekk il-fini tar-rikorrent jiġġustifikax it-teħid ta azzjoni fkaż speċifiku.

8.   Jekk Stat Membru jew il-Kummissjoni jqajmu xi tħassib rigward il-konformità, minn organizzazzjoni jew assoċjazzjoni, mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 3, jew, minn korp pubbliku, mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 4, l-Istat Membru li ħatar dik l-organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew korp pubbliku skont il-paragrafu 5 għandu jinvestiga t-tħassib u, fejn adatt, jirrevoka l-ħatra jekk ma jkunx hemm konformità ma kriterju wieħed jew aktar.

9.   Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-utenti kummerċjali u tal-utenti ta siti web korporattivi biex jibdew kwalunkwe azzjoni individwali quddiem qrati nazzjonali kompetenti, skont ir-regoli tal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tressqet l-azzjoni, li hija bbażata fuq drittijiet individwali u għandha l-għan li twaqqaf kwalunkwe nuqqas ta konformità, mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew fornituri tal-magni tat-tiftix online, mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fdan ir-Regolament.


whereas









keyboard_arrow_down