search


keyboard_tab EIDAS 2014/0910 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2014/0910 MT cercato: 'l-unjoni' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


just index l-unjoni:

    KAPITOLU I
    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    KAPITOLU II
    IDENTIFIKAZZJONI ELETTRONIKA

    KAPITOLU III
    SERVIZZI FIDUĊJARJI

    TAQSIMA 1
    Dispożizzjonijiet ġenerali

    TAQSIMA 2
    Superviżjoni

    TAQSIMA 3
    Fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati

    TAQSIMA 4
    Firem elettroniċi

    TAQSIMA 5
    Siġilli elettroniċi

    TAQSIMA 6
    Timbri tal-ħin elettroniċi

    TAQSIMA 7
    Servizzi elettroniċi ta’ konsenja rreġistrati

    TAQSIMA 8
    Awtentikazzjoni ta’ sit elettroniku

    KAPITOLU IV
    DOKUMENTI ELETTRONIĊI

    KAPITOLU V
    DELEGA TA’ SETGĦA U DISPOŻIZZJONIJIET TA’ IMPLIMENTAZZJONI

    KAPITOLU VI
    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI


whereas l-unjoni:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 785

 

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għal skemi ta’ identifikazzjoni elettronika li ġew notifikati minn Stat Membru, u għal fornituri ta’ servizzi fiduċjarji stabbiliti fl-unjoni.

2.   Dan ir-Regolament ma japplikax għall-forniment ta’ servizzi fiduċjarji li jintużaw esklussivament f’sistemi magħluqa li jirriżultaw mil-liġi nazzjonali jew minn ftehimiet bejn grupp definit ta’ parteċipanti.

3.   Dan ir-Regolament ma jaffettwax il-liġi nazzjonali jew id-dritt tal-unjoni marbuta mal-konklużjoni u l-validità ta’ kuntratti jew obbligi legali jew proċedurali oħra.

Artikolu 9

Notifika

1.   L-Istati Membri notifikanti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja u mingħajr dewmien bla bżonn, kwalunkwe bidla sussegwenti li ssirilha:

(a)

deskrizzjoni tal-iskema ta’ identifikazzjoni elettronika, inklużi l-livelli ta’ assigurazzjoni tagħha u l-emittent jew emittenti tal-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika skont l-iskema;

(b)

ir-reġim superviżorju applikabbli u l-informazzjoni dwar ir-reġim ta’ responsabbiltà fir-rigward ta’ dan li ġej:

(i)

il-parti li toħroġ il-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika, u

(ii)

il-parti li topera l-proċedura ta’ awtentikazzjoni.

(c)

l-awtorità jew l-awtoritajiet responsabbli għall-iskema ta’ identifikazzjoni elettronika;

(d)

informazzjoni dwar l-entità jew l-entitajiet li jamministraw ir-reġistrazzjoni tad-data unika ta’ identifikazzjoni ta’ persuna;

(e)

deskrizzjoni dwar kif ir-rekwiżiti stipulati fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(8) jiġu sodisfatti;

(f)

deskrizzjoni tal-awtentikazzjoni msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 7;

(g)

l-arranġamenti għas-sospensjoni jew ir-revoka tal-iskema ta’ identifikazzjoni elettronika notifikata jew tal-awtentikazzjoni jew tal-partijiet kompromessi kkonċernati.

2.   Sena mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 8(3) u 12(8), il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-unjoni Ewropea lista ta’ skemi ta’ identifikazzjoni elettronika li ġew notifikati skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-informazzjoni bażika dwarhom.

3.   Jekk il-Kummissjoni tirċievi notifika wara li jkun skada l-perijodu msemmi fil-paragrafu 2, hija għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-unjoni Ewropea l-emendi għal-lista msemmija fil-paragrafu 2 fi żmien xahrejn mid-data ta’riċeviment ta’ dik in-notifika.

4.   Stat Membru jista’ jippreżenta lill-Kummissjoni talba li titneħħa l-iskema ta’ identifikazzjoni elettronika notifikata minn dak l-Istat Membru mil-lista msemmija fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-unjoni Ewropea l-emendi korrispondenti fil-lista fi żmien xahar mid-data tar-riċeviment tat-talba tal-Istat Membru.

