search


keyboard_tab Media online 2019/0789 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/0789 MT cercato: 'fl-artikolu ' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


index fl-artikolu :


whereas fl-artikolu :


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 140

 

Artikolu 6

Medjazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun possibbli li tintalab l-assistenza ta' medjatur wieħed jew aktar kif previst fl-artikolu 11 tad-Direttiva 93/83/KEE wkoll meta ma jkun ġie konkluż l-ebda ftehim bejn l-organizzazzjoni ta'mmaniġġjar kollettiv u l-operatur tas-servizzi ta' ritrażmissjoni, jew bejn l-operatur tas-servizzi ta' ritrażmissjoni u l-organizzazzjoni tax-xandir rigward awtorizzazzjoni għar-ritrażmissjoni ta' xandiriet.

Artikolu 8

Trażmissjoni ta' programmi permezz ta' injezzjoni diretta

1.   Meta organizzazzjoni tax-xandir tittrażmetti b'injezzjoni diretta s-sinjali li jwasslu l-programmi tagħha lil distributur tas-sinjali, mingħajr ma l-organizzazzjoni tax-xandir innifisha tittrażmetti simultanjament dawk is-sinjali li jwasslu l-programmi direttament lill-pubbliku, u d-distributur tas-sinjali jittrażmetti dawk is-sinjali li jwasslu l-programm lill-pubbliku, l-organizzazzjoni tax-xandir u d-distributur tas-sinjali għandhom jitqiesu li qed jipparteċipaw f'att ta' komunikazzjoni uniku lill-pubbliku li għalih għandhom jiksbu l-awtorizzazzjoni mid-detenturi tad-drittijiet. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu modalitajiet għall-kisba ta' awtorizzazzjoni mid-detenturi tad-drittijiet.

2.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-Artikoli 4, 5 u 6 ta' din id-Direttiva japplikaw mutatis mutandis għall-eżerċizzju mid-detenturi tad-drittijiet tad-dritt biex tingħata jew tiġi rrifjutata l-awtorizzazzjoni għal distributuri tas-sinjali għal trażmissjoni msemmija fil-paragrafu 1, imwettqa minn wieħed mill-mezzi tekniċi msemmija fl-artikolu 1(3) tad-Direttiva 93/83/KEE jew il-punt (2) tal-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva.

KAPITOLU V

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 9

Emendi għad-Direttiva 93/83/KEE

fl-artikolu 1 tad-Direttiva 93/83/KEE, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, “ritrasmissjoni bil-cable” tfisser ir-ritrasmissjoni simultanja, mhux mibdula u mhux imqassra permezz ta' sistema tal-cable jew microwave għar-reception mill-pubbliku ta' trasmissjoni inizjali minn Stat Membru ieħor, bil-fili jew fl-arja, inkluż bis-satellita, tal-programmi tat-televiżjoni jew tar-radju maħsuba għal reception mill-pubbliku, irrispettivament mill-mod kif l-operatur ta' servizz ta' ritrasmissjoni bil-cable jikseb is-sinjali li jwasslu l-programmi mill-organizzazzjoni tax-xandir għal finijiet ta' ritrasmissjoni.”


whereas









keyboard_arrow_down