keyboard_tab Fair Advertising 2006/0114 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- reklamar 14
- għal 12
- sabiex 11
- ta’ 10
- membri 10
- għandhom 9
- legali 8
- komparattiv 8
- l-istati 6
- jekk 6
- kontra 6
- qarrieqi 6
- minn 5
- subparagrafu 5
- fejn 5
- dwar 5
- dawn 5
- id-direttiva 5
- servizzi 4
- ir-reklamar 4
- jkun 4
- amministrattivi 4
- mhux 4
- professjonali 3
- awtorità 3
- msemmija 3
- amministrattiva 3
- partikulari 3
- jagħtu 3
- jirregolaw 3
- ilmenti 3
- l-liġi 3
- projbizzjonijiet 3
- setgħat 3
- konformità 3
- ikunu 3
- jkunu 3
- jesiġu 3
- mezzi 3
- jistgħux 3
- tagħhom 3
- skond 3
- mad-dispożizzjonijiet 3
- jiġu 3
- imsemmija 3
- għandu 3
- dispożizzjonijiet 3
- il-liġi 3
- fil-paragrafi 2
- dawk 2
Artikolu 5
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jeżistu mezzi adegwati u effettivi sabiex jiġi miġġieled ir-reklamar qarrieqi u jinfurzaw konformità mad-dispożizzjonijiet dwar reklamar komparattiv fl-interess tal-kummerċjanti u tal-kompetituri.
Tali mezzi għandhom jinkludu dispożizzjonijiet legali li taħthom persuni jew organizzazzjonijiet li f’għajnejn il-liġi nazzjonali għandhom interess leġittimu li jiġġieldu r-reklamar qarrieqi jew li jirregolaw ir-reklamar komparattiv jistgħu:
(a) | jieħdu azzjoni legali kontra tali reklamar; jew |
(b) | iġibu każijiet ta’ tali reklamar quddiem awtorità amministrattiva li jkollha l-kompetenza li tiddeċiedi dwar ilmenti jew li tagħti bidu għal proċedimenti legali adegwati. |
2. Għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi liema mezz imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jkun disponibbli u li jiddeċiedi jekk il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi jistgħux jesiġu li jkun sar rikors qabel għal mezzi stabbiliti oħra tat-trattament ta’ ilmenti, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 6.
Għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi:
(a) | jekk dawn il-mezzi legali jistgħux jiġu diretti separatament jew flimkien kontra numru ta’ kummerċjanti fl-istess settur ekonomiku; u |
(b) | jekk dawn il-mezzi legali jistgħux jiġu diretti kontra sid ta’ kodiċi fejn il-kodiċi relevanti jippromwovi in-nonkonformità mar-rekwiżiti legali. |
3. Skond id-dispożizzjonijiet msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi setgħat, f’każi fejn iqisu li dawn il-miżuri jkunu meħtieġa waqt li jikkunsidraw l-interessi involuti kollha u b’mod partikulari l-interess pubbliku:
(a) | sabiex jordnaw il-waqfien ta', jew sabiex jistabbilixxu proċedimenti legali xierqa għal ordni għat-twaqqif ta' reklamar qarrieqi jew reklamar komparattiv kontra l-liġi;, jew |
(b) | jekk ir-reklamar qarrieqi jew ir-reklamar komparattiv kontra l-liġi ma jkunx għadu ppubblikat iżda l-pubblikazzjoni tkun fil-qrib, sabiex jordnaw il-projbizzjoni ta', jew sabiex jistabbilixxu proċeduri legali xierqa għal ordni ta' projbizzjoni ta', din il-pubblikazzjoni. |
L-ewwel subparagrafu japplika ukoll meta m’hemmx prova ta’ telf jew ħsara effettiv jew ta’ intenzjoni jew negliġenza min-naħa tar-reklamant.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu li għandhom jittieħdu skond proċedura aċċelerata jew b’effett intermedju jew b’effett definittiv, fid-diskrezzjoni ta’ l-Istati Membri.
4. L-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-qrati jew awtoritajiet amministrattivi setgħat, bl-għan li jeliminaw l-effetti kontinwi ta' reklamar qarrieqi jew ta' reklamar komparattiv kontra l-liġi li t-terminazzjoni tiegħu kienet ordnata b'deċiżjoni finali:
(a) | sabiex jesiġu l-pubblikazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni fl-interità jew f’parti u f’dik il-forma li huma jqisu adegwata; |
(b) | sabiex jesiġu, minbarra dan, il-pubblikazzjoni ta’ stqarrija korrettiva. |
5. L-awtoritajiet amministrattivi msemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom:
(a) | ikunu kkostitwiti hekk li ma jitfgħux dubbju fuq l-imparzjalità tagħhom; |
(b) | ikollhom setgħat biżżejjed, fejn huma jiddeċiedu dwar ilmenti, sabiex jissorveljaw u jinfurzaw l-osservanza tad-deċiżjonijiet tagħhom effettivament; |
(ċ) | normalment jagħtu raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħhom. |
6. Fejn is-setgħat imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ikunu eżerċitati esklussivament minn awtorità amministrattiva, dejjem għandhom jingħataw raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha. F’dan il-każ, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal proċeduri li bihom it-twettiq mhux xieraq jew mhux raġonevoli minn awtorità amministrattiva tas-setgħat tagħha jew in-nuqqas mhux xieraq jew mhux raġonevoli tat-twettiq tas-setgħat imsemmija jistgħu jkunu suġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja.
Artikolu 8
1. Din id-Direttiva ma tipprekludix l-Istati Membri milli jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet bl-għan li jiżguraw protezzjoni aktar estensiva, fir-rigward ta’ reklamar qarrieqi, għall-kummerċjanti u għall-kompetituri.
L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika għal reklamar komparattiv sa fejn jirrigwarda l-paragun.
2. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Komunità dwar reklamar għal prodotti u/jew servizzi speċifiċi jew għal restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet fuq reklamar f'media partikulari;
3. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar reklamar komparattiv m'għandhomx jobbligaw lill-Istati Membri li, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, iżommu jew jintroduċu projbizzjonijiet ta' reklamar rigward ċerti merkanziji jew servizzi, sew jekk imposti direttament jew minn korp jew organizzazzjoni responsabbli, skond il-liġi ta' l-Istati Membri, sabiex jirregolaw l-eżerċizzju ta' attività kummerċjali, industrijali, ta' sengħa jew professjonali, sabiex jippermetu reklamar komparattiv rigward dawk il-merkanziji jew servizzi. Fejn dawn il-projbizzjonijiet ikunu limitati għal media partikulari, din id-Direttiva għandha tapplika għall-media li ma tkunx regolata minn dawn il-projbizzjonijiet.
4. Xejn f'din id-Direttiva m'għandu jżomm lill-Istati Membri, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, milli iżommu jew jintroduċu projbizzjonijiet jew limitazzjonijiet fuq l-użu ta' paraguni fir-reklamar ta' servizzi professjonali, sew jekk imposti direttament jew minn korp jew organizzazzjoni responsabbli, skond il-liġi ta' l-Istati Membri, sabiex jirregolaw l-eżerċizzju ta' attività professjonali.
whereas