5.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddefinixxi ċ-ċirkustanzi, il-formati u l-proċeduri tan-notifiki taħt il-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 10

Ksur tas-sigurtà

1.   Fejn ikun hemm ksur jew tiġi kompromessa parzjalment l-iskema ta’ identifikazzjoni elettronika notifikata skont l-Artikolu 9(1) jew l-awtentikazzjoni msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 7 b’mod li jaffettwa l-affidabbiltà tal-awtentikazzjoni transkonfinali ta’ dik l-iskema, l-Istat Membru li jinnotifika għandu mingħajr dewmien, jissospendi jew jirrevoka dik l-awtentikazzjoni transkonfinali jew il-partijiet kompromessi konċernati, u għandu jinforma b’dan lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

2.   Meta jinstab rimedju għall-ksur jew il-kompromess imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru li jinnotifika għandu jerġa’ jistabbilixxi l-awtentikazzjoni transkonfinali u għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed.

3.   Jekk il-ksur jew il-kompromess imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx rimedjat fi żmien tliet xhur mis-sospensjoni jew mir-revoka, l-Istat Membru li jinnotifika għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar l-irtirar tal-iskema ta’ identifikazzjoni elettronika.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-unjoni Ewropea l-emendi korrispondenti għal-lista msemmija fl-Artikolu 9(2) mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 14

Aspetti internazzjonali

1.   Servizzi fiduċjarji pprovduti minn fornituri ta’ servizzi fiduċjarji stabbiliti f’pajjiż terz għandhom ikunu rikonoxxuti bħala legalment ekwivalenti għal servizzi fiduċjarji kwalifikati pprovduti minn fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati stabbiliti fl-unjoni fejn is-servizzi fiduċjarji li joriġinaw mill-pajjiż terz ikunu rikonoxxuti skont ftehim konkluż bejn l-unjoni u l-pajjiż terz inkwistjoni jew organizzazzjoni internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 218 TFUE.

2.   Il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw, b’mod partikolari, li:

(a)

ir-rekwiżiti applikabbli għal fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati stabbiliti fl-unjoni u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati li huma jipprovdu jkunu sodisfatti mill-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji fil-pajjiż terz jew fl-organizzazzjonijiet internazzjonali li magħhom ikun konkluż il-ftehim, u mis-servizzi fiduċjarji li huma jipprovdu;

(b)

is-servizzi fiduċjarji kwalifikati pprovduti minn fornitur ta’ servizz fiduċjarju kwalifikat stabbilit fl-unjoni jkunu rikonoxxuti bħala legalment ekwivalenti għal servizzi fiduċjarji pprovduti minn fornituri ta’ servizzi fiduċjarji fil-pajjiż terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali li magħha jkun konkluż il-ftehim.

Artikolu 19

Rekwiżiti ta’ sigurtà applikabbli għal fornituri ta’ servizzi fiduċjarji

1.   Il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati u mhux kwalifikati għandhom jieħdu miżuri tekniċi u organizzattivi adatti biex jimmaniġġaw ir-riskji maħluqin għas-sigurtà tas-servizzi fiduċjarji li huma jipprovdu. B’konsiderazzjoni tal-iżviluppi teknoloġiċi l-aktar reċenti, dawk il-miżuri għandhom jiżguraw li l-livell ta’ sigurtà jkun proporzjonat mal-livell ta’ riskju. B’mod partikolari, għandhom jittieħdu miżuri għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-impatt ta’ inċidenti tas-sigurtà u biex dawk interessati jiġu infurmati dwar l-effetti negattivi ta’ kwalunkwe inċident tali.

2.   Il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati u mhux kwalifikati għandhom, mingħajr dewmien żejjed iżda fi kwalunkwe każ fi żmien 24 siegħa wara li jkunu ġew mgħarrfa, jinnotifikaw lill-korp superviżorju u, fejn applikabbli, lil korpi rilevanti oħra, bħall-korp nazzjonali kompetenti għas-sigurtà tal-informazzjoni jew l-awtorità tal-protezzjoni tad-data, bi kwalunkwe ksur ta’ sigurtà jew nuqqas ta’ integrità li jkollu impatt sinifikanti fuq is-servizz fiduċjarju pprovdut jew fuq id-data personali miżmuma fih.

