search


keyboard_tab Data Act 2023/2854 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2023/2854 MT cercato: 'għall-kummissjoni' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


expand index għall-kummissjoni:

    KAPITOLU I
    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    KAPITOLU II
    KONDIVIŻJONI TAD-DATA BEJN NEGOZJU U KONSUMATUR U BEJN IN-NEGOZJI

    KAPITOLU III
    OBBLIGI GĦAD-DETENTURI TAD-DATA OBBLIGATI LI JAGĦMLU D-DATA DISPONIBBLI SKONT IL-LIĠI TAL-UNJONI

    KAPITOLU IV
    TERMINI KUNTRATTWALI INĠUSTI RELATATI MAL-AĊĊESS GĦAD-DATA U L-UŻU BEJN L-INTRAPRIŻI

    KAPITOLU V
    IT-TQEGĦID TAD-DATA GĦAD-DISPOŻIZZJONI TAL-KORPI TAS-SETTUR PUBBLIKU, TAL-KUMMISSJONI, TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW U TAL-KORPI TAL-UNJONI ABBAŻI TA' ĦTIEĠA EĊĊEZZJONALI

    KAPITOLU VI
    QLIB BEJN IS-SERVIZZI TAL-IPPROĊESSAR TAD-DATA

    KAPITOLU VII
    AĊĊESS U TRASFERIMENT GOVERNATTIV INTERNAZZJONALI ILLEGALI TA' DATA MHUX PERSONALI

    KAPITOLU VIII
    INTEROPERABBILTÀ

    KAPITOLU IX
    IMPLIMENTAZZJONI U INFURZAR

    KAPITOLU X
    DRITT SUI GENERIS SKONT ID-DIRETTIVA 96/9/KE

    KAPITOLU XI
    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI


whereas għall-kummissjoni:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 297

 

Artikolu 16

Ir-relazzjoni ma’ obbligi oħra biex id-data ssir disponibbli għall-korpi tas-settur pubbliku, għall-kummissjoni, għall-Bank Ċentrali Ewropew u għall-korpi tal-Unjoni

1.   Dan il-Kapitolu ma għandux jaffettwa l-obbligi stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali għall-finijiet tar-rapportar, il-konformità mat-talbiet għal aċċess għal informazzjoni jew il-wiri jew il-verifika tal-konformità ma' obbligi legali.

2.   Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għall-korpi tas-settur pubbliku, għall-kummissjoni, għall-Bank Ċentrali Ewropew jew għall-korpi tal-Unjoni li jwettqu attivitajiet għall-prevenzjoni, għall-investigazzjoni, għall-individwazzjoni jew għall-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew amministrattivi jew għall-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, jew għall-amministrazzjoni doganali jew tat-tassazzjoni. Dan il-Kapitolu ma jaffettwax il-liġi applikabbli tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejba jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew amministrattivi jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali jew amministrattivi, jew għall-amministrazzjoni doganali jew tat-tassazzjoni.

Artikolu 18

Konformità mat-talbiet għad-data

1.   Detentur tad-data li jirċievi talba biexid-data ssir disponibbli skont dan il-Kapitolu għandu jagħmel id-data disponibbli għall-korp tas-settur pubbliku rikjedenti, għall-kummissjoni, għall-Bank Ċentrali Ewropew jew għal korp tal-Unjoni mingħajr dewmien żejjed, filwaqt li jqis il-miżuri tekniċi, organizzattivi u legali neċessarji.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġijiet speċifiċi fir-rigward tad-disponibbiltà tad-data definiti fil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali, detentur tad-data jista' jirrifjuta jew ifittex il-modifika ta' talba biex id-data ssir disponibbli skont dan il-Kapitolu mingħajr dewmien żejjed u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li jirċievi talba għad-data neċessarja bħala tweġiba għal emerġenza pubblika u mingħajr dewmien żejjed u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn 30 jum tax-xogħol wara li tkun waslet tali talba f'każijiet oħra ta' ħtieġa eċċezzjonali, għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)

id-detentur tad-data ma jkollux kontroll fuq id-data mitluba;

(b)

talba simili għall-istess għan tkun ġiet sottomessa qabel minn korp ieħor tas-settur pubbliku jew mill-Kummissjoni, mill-Bank Ċentrali Ewropew jew minn korp tal-Unjoni u d-detentur tad-data ma jkunx ġie nnotifikat bit-tħassir tad-data skont l-Artikolu 19(1), il-punt (c);

(c)

it-talba ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17(1) u (2).

