search


keyboard_tab Data Act 2023/2854 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2023/2854 MT cercato: '   l-obbligi' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


expand index    l-obbligi:

    KAPITOLU I
    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    KAPITOLU II
    KONDIVIŻJONI TAD-DATA BEJN NEGOZJU U KONSUMATUR U BEJN IN-NEGOZJI

    KAPITOLU III
    OBBLIGI GĦAD-DETENTURI TAD-DATA OBBLIGATI LI JAGĦMLU D-DATA DISPONIBBLI SKONT IL-LIĠI TAL-UNJONI

    KAPITOLU IV
    TERMINI KUNTRATTWALI INĠUSTI RELATATI MAL-AĊĊESS GĦAD-DATA U L-UŻU BEJN L-INTRAPRIŻI

    KAPITOLU V
    IT-TQEGĦID TAD-DATA GĦAD-DISPOŻIZZJONI TAL-KORPI TAS-SETTUR PUBBLIKU, TAL-KUMMISSJONI, TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW U TAL-KORPI TAL-UNJONI ABBAŻI TA' ĦTIEĠA EĊĊEZZJONALI

    KAPITOLU VI
    QLIB BEJN IS-SERVIZZI TAL-IPPROĊESSAR TAD-DATA

    KAPITOLU VII
    AĊĊESS U TRASFERIMENT GOVERNATTIV INTERNAZZJONALI ILLEGALI TA' DATA MHUX PERSONALI

    KAPITOLU VIII
    INTEROPERABBILTÀ

    KAPITOLU IX
    IMPLIMENTAZZJONI U INFURZAR

    KAPITOLU X
    DRITT SUI GENERIS SKONT ID-DIRETTIVA 96/9/KE

    KAPITOLU XI
    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI


whereas    l-obbligi:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 226

 

Artikolu 7

Kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi ta' kondiviżjoni tad-data bejn in-negozji u l-konsumaturi u bejn in-negozji

1.   l-obbligi ta' dan il-Kapitolu ma għandhomx japplikaw għal data ġġenerata bl-użu ta' prodotti konnessi manifatturati jew ddisinjati jew servizzi relatati pprovduti minn intrapriża mikro jew intrapriża żgħira, dment li dik l-intrapriża ma jkollhiex intrapriża msieħba jew intrapriża relatata fi-sens tal-Artikolu 3 tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE li ma tikkwalifikax bħala intrapriża mikro jew intrapriża żgħira u fejn il-mikrointrapriża u l-intrapriża żgħira ma tkunx sottokuntrattata biex timmanifattura jew tiddisinja prodott konness jew biex tipprovdi servizz relatat.

L-istess għandu japplika għad-data ġġenerata permezz tal-użu ta' prodotti konnessi mmanifatturati minn jew servizzi relatati pprovduti minn intrapriża li tkun ikkwalifikat bħala intrapriża ta’ daqs medju skont l-Artikolu 2 tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE għal inqas minn sena u għal prodotti konnessi għal sena wara d-data li fiha jkunu tqiegħdu fuq is-suq minn intrapriża ta’ daqs medju.

2.   Kwalunkwe terminu kuntrattwali li, għad-detriment tal-utent, jeskludi l-applikazzjoni ta', jidderoga minn jew ivarja l-effett tad-drittijiet tal-utent skont dan il-Kapitolu ma għandux ikun vinkolanti fuq l-utent.

KAPITOLU III

OBBLIGI GĦAD-DETENTURI TAD-DATA OBBLIGATI LI JAGĦMLU D-DATA DISPONIBBLI SKONT IL-LIĠI TAL-UNJONI

Artikolu 31

Reġim speċifiku għal ċerti servizzi tal-ipproċessar tad-data

1.   l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 23, il-punt (d), l-Artikolu 29 u l-Artikolu 30(1) u (3) ma għandhomx japplikaw għas-servizzi tal-ipproċessar tad-data li l-maġġoranza tal-karatteristiċi ewlenin tagħhom ikunu nbnew apposta biex jakkomodaw il-ħtiġijiet speċifiċi ta' klijent individwali jew fejn il-komponenti kollha jkunu ġew żviluppati għall-finijiet ta' klijent individwali, u fejn dawk is-servizzi tal-ipproċessar tad-data ma jiġux offruti fuq skala kummerċjali wiesgħa permezz tal-katalogu tas-servizzi tal-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data.

2.   l-obbligi stabbiliti f'dan il-Kapitolu ma għandhomx japplikaw għas-servizzi tal-ipproċessar tad-data pprovduti bħala verżjoni mhux tal-produzzjoni għall-finijiet tal-ittestjar u tal-evalwazzjoni u għal perjodu ta' żmien limitat.

3.   Qabel il-konklużjoni ta' kuntratt dwar il-forniment tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data msemmija f'dan l-Artikolu, il-fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandu jinforma lill-klijent prospettiv dwar l-obbligi ta' dan il-Kapitolu li ma japplikawx.

KAPITOLU VII

AĊĊESS U TRASFERIMENT GOVERNATTIV INTERNAZZJONALI ILLEGALI TA' DATA MHUX PERSONALI

Artikolu 44

Atti legali oħra tal-Unjoni li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi dwar l-aċċess u l-użu tad-data

1.   l-obbligi speċifiċi għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' data bejn in-negozji, bejn in-negozji u l-konsumaturi, u fuq bażi eċċezzjonali bejn in-negozji u l-korpi pubbliċi, fl-atti legali tal-Unjoni li daħlu fis-seħħ fi jew qabel il-11 ta’ Jannar 2024, u l-atti delegati jew ta' implimentazzjoni skonthom, għandhom jibqgħu mhux affettwati.

2.   Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni li tispeċifika, fid-dawl tal-ħtiġijiet ta' settur, spazju komuni Ewropew tad-data, jew qasam ta' interess pubbliku, rekwiżiti ulterjuri, b'mod partikolari fir-rigward ta':

(a)

l-aspetti tekniċi tal-kondiviżjoni tad-data;

(b)

l-limiti fuq id-drittijiet tad-detenturi tad-data li jaċċessaw jew jużaw ċerta data pprovduta mill-utenti;

(c)

aspetti li jmorru lil hinn mill-aċċess u l-użu tad-data.

3.   Dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu V, huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali li tipprevedi l-aċċess għad-data u l-awtorizzazzjoni tal-użu tagħha għal finijiet ta' riċerka xjentifika.


whereas









keyboard_arrow_down