Fejn il-ksur ta’ sigurtà jew in-nuqqas ta’ integrità jkun x’aktarx ser jaffettwa b’mod negattiv lil persuna fiżika jew ġuridika li lilha jkun ġie pprovdut is-servizz fiduċjarju, il-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji għandu wkoll jinnotifika lill-persuna fiżika jew ġuridika bil-ksur ta’ sigurtà jew bin-nuqqas ta’ integrità mingħajr dewmien żejjed.

Fejn adatt, b’mod partikolari jekk il-ksur ta’ sigurtà jew telf ta’ integrità jikkonċerna żewġ Stati Membri jew iżjed, il-korp superviżorju notifikat għandu jinforma lill-korpi superviżorji fi Stati Membri oħra konċernati u lill-Aġenzija tal-unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA).

Il-korp superviżorju notifikat għandu jinforma lill-pubbliku jew jitlob lill-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji biex jagħmel dan, fejn jiddetermina li l-iżvelar tal-ksur ta’ sigurtà jew tan-nuqqas ta’ integrità huwa fl-interess pubbliku.

3.   Il-korp superviżorju għandu jipprovdi lill-ENISA darba fis-sena sommarju ta’ notifiki ta’ ksur ta’ sigurtà jew tan-nuqqas ta’ integrità riċevuti mill-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji.

4.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni,:

(a)

tispeċifika ulterjorment il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, u

(b)

tiddefinixxi l-formati u l-proċeduri, inklużi l-iskadenzi, applikabbli għall-fini tal-paragrafu 2.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

TAQSIMA 3

Fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati

Artikolu 27

Firem elettroniċi f’servizzi pubbliċi

1.   Jekk Stat Membru ikun jeħtieġ firma elettronika avvanzata sabiex jintuża servizz online offrut minn, jew f’isem, korp tas-settur pubbliku, dak l-Istat Membru għandu jirrikonoxxi l-firem elettroniċi avvanzati, il-firem elettroniċi avvanzati abbażi ta’ ċertifikat kwalifikat għal firem elettroniċi u firem elettroniċi kwalifikati tal-inqas fil-formati jew bl-użu tal-metodi definiti fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5.

2.   Jekk Stat Membru jesiġi firma elettronika avvanzata abbażi ta’ ċertifikat kwalifikat sabiex juża servizz online offrut minn, jew f’isem, korp tas-settur pubbliku, dak l-Istat Membru għandu jirrikonoxxi l-firem elettroniċi avvanzati abbażi ta’ ċertifikat kwalifikat u firem elettroniċi kwalifikati tal-inqas fil-formati jew billi juża l-metodi definiti fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5.

3.   L-Istati Membri ma għandhomx jesiġu l-użu transkonfinali, f’servizz online offrut minn korp tas-settur pubbliku, ta’ firma elettronika f’livell ogħla ta’ sigurtà mill-firma elettronika kwalifikata.

4.   Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista’ tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għal firem elettroniċi avvanzati. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti għall-firem elettroniċi avvanzati msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 26 meta firma elettronika avvanzata tissodisfa dawk l-istandards. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

5.   Sat-18 ta’ Settembru 2015, u filwaqt li tikkunsidra l-prattiki, l-istandards u atti legali tal-unjoni eżistenti, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddefinixxi formati ta’ referenza ta’ firem elettroniċi avvanzati jew metodi ta’ referenza fejn jintużaw formati alternattivi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 37

Siġilli elettroniċi f’servizzi pubbliċi

1.   Jekk Stat Membru jesiġi siġill elettroniku avvanzat sabiex juża servizz online offrut minn, jew f’isem, korp tas-settur pubbliku, dak l-Istat Membru għandu jirrikonoxxi s-siġilli elettroniċi avvanzati, is-siġilli elettroniċi avvanzati abbażi ta’ ċertifikat kwalifikat għal siġilli elettroniċi u siġilli elettroniċi kwalifikati tal-inqas fil-formati jew billi juża l-metodi definiti fl-atti ta’ implementazzjoni msemmija fil-paragrafu 5.

2.   Jekk Stat Membru jesiġi siġill elettroniku avvanzat abbażi ta’ ċertifikati kwalifikat sabiex juża servizz online offrut minn, jew f’isem, korp tas-settur pubbliku, dak l-Istat Membru għandu jirrikonoxxi s-siġilli elettroniċi avvanzati abbażi ta’ ċertifikat kwalifikat u siġill elettroniku kwalifikat tal-inqas fil-formati jew billi juża l-metodi definiti fl-atti ta’ implementazzjoni msemmija fil-paragrafu 5.

