search


keyboard_tab Contratti digitali 2019/0770 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/0770 MT cercato: 'rimedju' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl




whereas rimedju:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 199

 

Artikolu 13

rimedju għan-nuqqas ta' provvista

1.   Meta l-kummerċjant ikun naqas milli jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità mal-Artikolu 5, il-konsumatur għandu jitlob lill-kummerċjant jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali. Jekk il-kummerċjant imbagħad jonqos milli jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr dewmien żejjed, jew matul perjodu addizzjonali ta' żmien kif miftiehem espressament mill-partijiet, il-konsumatur għandu ikun intitolat li jittermina l-kuntratt.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika, u l-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt immedjatament, meta:

(a)

il-kummerċjant ikun iddikjara, jew ikun jidher ċar miċ-ċirkostanzi, li l-kummerċjant ma jkunx se jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali.

(b)

il-konsumatur u l-il-kummerċjant ikunu ftiehmu, jew ikun ċar miċ-ċirkostanzi li fihom ġie konkluż il-kuntratt, li jkun essenzjali li jkun hemm perjodu speċifiku ta' żmien għall-provvista u l-kummerċjant ma jkunx ipprovda l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali sa dak il-mument jew f'dak il-mument;

3.   Meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt taħt il-paragrafu 1 jew 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 15 sa 18 għandhom japplikaw b'mod korrispondenti.

Artikolu 14

Rimedji għan-nuqqas ta' konformità

1.   Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jkollu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali miġjub f'konformità, li jirċievi tnaqqis proporzjonat fil-prezz, jew li jittermina l-kuntratt, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jkollu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali miġjub f'konformità, sakemm dan ma jkunx impossibbli jew sakemm dan ma jimponix spejjeż fuq il-kummerċjant li jkunu sproporzjonati, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi tal-każ, inkluż:

(a)

il-valur li kien ikollu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kieku ma kienx hemm nuqqas ta' konformità; u

(b)

is-sinifikat tan-nuqqas ta' konformità.

3.   Il-kummerċjant għandu jġib il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità skont il-paragrafu 2 f'perjodu ta' żmien raġonevoli mill-mument li fih il-kummerċjant ikun ġie infurmat mill-konsumatur dwar in-nuqqas ta' konformità, mingħajr ħlas u mingħajr ebda inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur, b'kont meħud tan-natura tal-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali u l-iskop li għalih il-konsumatur kien jeħtieġ il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali.

4.   Il-konsumatur għandu jkun intitolat jew għal tnaqqis proporzjonat tal-prezz f'konformità mal-paragrafu 5 meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi pprovdut bi skambju ma' ħlas ta' prezz, jew it-terminazzjoni tal-kuntratt f'konformità mal-paragrafu 6, fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

ir-rimedju biex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinġieb f'konformità ma jkunx possibbli jew ikun sproporzjonat f'konformità mal-paragrafu 2;

(b)

il-kummerċjant ma jkunx ġab il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità mal-paragrafu 3;

(c)

nuqqas ta' konformità jsir apparenti minkejja t-tentattiv min-naħa tal-kummerċjant li jġib il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità;

(d)

in-nuqqas ta' konformità tant ikun ta' natura serja li jiġġustifika t-tnaqqis immedjat fil-prezz jew it-terminazzjoni immedjata tal-kuntratt; jew

(e)

il-kummerċjant ikun iddikjara, jew ikun jidher ċar miċ-ċirkostanzi, li l-kummerċjant ma jkunx se jġib il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità fi żmien raġonevoli jew mingħajr inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur.

5.   It-tnaqqis fil-prezz għandu jkun proporzjonat għat-tnaqqis fil-valur tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li ġie pprovdut lill-konsumatur meta mqabbel mal-valur li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kien ikollu li kieku kien f'konformità mal-kuntratt.

Meta l-kuntratt jistipula li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut fuq perjodu ta' żmien bi skambju mal-ħlas ta' prezz, it-tnaqqis fil-prezz għandu japplika għall-perjodu ta' żmien li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma kienx f'konformità.

6.   Meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi pprovdut bi skambju ma' ħlas ta' prezz, il-konsumatur għandu jkun intitolat jittermina l-kuntratt biss jekk in-nuqqas ta' konformità ma jkunx wieħed minuri. L-oneru tal-provi rigward jekk in-nuqqas ta' konformità jkunx wieħed minuri għandu jkun fuq il-kummerċjant.

Artikolu 20

Dritt ta' rimedju

Meta l-kummerċjant ikun responsabbli lejn il-konsumatur minħabba xi nuqqas li jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali, jew minħabba nuqqas ta' konformità mal-kuntratt li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn persuna fi stadji preċedenti tal-katina ta' tranżazzjonijiet, il-kummerċjant għandu jkun intitolat li jfittex rimedji kontra l-persuna jew il-persuni responsabbli fil-katina ta' tranżazzjonijiet kummerċjali. Il-persuna li kontriha l-kummerċjant jista' jfittex rimedji, u l-azzjonijiet u l-kundizzjonijiet rilevanti tal-eżerċizzju, għandhom jiġu determinati mill-liġi nazzjonali.


whereas









keyboard_arrow_down