Artikolu 26
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
whereas
(10) Din id-Direttiva jenħtieġ li tiddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni tagħha b'mod ċar u inekwivoku u tipprevedi regoli sostantivi ċari għall-kontenut diġitali jew għas-servizzi diġitali li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha.
Kemm il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva kif ukoll ir-regoli sostantivi tagħha jenħtieġ li jkunu teknoloġikament newtrali u jibqgħu validi fil-futur.
- = -
(15) Jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu wkoll liberi, pereżempju, li jirregolaw id-drittijiet ta’ partijiet li jastjenu milli jwettqu l-obbligi tagħhom jew parti minnhom sakemm il-parti l-oħra twettaq l-obbligi tagħha.
Pereżempju, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu liberi li jirregolaw jekk konsumatur, f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità, għandux ikun intitolat li jastjeni milli jħallas il-prezz jew parti minnu sakemm il-kummerċjant ikun ġab il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità, jew jekk il-kummerċjant għandux ikun intitolat li jżomm kwalunkwe rimborż dovut lill-konsumatur mat-terminazzjoni tal-kuntratt sakemm il-konsumatur jikkonforma mal-obbligu previst f’din id-Direttiva li jirritorna l-mezz tanġibbli lill-kummerċjant.
- = -
(87) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż dawk minquxin fl-Artikoli 16, 38 u 47 tagħha.
- = -