3.   L-Istati Membri ma għandhomx jesiġu l-użu transkonfinali, f’servizz online offrut minn korp tas-settur pubbliku, ta’ siġill elettroniku f’livell ogħla ta’ sigurtà mis-siġill elettroniku kwalifikat.

4.   Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista’ tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għal siġilli elettroniċi avvanzati. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti għal siġilli elettroniċi avvanzati msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 36 meta siġill elettroniku avvanzat jissodisfa dawk l-istandards. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

5.   Sat-18 ta’ Settembru 2015, u filwaqt li tikkunsidra l-prattiki, l-istandards u atti legali tal-unjoni eżistenti, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddefinixxi l-formati ta’ referenza ta’ siġilli elettroniċi avvanzati jew metodi ta’ referenza fejn jintużaw formati alternattivi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 47

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 30(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu indeterminat li jibda mis-17 ta’ Settembru 2014.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 30(4) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat f’konformità mal-Artikolu 30(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Il-perijodu għandu jkun estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 52

Dħul fis-seħħ

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-unjoni Ewropea.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2016, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli li ġejjin:

(a)

l-Artikoli 8(3), 9(5), 12(2) sa (9), 17(8), 19(4), 20(4), 21(4), 22(5), 23(3), 24(5), 27(4) u (5), 28(6), 29(2), 30(3) u (4), 31(3), 32(3), 33(2), 34(2), 37(4) u (5), 38(6), 42(2), 44(2), 45(2) u l-Artikoli 47 u 48 għandhom japplikaw mis-17 ta’ Settembru 2014;

(b)

l-Artikolu 7, l-Artikolu 8(1) u (2), l-Artikoli 9, 10, 11 u l-Artikolu 12(1), għandhom japplikaw mid-data tal-applikazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 8(3) u 12(8);

(c)

l-Artikolu 6 għandu japplika wara tliet snin mid-data tal-applikazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 8(3) u 12(8).

3.   Meta l-iskema ta’ identifikazzjoni elettronika notifikata tkun inkluża fil-lista ppubblikata mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 9 qabel id-data msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, ir-rikonoxximent tal-identifikazzjoni elettronika taħt dik l-iskema f’konformità mal-Artikolu 6 għandu jsir mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dik l-iskema iżda mhux qabel id-data msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Minkejja l-punt (c) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li l-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika taħt skema ta’ identifikazzjoni elettronika notifikata f’konformità mal-Artikolu 9(1) minn Stat Membru ieħor jiġu rikonoxxuti fl-ewwel Stat Membru mid-data ta’ applikazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 8(3) u 12(8). L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni pubblika.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2014.

Għall-Parlament

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  ĠU C 351, 15.11.2012, p. 73.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ April 2014 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014.

(3)  Id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi (ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12).

(4)  ĠU C 50 E, 21.2.2012, p. 1.

(5)  Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).

(6)  Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).

(7)  Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(8)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament(KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(10)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE tas-16 ta’ Ottubru 2009, li tistipula miżuri li jiffaċilitaw l-użu ta’ proċeduri b’mezzi elettroniċi permezz tal-punti ta’ kuntatt waħdieni skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 274, 20.10.2009, p. 36).

(11)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/130/UE tal-25 ta’ Frar 2011 li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-ipproċessar transkonfinali ta’ dokumenti ffirmati elettronikament minn awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 53, 26.2.2011, p. 66).

(12)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(13)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(14)  ĠU C 28, 30.1.2013, p. 6.

(15)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u-tal Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist u pubbliku tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (GU L 94, 28.3.2014, p. 65).


ANNESS I

REKWIŻITI GĦAĊ-ĊERTIFIKATI KWALIFIKATI GĦALL-FIREM ELETTRONIĊI

Iċ-ċertifikati kwalifikati għall-firem elettroniċi għandu jkun fihom:

(a)

indikazzjoni, tal-anqas f’forma adegwata għall-ipproċessar awtomatizzat, li ċ-ċertifikat ikun inħareġ bħala ċertifikat kwalifikat għall-firma elettronika;

(b)

sett ta’ data li jirrappreżenta mingħajr ambigwità l-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat li joħroġ ċertifikati kwalifikati inkluż tal-anqas, l-Istat Membru li fih il-fornitur ikun stabbilit u

għal persuna ġuridika: l-isem u, fejn applikabbli, in-numru ta’ reġistrazzjoni kif jidhru fir-rekords uffiċjali,

għal persuna fiżika: l-isem tal-persuna;