3.   Jekk id-detentur tad-data jiddeċiedi li jirrifjuta t-talba jew ifittex il-modifika tagħha f'konformità mal-paragrafu 2, il-punt (b), huwa għandu jindika l-identità tal-korp tas-settur pubbliku jew tal-Kummissjoni, tal-Bank Ċentrali Ewropew jew tal-korp tal-Unjoni li qabel ikunu ssottomettew talba għall-istess għan.

4.   Meta d-data mitluba tinkludi data personali, id-detentur tad-data għandu janonimizza d-data kif xieraq, sakemm il-konformità mat-talba biex id-data ssir disponibbli għal korp tas-settur pubbliku, għall-kummissjoni, għall-Bank Ċentrali Ewropew jew għal korp tal-Unjoni ma tkunx teħtieġ l-iżvelar ta' data personali. F'każijiet bħal dawn, id-detentur tad-data għandu jippsewdonimizza d-data.

5.   Meta l-korp tas-settur pubbliku, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-korp tal-Unjoni jkunu jixtiequ jikkontestaw ir-rifjut ta' detentur tad-data milli jipprovdi d-data mitluba, jew meta d-detentur tad-data jkun jixtieq jikkontesta t-talba, u l-kwistjoni ma tkunx tista' tiġi risolta permezz ta' modifika xierqa tat-talba, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 37 tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit id-detentur tad-data.

Artikolu 21

Kondiviżjoni ta' data miksuba fil-kuntest ta' ħtieġa eċċezzjonali ma' organizzazzjonijiet tar-riċerka jew korpi tal-istatistika

1.   Korp tas-settur pubbliku, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew korp tal-Unjoni għandhom ikunu intitolati jikkondividu d-data li jkunu rċevew skont dan il-Kapitolu:

(a)

ma' individwi jew organizzazzjonijiet bil-ħsieb li jwettqu riċerka xjentifika jew analitika kompatibbli mal-għan li għalih tkun intalbet id-data; jew

(b)

ma' istituti nazzjonali tal-istatistika u l-Eurostat għall-produzzjoni ta' statistika uffiċjali.

2.   L-individwi jew l-organizzazzjonijiet li jirċievu d-data skont il-paragrafu 1 għandhom jaġixxu mingħajr skop ta' qligħ jew fil-kuntest ta' missjoni ta' interess pubbliku rikonoxxuta fil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali. Dawn ma għandhomx jinkludu organizzazzjonijiet li l-impriżi kummerċjali jkollhom influwenza sinifikanti fuqhom li x'aktarx tirriżulta f'aċċess preferenzjali għar-riżultati tar-riċerka.

3.   L-individwi jew l-organizzazzjonijiet li jirċievu d-data skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mal-istess obbligi li japplikaw għall-korpi tas-settur pubbliku, għall-kummissjoni, għall-Bank Ċentrali Ewropew jew għall-korpi tal-Unjoni skont l-Artikolu 17(3) u l-Artikolu 19.

4.   Minkejja l-Artikolu 19(1), il-punt (c), l-individwi jew l-organizzazzjonijiet li jirċievu d-data skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jżommu d-data li jirċievu għall-għan li għalih tkun intalbet id-data sa sitt xhur wara t-tħassir tad-data mill-korpi tas-settur pubbliku, mill-Kummissjoni, mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-korpi tal-Unjoni.

5.   Meta korp tas-settur pubbliku,il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew korp tal-Unjoni jkollhom l-intenzjoni li jittrażmettu jew jagħmlu d-data disponibbli skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, huma għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien żejjed lid-detentur tad-data li mingħandu tkun waslet id-data, u jiddikjaraw l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-organizzazzjoni jew tal-individwu li jkun qed jirċievi d-data, l-għan tat-trażmissjoni jew tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tad-data, il-perjodu li għalih tintuża d-data u l-miżuri ta' protezzjoni teknika u organizzattivi meħuda, inkluż fejn ikunu involuti data personali jew sigrieti kummerċjali. Meta d-detentur tad-data ma jaqbilx mat-trażmissjoni jew mat-tqegħid għad-dispożizzjoni tad-data, huwa jista' jressaq ilment mal-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 37 tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit id-detentur tad-data.


whereas









keyboard_arrow_down