(c)

tal-anqas l-isem tal-firmatarju, jew psewdonimu; Jekk jintuża psewdonimu, dan għandu jiġi indikat b’mod ċar;

(d)

data ta’ validazzjoni tal-firma elettronika li tikkorrispondi mad-data tal-ħolqien ta’ firma elettronika;

(e)

dettalji tal-bidu u t-tmiem tal-perijodu ta’ validità taċ-ċertifikat;

(f)

il-kodiċi tal-identità taċ-ċertifikat, li għandu jkun uniku għall-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat;

(g)

il-firma elettronika avvanzata jew is-siġill elettroniku avvanzat tal-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat li qed joħorġu;

(h)

il-post fejn iċ-ċertifikat li jappoġġa l-firma elettronika avvanzata jew is-siġill elettroniku avvanzat imsemmi fil-punt (g) ikun disponibbli mingħajr ħlas;

(i)

il-post tas-servizzi li jistgħu jintużaw biex wieħed jindaga dwar l-istatus ta’ validità taċ-ċertifikat kwalifikat;

(j)

meta d-data tal-ħolqien ta’ firem elettroniċi relatata mad-data ta’ validazzjoni tal-firem elettroniċi tkun tinsab f’apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi, indikazzjoni adatta ta’ dan, tal-inqas f’forma adegwata għall-ipproċessar awtomatizzat.


ANNESS II

REKWIŻITI GĦAL APPARAT KWALIFIKAT GĦALL-ĦOLQIEN TA’ FIREM ELETTRONIĊI

1.

Apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi għandu jiżgura, b’mezzi tekniċi u proċedurali adatti, li tal-anqas:

(a)

tkun żgurata raġonevolment il-kunfidenzjalità tad-data tal-ħolqien ta’ firem elettroniċi użata għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi;

(b)

id-data tal-ħolqien ta’ firem użata għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi tkun tista’ sseħħ prattikament darba biss;

(c)

id-data tal-ħolqien ta’ firem elettroniċi użata għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi ma tistax, bi żgurar raġonevoli, tinkiseb u l-firma elettronika tkun protetta b’mod affidabbli kontra l-falsifikazzjoni bl-użu ta’ teknoloġija disponibbli attwalment;

(d)

id-data tal-ħolqien ta’ firem elettroniċi użata għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi tista’ tkun protetta b’mod affidabbli mill-firmatarju leġittimu kontra l-użu minn persuni oħrajn.

2.

Apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi ma għandux ibiddel id-data li għandha tiġi ffirmata jew jipprevjeni data bħal din milli tiġi ppreżentata lill-firmatarju qabel il-proċess tal-firma.

3.

Il-ġenerazzjoni jew il-ġestjoni tad-data tal-ħolqien ta’ firem elettroniċi f’isem il-firmatarju tista’ ssir biss minn fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat.

4.

Mingħajr preġudizzju għall-punt (d) tal-paragrafu 1, il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati li jiġġestixxu data tal-ħolqien ta’ firem elettroniċi f’isem il-firmatarju jistgħu jidduplikaw id-data tal-ħolqien ta’ firem elettroniċi għal skopijiet ta’ riżerva biss dment li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

is-sigurtà tas-settijiet tad-data duplikati għandha tkun tal-istess livell bħal dik għas-settijiet tad-data oriġinali;

(b)

in-numru ta’ settijiet tad-data duplikati ma għandux jaqbeż il-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz.


ANNESS III

REKWIŻITI GĦAĊ-ĊERTIFIKATI KWALIFIKATI GĦAS-SIĠILLI ELETTRONIĊI

Iċ-ċertifikati kwalifikati għas-siġilli elettroniċi għandu jkun fihom:

(a)

indikazzjoni, tal-anqas f’forma adegwata għall-ipproċessar awtomatizzat, li ċ-ċertifikat ikun inħareġ bħala ċertifikat kwalifikat għas-siġill elettroniku;

(b)

sett ta’ data li jirrappreżenta mingħajr ambigwità l-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat li joħroġ ċertifikati kwalifikati inkluż tal-anqas, l-Istat Membru li fih il-fornitur ikun stabbilit u

għal persuna ġuridika: l-isem u, fejn applikabbli, in-numru ta’ reġistrazzjoni kif jidhru fir-rekords uffiċjali,

għal persuna fiżika: l-isem tal-persuna;

(c)

tal-anqas l-isem tal-kreatur tas-siġill u, fejn applikabbli, in-numru ta’ reġistrazzjoni kif jidhru fir-rekords uffiċjali;

(d)

data ta’ validazzjoni tas-siġill elettroniku, li tkun tikkorrispondi mad-data tal-ħolqien ta’ siġill elettroniku;

(e)

dettalji tal-bidu u t-tmiem tal-perijodu ta’ validità taċ-ċertifikat;

(f)

il-kodiċi tal-identità taċ-ċertifika,t li għandu jkun uniku għall-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat;

(g)

il-firma elettronika avvanzata jew is-siġill elettroniku avvanzat tal-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat li qed joħorġu;

(h)

il-post fejn iċ-ċertifikat li jappoġġa l-firma elettronika avvanzata jew is-siġill elettroniku avvanzat imsemmi fil-punt (g) ikun disponibbli mingħajr ħlas;

(i)

il-post tas-servizzi li jistgħu jintużaw biex wieħed jindaga dwar l-istatus ta’ validità taċ-ċertifikat kwalifikat;

(j)

meta d-data tal-ħolqien ta’ siġill elettroniku relatata mad-data ta’ validazzjoni tas-siġill elettroniku tkun tinsab f’apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ siġilli elettroniċi, indikazzjoni adatta ta’ dan, tal-anqas f’forma adegwata għall-ipproċessar awtomatizzat.


ANNESS IV

REKWIŻITI GĦAĊ-ĊERTIFIKATI KWALIFIKATI GĦALL-AWTENTIKAZZJONI TA’ SITI ELETTRONIĊI

Iċ-ċertifikati kwalifikati għall-awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi għandu jkun fihom:

(a)

indikazzjoni, tal-anqas f’forma adegwata għall-ipproċessar awtomatizzat, li ċ-ċertifikat ikun inħareġ bħala ċertifikat kwalifikat għall-awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi;

(b)

sett ta’ data li jirrappreżenta mingħajr ambigwità l-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat li joħroġ ċertifikati kwalifikati inkluż tal-anqas, l-Istat Membru li fih il-fornitur ikun stabbilit u

għal persuna ġuridika: l-isem u, fejn applikabbli, in-numru ta’ reġistrazzjoni kif jidhru fir-rekords uffiċjali,

għal persuna fiżika: l-isem tal-persuna;

(c)

għal persuni fiżiċi: tal-inqas l-isem tal-persuna li lilha jkun inħareġ iċ-ċertifikat, jew psewdonimu. Jekk jintuża psewdonimu, dan għandu jiġi indikat b’mod ċar;

għal persuni ġuridiċi: tal-inqas l-isem tal-persuna ġuridika li lilha jkun inħareġ iċ-ċertifikat u, fejn applikabbli, in-numru ta’ reġistrazzjoni kif jidhru fir-rekords uffiċjali;

(d)

elementi tal-indirizz, inkluż tal-inqas il-belt u l-Istat, tal-persuna fiżika jew ġuridika li lilha jkun inħareġ iċ-ċertifikat u, fejn applikabbli, kif jidhru fir-rekords uffiċjali;

(e)

l-isem/ismijiet tad-dominju mħaddma mill-persuna fiżika jew ġuridika li lilha jkun inħareġ iċ-ċertifikat;

(f)

dettalji tal-bidu u t-tmiem tal-perijodu ta’ validità taċ-ċertifikat;

(g)

il-kodiċi tal-identità taċ-ċertifikat, li għandu jkun uniku għall-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat;

(h)

il-firma elettronika avvanzata jew is-siġill elettroniku avvanzat tal-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat li qed joħorġu;

(i)

il-post fejn iċ-ċertifikat li jappoġġa l-firma elettronika avvanzata jew is-siġill elettroniku avvanzat imsemmi fil-punt (h) ikun disponibbli mingħajr ħlas;

(j)

il-post tas-servizzi dwar l-istatus ta’ validità taċ-ċertifikat li jistgħu jintużaw biex wieħed jindaga dwar l-istatus ta’ validità taċ-ċertifikat kwalifikat.


whereas









keyboard_arrow_down